Rapport Finanzjarju Konsolidat Ta' L-Eurosistema tad-29 ta' Diċembru 2006
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fid-29 ta’ Diċembru 2006, iż-żieda ta’ EUR 2.8 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irriflettiet l-aktar l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur. Movimenti oħra matul il-ġimgħa rriżultaw fi żieda netta ta’ EUR 36 miljun. Dan seħħ l-aktar minħabba r-raffinament, min-naħa ta’ bank ċentrali ta’ l-Eurosistema, tad-deheb li ġie mid-disponibbiltà ta’ muniti f’riżervi ta’ deheb fin, li ħoloq moviment fil-kontabbiltà bejn din il-partita fl-attiv u attiv ieħor (partita ta’ l-attiv numru 9). Dan il-moviment aktar milli kkumpensa l-bejgħ ta’ l-ekwivalenti ta’ EUR 19 miljun ta’ deheb minn bank ċentrali ta’ l-Eurosistema ieħor (li kien konsistenti mas-Central Bank Gold Agreement, ftehim fuq id-deheb bejn il-banek ċentrali, tas-27 ta’Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’valuta barranija (il-partiti nri. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nri. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 4.8 biljun għal EUR 147.4 biljun l-aktar minħabba r-rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur ta’ l-attiv u l-passiv. It-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portofoll fil-perjodu kkunsidrat irriżultaw fi tnaqqis ta’ EUR 0.1 biljun.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal-EUR 77.6 biljun kemm minħabba tranżazzjonijiet kif ukoll aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 628.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 13-il biljun għal EUR 45.2 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nri. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4) żdied b’EUR 8.5 biljun għal EUR 450 biljun. Nhar il-Ħamis, it-28 ta’ Diċembru 2006, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 321.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 330.5 biljun.
Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ bejn wieħed u ieħor xejn tal-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall-faċilità ta’ depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.6 biljun (ipparagunat ukoll ma’ bejn wieħed u ieħor xejn tal-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta' l-euro
Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqqset minn EUR 3.7 biljun għal EUR 173.5 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ l-aħħar tas-sena ta’ l-attiv u l-passiv ta’ l-Eurosistema
Skond ir-regoli ta’ kontabbiltà armonizzati ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti fit-titoli u l-istrumenti finanzjarji ta’ l-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull tliet xhur. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni f’kull partita tal-karta tal-bilanċ fid-29 ta’ Diċembru 2006 jidher fil-kolonna addizzjonali bl-intestatura "Differenza pparagunata mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba rivalutazzjonijiet”. Il-prezz tad-deheb u r-rati tal-kambju ewlenin użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu:
Deheb: EUR 482.688 kull uqija fin.
USD: 1.3170 kull EUR
JPY: 156.93 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.1416 kull SDR
Stqarrija finanzjarja tal-bidu ta’ l-Eurosistema għall-2007, inkluż il-Banka Slovenije
Banka Slovenije daħal fl-Eurosistema fl-1 ta’ Jannar 2007. Il-BĊE għalhekk ser jippubblika stqarrija finanzjarja tal-bidu konsolidata ta’ l-Eurosistema fl-1 ta’Jannar 2007, flimkien ma’ stqarrija finanzjarja ta’ kull ġimgħa konsolidata li jmiss fid-9 ta’Jannar 2007.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) evalwazzjonijiet millġdid |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 176,768 | 36 | 2,717 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 142,291 | −6 | −4,669 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 10,658 | −44 | −285 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
131,633 | 38 | −4,384 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,402 | 1,096 | −559 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,967 | 422 | −5 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 11,967 | 422 | −5 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 450,540 | 9,042 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 330,452 | 8,954 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 120,000 | 0 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 88 | 88 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,360 | 563 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 77,614 | −186 | −184 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 39,359 | −527 | −26 | |
9 | Assi oħra | 217,679 | 197 | 748 | |
Assi Totali | 1,150,980 | 10,636 | −1,977 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) evalwazzjonijiet millġdid |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 628,238 | 227 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 174,051 | −3,175 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 173,482 | −3,714 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 567 | 538 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 2 | 1 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 65 | −22 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 53,354 | 12,844 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 45,165 | 13,012 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,189 | −168 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,614 | −334 | 0 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 89 | 3 | −2 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 12,621 | 1,182 | −417 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 12,621 | 1,182 | −417 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,582 | 0 | −119 | |
10 | Passiv ieħor | 73,788 | −64 | 291 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 121,991 | 0 | −1,730 | |
12 | Kapitali u riżervi | 64,587 | −25 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,150,980 | 10,636 | −1,977 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja