Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (żieda mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Novembru 2012

Operazzjonijiet tas-suq

Tweġiba tal-Eurosistema għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-regolamentazzjoni tal-indiċijiet

Fit-8 ta’ Novembru 2012 il-Kunsill Governattiv approva t-tweġiba tal-Eurosistema għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-regolamentazzjoni tal-indiċijiet, li għandha l-għan li tivvaluta jekk tinħtieġx aktar regolamentazzjoni għall-produzzjoni u l-governanza tal-indiċijiet li jservu ta’ referenza. It-tweġiba tal-Eurosistema tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Limitu uniformi għad-daqs minimu ta’ klejms tal-kreditu bħala kollateral

Fid-9 ta’ Novembru 2012 il-Kunsill Governattiv, wara d-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2012 biex ma jkomplix bit-tħejjijiet għall-proġett dwar il- Collateral Central Bank Management (CCBM2) fis-sura attwali tiegħu, ħa d-deċiżjoni li jipposponi l-introduzzjoni tal-limitu uniformi għad-daqs minimu biex klejms tal-kreditu jiġu aċċettati bħala kollateral.

Sistemi ta’ pagament u infrastruttura tas-suq

Bidla fil-lista tal-links eliġibbli bejn is-sistemi għas-saldu ta’ titoli

Fit-8 ta’ Novembru 2012 il-Kunsill Governattiv ħa d-deċiżjoni li l-links bejn Iberclear SCLV, is-sistema Spanjola għas-saldu ta’ titoli, u Monte Titoli, Euroclear France u Euroclear Nederland jitneħħew mil-lista ta’ links eliġibbli biex jintużaw fl-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema billi l-assi eliġibbli tal-Eurosistema m’għadhomx jiġu amministrati permezz ta’ dawn il-links. Il-lista aġġornata tas-sistemi għas-saldu ta’ titoli kif ukoll tal-links diretti u indiretti li huma eliġibbli biex jintużaw fl-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Parteċipazzjoni tal-Eurosistema fl-arranġamenti globali ta’ sorveljanza kooperattiva għal żewġ kontropartijiet ċentrali stabbiliti fir-Renju Unit

Fil-15 ta’ Novembru 2012 il-Kunsill Governattiv approva żewġ arranġamenti għas-sorveljanza kooperattiva ta’ żewġ kontropartijiet ċentrali fir-Renju Unit li għandhom implikazzjonijiet sinifikanti fir-rigward tar-riskju transkonfinali, li huma l- OTC credit default swap clearing service ta’ Ice Clear Europe (ICE Clear Europe CDS) u l- OTC interest rate swap clearing service ta’ LCH.Clearnet Ltd (SwapClear). Dawn l-arranġamenti huma konformi mar-Responsabbiltà E tal-Prinċipji għall-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji (FMI), adottati f’April 2012 minn CPSS-IOSCO, li jesiġu li l-banek ċentrali, ir-regolaturi tas-swieq u awtoritajiet oħra rilevanti jridu jikkooperaw biex iħeġġu s-sigurtà u l-effiċjenza tal-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji. Dan jinkludi b’mod partikolari l-provediment ta’ sostenn reċiproku fit-twettiq tal-mandati rispettivi tagħhom; il-promozzjoni ta’ regolamentazzjoni, superviżjoni u sorveljanza komprensiva tal-FMI; kif ukoll it-twaqqif ta’ mekkaniżmu li bih ir-responsabbiltajiet ta’ awtoritajiet multipli jistgħu jitwettqu b’mod effiċjenti u effettiv, waqt li jitqiesu r-responsabbiltajiet statutarji tal-awtoritajiet, l-importanza sistemika ta’ FMI fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi, il-profil tar-riskju komprensiv tal-FMI u ta' min jipparteċipa fiha. Fil-każ ta’ ICE Clear Europe CDS u SwapClear, l-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji tar-Renju Unit, li hi s-superviżur attwali, stiednet lill-awtoritajiet li huma eliġibbli għall-parteċipazzjoni fis-sorveljanza kooperattiva – fosthom il-BĊE li jirrappreżenta l-Eurosistema bħala l-bank ċentrali li joħroġ l-euro – biex jikkonkludu dawn l-arranġamenti.

Il-Programm TARGET2-Securities

Fil-21 ta’ Novembru 2012 il-Kunsill Governattiv qies l-istatus tal-progress tal-programm TARGET2-Securities u approva d-Dokument ta’ Rekwiżiti għall-Utenti rivedut. Aktar tagħrif għandu jidher fil-websajt tal-BĊE.

Stabbiltà u superviżjoni finanzjarja

Il-Financial Stability Review ta’ Diċembru 2012

Fil-21 ta' Novembru 2012 il-Kunsill Governattiv awtorizza l-pubblikazzjoni tal- Financial Stability Review ta’ Diċembru 2012 li jeżamina s-sorsi ewlenin ta’ riskju għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro kif ukoll id-dgħufijiet tagħha u jagħti analiżi komprensiva tal-kapaċità tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro li tassorbi taqlib negattiv. Il-pubblikazzjoni għandha tixxandar fil-websajt tal-BĊE għal nofs Diċembru 2012.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar il-libertà tal-informazzjoni fl-Irlanda 

Fid-19 ta’ Ottubru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/76 wara talba tal-Ministru għan-Nefqa Pubblika u r-Riformi tal-Irlanda.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 dwar indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP): trażmissjoni u tixrid ta’ sub-indiċijiet tal-HICP, rigward l-istabbiliment ta’ indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur fuq rati ta’ taxxa kostanti u dwar proposta għal regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rigward tal-istipular ta’ indiċi tal-prezzijiet għal djar okkupati mill-proprjetarji

Fid-19 ta’ Ottubru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/77 wara talba tal-Kummissjoni Ewropea.

Opinjoni tal-BĊE dwar l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ u l-faċilitajiet permanenti fir-Rumanija

Fit-23 ta’ Ottubru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/78 wara talba ta’ Banca Naţională a României.

Opinjoni tal-BĊE dwar regoli fiskali u dwar il-ġestjoni ta’ kontijiet bankarji u l-pagamenti ta’ entitajiet fis-servizz pubbliku fil-Bulgarija

Fl-24 ta’ Ottubru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/79 wara talba tal-Ministru tal-Finanzi tal-Bulgarija.

Opinjoni tal-BĊE dwar emendi fil-Ligi dwar Latvijas Banka 

Fid-29 ta’ Ottubru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/80 wara talba ta’ Latvijas Banka.

Opinjoni tal-BĊE dwar id-distribuzzjoni ta' profitti bejn Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique u l-Istat Belġjan 

Fid-29 ta’ Ottubru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/81 wara talba ta’ Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique f’isem il-Ministru tal-Finanzi tal-Belġju.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-verifika ta' flus kontanti fil-Ġermanja 

Fit-30 ta’ Ottubru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/82 wara talba ta’ Deutsche Bundesbank.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-ħlasijiet fi flus kontanti fis-Slovakkja

Fil-31 ta’ Ottubru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/83 wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi tas-Slovakkja.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-Istatistika Ewropea

Fis-6 ta’ Novembru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/84 wara talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-garanziji tal-Gvern Ċiprijott għal istituzzjonijiet ta’ kreditu 

Fis-6 ta’ Novembru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/85 wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi ta’ Ċipru.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-rimunerazzjoni tal-istaff u l-baġit ta’ Banco de Portugal 

Fid-9 ta’ Novembru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/86 wara talba tal-President tal-Parlament tal-Portugall.

Opinjoni tal-BĊE dwar l-ortografija tal-munita unika fil-Latvja 

Fit-13 ta’ Novembru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/87 wara talba tal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Latvja.

Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri għall-istabbilizzazzjoni tas-suq finanzjarju fil-Ġermanja

Fl-14 ta’ Novembru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/88 wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Federali tal-Ġermanja.

Opinjoni tal-BĊE dwar karti tal-flus u muniti tal-euro u emendi lill-Istatut ta’ Banco de España

Fil-15 ta’ Novembru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/89 wara talba ta’ Banco de España.

Opinjoni tal-BĊE dwar emendi lill-qafas għar-rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Greċja

Fis-16 ta’ Novembru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/90 wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi tal-Greċja.

Opinjoni tal-BĊE dwar fond ta’ stabbilizzazzjoni għall-banek fil-Polonja

Fid-19 ta’ Novembru 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/91 wara talba tal-Ministru tal-Finanzi tal-Polonja.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja