Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tad-29 ta' Ġunju 2007
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fid-29 ta’ Ġunju 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 7.1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta prinċipalment l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur, kif ukoll il-bejgħ ta’ deheb li għamlu tliet banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.6 biljun għal EUR 144.3 biljun. Il-bidla kienet dovuta prinċipalment għall-effetti tar-rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur ta’ l-attiv u tal-passivi, filwaqt li t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll imwettqa mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema fil-perjodu vvalutat irriżultaw f’żjieda ta’ EUR 0.6 biljun
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 93.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.2 biljun għal EUR 633.1 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 19.8 biljun għal EUR 69.7 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 25.5 biljun għal EUR 463.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Ġunju 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 288 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 313.5 biljun. Il-Ħamis, 28 ta’ Ġunju 2007, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perjodu fit-tul ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun.
Ir-rikors kemm għall- faċilità ta’ self marġinali (il -partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kif ukoll għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 1.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 7.4 biljun għal EUR 182.1 biljun.
Ri-valutazzjoni ta’ l-assi u tal-passivi ta’ l-Eurosistema magħmula fi tmiem il-perjodu ta’ tliet xhur
Skond ir-regoli ta’ kontabbiltà armonizzati ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti fit-titoli u l-istrumenti finanzjarji ta’ l-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull tliet xhur. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fid-29 ta’ Ġunju 2007 jidher fil-kolonna addizzjonali " Differenza pparagunata mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba aġġustamenti ta’ l-aħħar tliet xhur”. Il-prezz tad-deheb u r-rati tal-kambju ewlenin użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 480.193 kull uqija fina.
USD: 1.3505 kull EUR
JPY: 166.63 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.1224 kull SDR
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 172,756 | −631 | −6,479 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 141,647 | 344 | −2,111 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 9,879 | −4 | −137 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
131,768 | 348 | −1,974 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 24,433 | −1,335 | −247 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,713 | 894 | −25 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 16,713 | 894 | −25 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 464,608 | 26,484 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 313,499 | 25,497 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 150,002 | −1 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,104 | 985 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 3 | 3 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 13,759 | −671 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 93,704 | 305 | −530 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,147 | −470 | −26 | |
9 | Assi oħra | 243,686 | 1,629 | 4,650 | |
Assi Totali | 1,208,453 | 26,546 | −4,765 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 633,076 | 5,174 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 183,186 | −6,369 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 182,086 | −7,382 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 1,100 | 1,014 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −1 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 226 | 25 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 77,881 | 19,389 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 69,701 | 19,798 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,180 | −409 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 28,116 | 8,580 | 0 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 178 | −10 | −2 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 16,059 | −1,540 | −157 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 16,059 | −1,540 | −157 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,517 | 0 | −61 | |
10 | Passiv ieħor | 78,893 | 1,318 | 3,966 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 117,010 | 0 | −8,511 | |
12 | Kapitali u riżervi | 68,311 | −21 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,208,453 | 26,546 | −4,765 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja