Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (minbarra d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Awwissu 2009

Komunikazzjoni esterna

Rapport ta’ kull xahar dwar il-programm tal-Eurosistema ta’ xiri ta’ bonds garantiti

Biex jipprovdi lill-parteċipanti tas-suq u l-pubbliku in ġenerali b’aġġornament ta’ kull xahar dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti u dwar is-suq ta’ bonds garantiti, il-Kunsill Governattiv approva l-ewwel “Rapport ta’ kull xahar dwar il-programm tal-Eurosistema ta’ xiri ta’ bonds garantiti” fis-6 ta’ Awwissu 2009. Dan ir-rapport hu disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Kwistjonijiet operazzjonali

Deċiżjoni tal-BĊE dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self

Fid-19 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill Ġenerali adotta Deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2003/14 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self konklużi mill-Komunità Ewropea skond il-faċilità ta’ assistenza finanzjarja fuq żmien medju (BĊE/2009/17). Id-Deċiżjoni ġiet ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE fit-22 ta’ Lulju 2009 u hi disponibbli wkoll fil-websajt tal-BĊE.

Aċċettazzjoni ta’ ICAP S.A. u Lince SpA bħala sistemi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu tal-ECAF

Fit-30 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill Governattiv aċċetta żewġ entitajiet li jipprovdu informazzjoni tan-negozju, ICAP S. A. (Il-Greċja) u Lince SpA (L-Italja), bħala sorsi ta’ Għodda ta’ Klassifikazzjoni għal għan tal-Qafas tal-Eurosistema għall-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAF). Il-lista aġġornata tas-sistemi aċċettati tal-ECAF hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Sistemi ta’ pagament u l-infrastruttura tas-suq

Valutazzjoni tal-link trasmessa bejn is-sistemi tas-soldu tat-titoli fiż-żona tal-euro

Fis-17 ta’ Lulju, 2009, il-Kunsill Governattiv approva link trasmessa ġdida minn Clearstream Banking AG Frankfurt (CBF) permezz ta’ Clearstream Banking S.A. Luxembourg (CBL) għall-Korporazzjoni Ċentrali Slovena għall-Ikklerjar ta’ Titoli (Centralna klirinško depotna družba – KDD), kif ukoll il-bażi tal-link diretta minn CBL għal KDD, bħala eliġibbli għall-użu fil-garanzija tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema. Tagħrif iżjed dettaljat jista’ jinstab fl-istqarrija għall-istampa ppubblikata fil-websajt tal-BĊE tat-22 ta’ Lulju 2009.

Oqfsa ta’ superviżjoni għall-iskemi għat-trasferiment tal-kreditu u l-iddebitar dirett

Fis-6 ta’ Awwissu 2009, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz dwar l-oqfsa ta’ superviżjoni għall-iskemi għat-trasferiment tal-kreditu u l-iddebitar dirett għal perijodu minimu ta’ tliet xhur. Barra dan, ġie deċiż li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali rispettivi se jservu bħala punti ta’ kuntatt għal skemi nazzjonali u parteċipanti oħra fil-pajjiżi tagħhom, kif ukoll se jkunu lesti li jipprovdu aktar informazzjoni jew jiddiskutu kwistjonijiet dwar l-oqfsa ta’ superviżjoni.

Stabbilità finanzjarja u superviżjoni

Kontribut tal-Eurosistema għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni dwar Skemi għall-Garanzija tad-Depożiti

Fis-6 ta’ Awwissu 2009, il-Kunsill Governattiv approva kontribut tal-Eurosistema għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Reviżjoni tad-Direttiva 94/19/KE dwar Skemi għall-Garanzija tad-Depożiti. Din il-kontribuzzjoni se tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-BĊE wara t-trasmissjoni tagħha lill-Kummissjoni.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar il-proċedura biex tinbidel ir-rata tal-kambju uffiċjali tal-litas fit-Litwanja

Fl-20 ta’ Lulju 2009, fuq talba tal-Ispiker tas-Seimas (Parlament) tar-Repubblika tal-Litwanja, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar il-proċedura biex tinbidel ir-rata tal-kambju uffiċjali tal-litas (CON/2009/61). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-leġiżlazzjoni Spanjola dwar ir-ristrutturar tal-banek u l-own funds

Fl-22 ta’ Lulju 2009, fuq talba tas-Segretarju tal-Istat Spanjol għall-Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek u r-rinforz tal-own funds tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (CON/2009/62). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar dispożizzjoni Taljana dwar it-tassazzjoni tal-Banca d’Italia fuq ir-riżervi tad-deheb

Fl-24 ta’ Lulju 2009, fuq talba tal-Ministeru Taljan tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar abbozz emendat dwar dispożizzjoni leġislattiva dwar it-tassazzjoni tal-Banca d’Italia fuq ir-riżervi tad-deheb (CON/2009/63). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar il-ġid tal-ogħla uffiċjali fis-Slovenja

Fis-27 ta’ Lulju 2009, fuq talba tal-President tal-Parlament Sloven, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar il-ġid tal-ogħla uffiċjali (CON/2009/64). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Statistika

Linja ta’ gwida tal-BĊE dwar l-istatistika finanzjarja tal-gvern

Fil-31 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill Governattiv adotta Linja ta’ gwida dwar l-istatistika finanzjarja tal-gvern (abbozzata mill-ġdid) (BĊE/2009/20). Il-Linja ta’ gwida se tiġi ppubblikata dalwaqt fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Kooperazzjoni Internazzjonali u Ewropea

Estensjoni tal-programm ta’ kooperazzjoni tal-Eurosistema mal-Bank Ċentrali tal-Federazzjoni Russa

Fil-21 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill Governattiv approva estensjoni ta’ tlett xhur, sa tmiem ta’ Marzu 2011, tal-programm ta’ kooperazzjoni fl-oqsma ta’ sorveljanza bankarja u verifika interna li ġie introdott mill-Eurosistema u l-Bank Ċentrali tal-Federazzjoni Russa fl-20 ta’ Marzu 2008.

Governanza korporattiva

Linja ta’ gwida tal-BĊE dwar il-qafas legali għar-rapportar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-SEBĊ

Fis-17 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill Governattiv adotta Linja ta’ gwida li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/16 dwar il-qafas legali għar-rapportar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2009/18). Il-Linja ta’ gwida ġiet ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE fl-4 ta’ Awwissu 2009 u hi disponibbli wkoll fil-websajt tal-BĊE.

Deċiżjoni tal-BĊE dwar il-kontijiet annwali tal-BĊE

Fis-17 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill Governattiv adotta Deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2006/17 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2009/19). Id-Deċiżjoni ġiet ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE fl-4 ta’ Awwissu 2009 u hi disponibbli wkoll fil-websajt tal-BĊE.

President tal-Kumitat għas-Sistemi tal-Pagamenti u s-Saldu

Fis-6 ta' Awwissu 2009, il-Kunsill Governattiv ħatar lis-Sinjura Daniela Russo, li kienet inħatret id-Direttur Ġenerali tal-Pagamenti u Infrastruttura tas-Suq fil-BĊE b’seħħ mill-15 ta’ Awwissu 2009, bħala president tal-Kumitat għas-Sistemi tal-Pagamenti u s-Saldu (PSSC) b’seħħ mill-1 ta’ Settembru 2009. Il-mandat tas-Sinjuna Russo bħala president tal-PSSC jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2010, jiġifieri fl-istess żmien meta jispiċċaw il-mandati tal-presidenti tal-kumitati kollha tal-Eurosistema/tas-SEBĊ u tal-President tal-Kumitat għall-Baġit, li ġew maħtura (mill-ġdid) mill-Kunsill Governattiv fid-19 ta’ Lulju 2007 għal perijodu ta’ tliet snin.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja