Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (minbarra d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)
Frar 2011
Is-sistemi ta’ pagament u l-infrastruttura tas-suq
Rapport dwar il-progress tat-TARGET2-Titoli
Fis-17 ta’ Frar 2011, il-Kunsill Governattiv qies l-istatus tal-progress tal-Programm tat-TARGET2-Titoli (T2S). Jingħata tagħrif aktar dettaljat fi żmien xieraq fit-taqsima T2S tal-websajt tal-BĊE.
L-istabbiltà finanzjarja u s-superviżjoni
Il-kontribut tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji li jikklassifikaw il-kreditu
Fil-11 ta' Frar 2011 il-Kunsill Governattiv approva t-tweġiba tal-Eurosistema għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar l-aġenziji li jikklassifikaw il-kreditu u l-inizjattivi li jistgħu jittieħdu fil-ġejjieni fil-livell tal-UE biex jissaħħaħ il-qafas regolatorju relatat mal-attivitajiet tagħhom. It-tweġiba tinsab fil-websajt tal-BĊE.
Il-kontribut tal-Eurosistema rigward il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-“Analiżi tas-Swieq fid-Direttiva dwar l-Istrumenti Finanzjarji (MiFID)”
Fis-17 ta’ Frar 2011 il-Kunsill Governattiv approva t-tweġiba tal-Eurosistema għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar l-analiżi tal-MiFID. It-tweġiba tinsab fil-websajt tal-BĊE.
Rapport tal-BSC dwar l-aħħar żviluppi rigward it-titolizzazzjoni
Fis-17 ta’ Frar 2011 il-Kunsill Governattiv approva l-pubblikazzjoni ta’ rapport dwar l-aħħar żviluppi fis-swieq Ewropej tat-titolizzazzjoni, imħejji minn dak li qabel kien il-BSC (il-Kumitat għas-Sorveljanza Bankarja). Ir-rapport iqis dawn l-iżviluppi fid-dawl tal-fatturi li jaffettwaw id-domanda għal, u l-provvista ta’ prodotti titolizzati. Ir-rapport se jiġi ppubblikat dalwaqt fil-websajt tal-BĊE.
Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni
Opinjoni tal-BĊE dwar il-poteri tal-Borża ta’ Ċipru biex toħroġ sanzjonijiet
Fl-14 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Ċiprijott (CON/2011/2).
Opinjoni tal-BĊE dwar emendi għal-Liġi Slovena fir-rigward tal-attività bankarja
Fis-26 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni wara talba tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja (CON/2011/3).
Opinjoni tal-BĊE dwar fondi ta’ investiment magħluqin li joħorġu ċertifikati tal-investiment mhux pubbliċi fil-Polonja
Fis-27 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni wara talba tal-Ministru tal-Finanzi Pollakk (CON/2011/4).
Opinjoni tal-BĊE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji għall-iżvilupp ta’ strutturi superviżorji finanzjarji fil-Belġju
Fit-28 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Belġjan (CON/2011/5).
Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji
Fit-28 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni wara talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (CON/2011/6). L-opinjoni se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.
Opinjoni tal-BĊE dwar emendi għall-qafas nazzjonali Litwan tal-operazzjonijiet ta’ politika monetarja bil-għan li dan jiġi armonizzat aktar mal-Eurosistema
Fl-1 ta’ Frar 2011, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni wara talba tal-Lietuvos bankas (CON/2011/7).
Opinjoni tal-BĊE dwar rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward ta’ ftehim għan-negozjar mill-ġdid tal-Ftehim Monetarju mal-Prinċipalità ta’ Monako
Fil-11 ta’ Frar 2011, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni wara talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (CON/2011/8). L-opinjoni se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.
Opinjoni tal-BĊE dwar emendi għall-Kostituzzjoni Pollakka li jikkonċernaw l-adozzjoni tal-euro
Fl-14 ta’ Frar 2011, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni wara talba tal-Ispeaker tal-Parlament Pollakk (CON/2011/9).
Opinjoni tal-BĊE dwar il-parteċipazzjoni tal-Italja fil-programmi tal-Fond Monetarju Internazzjonali b’risposta għall-kriżi finanzjarja
Fl-14 ta’ Frar 2011, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni wara talba tal-Ministeru Taljan għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi (CON/2011/10).
Opinjoni tal-BĊE dwar l-inklużjoni ta’ kooperattivi tal-kreditu Pollakki fl-appoġġ tat-Teżor tal-Istat lil istituzzjonijiet finanzjarji
Fis-16 ta’ Frar 2011, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni wara talba tal-Ministru tal-Finanzi Pollakk (CON/2011/11).
Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ skemi ta' garanzija għal depożiti (tfassil mill-ġdid) u dwar proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investituri
Fis-16 ta’ Frar 2011, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni wara talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (CON/2011/12). L-opinjoni se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.
Opinjoni tal-BĊE dwar ir-riforma tal-governanza ekonomika fl-Unjoni Ewropea
Fis-16 ta’ Frar 2011, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni wara talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (CON/2011/13). L-opinjoni se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.
Kooperazzjoni internazzjonali u Ewropea
Il-kontribut tal-Eurosistema għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-Att dwar is-Suq Uniku
Fl-10 ta’ Frar 2011 il-Kunsill Governattiv approva t-tweġiba tal-Eurosistema għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-komunikazzjoni “Lejn Att dwar is-Suq Uniku”, li fiha lista ta' proposti dwar it-tnedija mill-ġdid tas-Suq Uniku u li l-għan tagħha hu l-implimentazzjoni tal-proposti kollha sal-2012. It-tweġiba tal-Eurosistema tinsab fil-websajt tal-BĊE.
Governanza korporattiva
Il-Presidenza tal-Kumitat għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSC)
Fit-3 ta’ Frar 2011 il-Kunsill Governattiv ħatar lis-Sur Mauro Grande, Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-BĊE għall-Istabbiltà Finanzjarja, bħala President tal-FSC.
Proġett tal-bini l-ġdid tal-BĊE
Ftehim dwar it-twettiq ta’ xogħlijiet strutturali
Fit-8 ta’ Frar 2011 il-Bank Ċentrali Ewropew ħareġ stqarrija għall-istampa dwar il-ftehim li laħaq ma’ Baresel GmbH, li bih il-kumpanija għandha ttemm ix-xogħlijiet strutturali għat-torri doppju l-ġdid ta’ uffiċċji sal-pjan terran.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja