Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Ġabra ta' tagħrif "L-istabbiltà tal-prezzijiet: Għaliex hi importanti għalik?" issa hi disponibbli

12 ta' Diċembru 2005

Illum, Jean-Claude Trichet, President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), nieda ġabra ġdida ta’ tagħrif imsejħa “L-istabbiltà tal-prezzijiet: għaliex hi importanti għalik?” Hu ppreżenta l-ewwel settijiet ta’ din il-ġabra lit-tfal ta’ l-Iskola Ewropea fi Frankfurt am Main, fil-Ġermanja.

Din il-ġabra ġiet żviluppata mill-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) taż-żona ta’ l-euro, li flimkien jagħmlu l-Eurosistema. Il-ġabra hi maħsuba għaż-żgħażagħ u l-għalliema tagħhom u tippreżenta l-politika monetarja ta’ l-Eurosistema. Verżjoni stampata tal-ġabra ġiet prodotta fl-ilsna tal-pajjiżi taż-żona ta’ l-euro.

Il-ġabra tikkonsisti f’film animat ta’ 8 minuti, sett ta’ fuljetti għat-tfal ta’ l-iskola u ktejjeb b’tagħrif ekonomiku bażiku biex jgħin lill-għalliema jħejju l-lezzjonijiet tagħhom. Mill-lum, u b’kooperazzjoni mal-BĊN, il-ġabra se titqassam lil madwar 50,000 skola sekondarja fiż-żona ta’ l-euro fl-ilsien(ilsna) rispettiv(i) tagħhom. Verżjoni elettronika tista’ wkoll titniżżel mill-websajt tal-BĊE fejn se tkun disponibbli fl-ilsna uffiċjali kollha ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ir-ritratti ta’ din il-preżentazzjoni jistgħu jitniżżlu mill-websajt tal-BĊE mill-5 ta’ wara nosfsinhar (CET) illum permezz ta' din il-link: www.ecb.europa.eu/press/pictures/decision/html/index.en.html. Materjal iffilmjat jista’ jitniżżel minn www.ecb.europa.eu/press/tvservices/ondemand/html/index.en.html fit-taqsima “Vidjos oħra” mis-6.30 ta’ filgħaxija (CET) illum.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja