Rapport Finanzjarju Konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ l-10 ta’Ġunju 2005
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-10 ta’ Ġunju 2005, it-tnaqqis ta’ EUR 161 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 159.3 biljun.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal-EUR 84 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2 biljun għal EUR 519.1 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 3.5 biljun għal EUR 55.7 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 2.8 biljun għal EUR 369 biljun. Nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Ġunju 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 281.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 279 biljun.
Ir-rikors kemm għall-faċilità ta’ self marġinali (partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kif ukoll għall-faċilità tad-depożitu (partita nru. 2.2 tal-passiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.5 biljun u EUR 0.1 biljun rispettivament fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, l-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 1 biljun għal EUR 144.9 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 126,955 | −161 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 155,216 | −343 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 22,177 | −132 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
133,039 | −211 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 20,362 | 215 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,995 | −390 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 8,995 | −390 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 369,048 | −2,946 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 279,001 | −2,500 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 90,002 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 14 | −455 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 31 | 9 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 2,541 | 9 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 83,966 | 775 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 41,182 | 1 | |
9 | Assi oħra | 129,700 | 655 | |
Assi Totali | 937,965 | −2,185 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 519,084 | 2,015 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 144,940 | −1,063 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 144,926 | −964 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 13 | −100 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 1 | 1 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 141 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 62,738 | −3,339 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 55,668 | −3,522 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,070 | 183 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 9,834 | −358 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 238 | 23 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 10,367 | 99 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,367 | 99 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,701 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 54,672 | 475 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 71,961 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 58,289 | −37 | |
Total tal-passiv | 937,965 | −2,185 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja