Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema ta' l-20 ta' Ottubru 2006
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-20 ta’ Ottubru 2006, it-tnaqqis ta’ EUR 112 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu tliet banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004) u x-xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.7 biljun għal EUR 152 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal-EUR 81 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.9 biljuni għal EUR 591 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.8 biljun għal EUR 66.9 biljun.
Barra dan, dwar ir-Rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa ta’ l-Eurosistema tat-13 ta’ Ottubru 2006 (ippubblikat fis-17 ta’ Ottubru 2006) wieħed għandu jinnota li Krediti oħra denominati f’euro kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) kellhom juru bilanċ ta’ EUR 10,059 miljun, minflok EUR 9,059 miljun, u li Assi oħra (il-partita nru. 9 ta’ l-attiv) kellhom juru EUR 200,088 miljun, minflok EUR 201,088 miljun.
Ittieħed kont ta’ dawn iċ-ċifri aġġustati fid-“Differenzi meta mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba transazzjonijiet” fir-Rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa ta’ l-20 ta’ Ottubru 2006.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 10.5 biljun għal EUR 438.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Ottubru 2006, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 308 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 318.5 biljun.
Ir-rikors kemm għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kif ukoll għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien prattikament xejn, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak tal-ġimgħa ta’ qabel.
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2.2 biljun għal EUR 168.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 175,206 | −112 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 142,008 | 415 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 11,254 | −593 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
130,754 | 1,008 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 22,958 | −807 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 10,793 | 868 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 10,793 | 868 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 438,503 | 10,498 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 318,500 | 10,498 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 120,001 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 0 | −2 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 2 | 2 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,907 | −1,152 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 80,953 | −438 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 40,022 | 0 | |
9 | Assi oħra | 201,931 | 1,843 | |
Assi Totali | 1,121,281 | 11,115 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 591,005 | −1,909 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 168,199 | 2,206 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 168,188 | 2,230 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 10 | −25 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 1 | 1 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 121 | −1 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 75,338 | 10,312 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 66,897 | 9,800 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,441 | 512 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 15,921 | −161 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 99 | 2 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,142 | 299 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,142 | 299 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,701 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 69,458 | 366 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 123,721 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 64,576 | 1 | |
Total tal-passiv | 1,121,281 | 11,115 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja