Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-Portal il-BĊE jisma’: suġġetti u domandi

Tlabnikom il-fehmiet tagħkom – u smajnikom!

Aħna ġbarna l-opinjonijiet, is-suġġerimenti u t-tħassib tagħkom fuq firxa ta’ suġġetti permezz tal-Portal il-BĊE Jisma’ biex nifhmu aħjar il-perspettivi tiegħek dwar l-ekonomija, u dak li tistenna mill-bank ċentrali tiegħek. F’din il-paġna, tista’ tara d-domandi li staqsejna fil-Portal.

Xi tfisser l-istabbiltà tal-prezzijiet għalik?

Il-kontribuzzjoni ewlenija li jistgħu jagħmlu l-banek ċentrali għat-titjib tal-benesseri tan-nies hija li jżommu l-istabbiltà tal-prezzijiet. Jista’ jkun li smajt dwar il-miżuri riċenti tagħna biex nikkumbattu l-impatt ekonomiku tal-pandemija tal-koronavirus. Dawn għandhom l-għan ġenerali li jżommu l-prezzijiet stabbli. Jekk ir-rata tal-inflazzjoni (ir-rata li biha l-prezzijiet tal-konsumatur jiżdiedu bħala medja minn sena għall-oħra) hija pożittiva, baxxa u stabbli, din is-sitwazzjoni hija konsistenti mal-istabbiltà tal-prezzijiet. Bħalissa l-għan tagħna hu li nżommu l-inflazzjoni taħt, iżda qrib it-2%, fuq perijodu medju ta’ żmien.

  • Kif jaffettwaw il-bidliet fil-livelli ġenerali tal-prezzijiet lilek/l-organizzazzjoni tiegħek u l-membri tiegħek?
  • Int imħasseb li kemm id-deflazzjoni jew l-inflazzjoni jkunu għoljin wisq?
  • Għal liema tipi ta’ oġġetti u servizzi tħoss l-iktar l-effetti tal-bidliet fil-prezzijiet?
  • Meta taħseb dwar l-inflazzjoni, kemm issibha rilevanti ż-żieda fl-ispiża fil-qasam tad-djar?

X’inhuma l-aspettattivi u t-tħassib ekonomiċi tiegħek?

Aħna nmexxu politika monetarja biex niżguraw li l-euro jżomm il-valur tiegħu maż-żmien. Sabiex il-politika monetarja tagħna tkun kemm jista’ jkun effettiva, irridu nifhmu aħjar l-aspettattivi tiegħek, kif ukoll it-tħassib ekonomiku tiegħek.

  • Liema tħassib ekonomiku int/l-organizzazzjoni tiegħek u l-membri tiegħek qed jiffaċċjaw?
  • Kif affettwawk il-kundizzjonijiet ekonomiċi li qed jinbidlu fl-aħħar għaxar snin u speċjalment fil-kriżi ekonomika attwali kkawżata mill-pandemija tal-koronavirus? Pereżempju, kif affettwalek il-prospetti tiegħek li ssib impjieg?
  • Kif jaffettwaw ir-rati tal-imgħax baxxi u l-politika monetarja b’mod ġenerali lilek/l-organizzazzjoni tiegħek, il-membri tiegħek u l-ekonomija ġenerali?

X’suġġetti oħra jikkonċernawk?

Il-kompitu ewlieni tal-BĊE, l-“għan primarju” tiegħu hu li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet fiż-żona tal-euro. Madankollu, ladarba l-istabbiltà tal-prezzijiet tkun garantita, huwa l-kompitu tal-BĊE li jappoġġja l-politiki ekonomiċi ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Dawn jinkludu, pereżempju, l-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa bbażat fuq tkabbir ekonomiku bilanċjat, ekonomija tas-suq soċjali kompetittiva ħafna li timmira lejn impjieg sħiħ u progress soċjali, u livell għoli ta’ protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-ambjent.

  • Taħseb li l-BĊE għandu jagħti iktar jew inqas attenzjoni lil dawn il-kunsiderazzjonijiet l-oħra u għaliex?
  • Hemm kwistjonijiet oħra mhux imsemmija hawn fuq li taħseb li l-BĊE għandu jkun imħasseb dwarhom meta jkun qed jistabbilixxi l-politiki tiegħu?
  • Kif se jkollu impatt fuq it-tibdil fil-klima fuqek/l-organizzazzjoni tiegħek, il-membri tiegħek u l-ekonomija?

Kif l-aħjar nikkomunikaw miegħek?

Aħna nafu li meta wieħed jifhem kif taħdem il-politika monetarja dan jgħin lin-nies jieħdu deċiżjonijiet dwar kif jonfqu, jiffrankaw, jinvestu jew jissellfu flus. Nixtiequ niskopru kemm irnexxielna nispjegaw dak li nagħmlu u għaliex nagħmluh.

  • Sa liema punt tħossok infurmat tajjeb dwar il-BĊE/il-bank ċentrali nazzjonali tiegħek, pereżempju, rigward il-miżuri riċenti meħuda b’reazzjoni għall-kriżi tal-koronavirus?
  • Kif jista’ l-BĊE/l-Ewrosistema ttejjeb il-mod kif tispjega l-benefiċċji tal-istabbiltà tal-prezzijiet u r-riskji li l-inflazzjoni tkun għolja jew baxxa wisq?
  • X'nistgħu nagħmlu biex intejbu l-għarfien tiegħek tad-deċiżjonijiet li nieħdu u kif dawn jolqtuk?