Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tat-30 ta' Ġunju 2006

5 ta' Lulju 2006

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ Ġunju 2006, it-tnaqqis ta’ EUR 3.9 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni, kif ukoll il-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 6.7 biljun għal EUR 153.3 biljun. It-tnaqqis kien ikkawżat prinċipalment mill-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali ta’ l-assi u l-obbligazzjonijiet, waqt li transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll magħmula mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema fil-perijodu hawn ikkunsidrat irriżultaw fi tnaqqis ta’ EUR 0.7 biljun.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 91.6 biljun, kemm minħabba transazzjonijiet kemm minħabba aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.9 biljun għal EUR 580.1 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 10.9 biljun għal EUR 86.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 11.4 biljun għal EUR 447.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Ġunju 2006, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  316 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 328.5 biljun. Nhar il-Ħamis, 29 ta’ Ġunju 2006, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 40 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 40 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 1.2 biljun (ukoll imqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 5.2 biljun għal EUR 157.4 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ l-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ l-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru

Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju ta’ munita barranija, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji ta' l-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Ġunju 2006 jidher fil-kolonna addizzjonali “Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba rivalutazzjonijiet”. Il-prezz tad-deheb u r-rati prinċipali tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 472.272 għal kull uqija fina

USD: 1.2713 għal kull EUR

JPY: 145.75 għal kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ prelevament: EUR 1.1638 għal kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) evalwazzjonijiet millġdid
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 175,541 −63 −3,818
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 142,060 −1,928 −5,672
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 12,901 −831 −336
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
129,159 −1,097 −5,336
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 25,727 319 −818
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,526 225 −13
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 13,526 225 −13
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 448,556 12,556 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 328,500 12,501 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 120,000 −1 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 55 55 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 1 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,112 62 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 91,607 −230 −310
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,048 −477 −26
9 Assi oħra 169,593 −944 1,389
Assi Totali 1,112,770 9,519 −9,267
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) evalwazzjonijiet millġdid
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 580,132 4,947 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 158,523 −4,033 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 157,350 −5,150 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 1,164 1,117 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 9 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 89 0 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 94,027 10,675 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 86,176 10,912 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,851 −237 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,548 30 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 119 1 −9
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 8,706 −930 −365
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,706 −930 −365
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,692 0 −133
10 Passiv ieħor 66,168 −1,175 1,693
11 Kont tar-rivalutazzjoni 121,984 0 −10,453
12 Kapitali u riżervi 62,782 4 0
Total tal-passiv 1,112,770 9,519 −9,267
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja