EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32015O0028

Linja Gwida (UE) 2015/1575 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Settembru 2015 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/9 dwar operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2015/28)

ĠU L 245, 22.9.2015, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/09/2019; Impliċitament imħassar minn 32019O0007

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2015/1575/oj

22.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/13


LINJA GWIDA (UE) 2015/1575 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta' Settembru 2015

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/9 dwar operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2015/28)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 12.1 u 14.3 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2014/9 tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tispeċifika l-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu segwiti mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”) meta jwettqu operazzjonijiet domestiċi f'attiv u passiv fuq l-inizjattiva tagħhom stess.

(2)

L-indiċi Eurepo ġie identifikat fl-Artikolu 2(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2014/9 bħala r-rata tas-suq iggarantita fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss f'euro. Mit-2 ta' Jannar 2015 'il quddiem, l-indiċi Eurepo ma baqax jintuża. Ir-rata tas-suq iggarantita fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss fil-munita domestika issa ser tkun l-iSTOXX EUR GC Pooling term indices b'maturità kumparabbli.

(3)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2014/9 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 2(e) tal-Linja Gwida BCE/2014/9 huwa mibdul b'dan li gej:

“(e)

‘rata tas-suq iggarantita’ tfisser: (a) fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss fil-munita domestika, l-iSTOXX EUR GC Pooling term indices b'maturità kumparabbli; u (b) fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss f'munita barranija, rata kumparabbli.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil- jum meta tiġi nnotifikata lill-BĊNi.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta' Settembru 2015.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida BĊE/2014/9 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Frar 2014 dwar operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiku mill-banek ċentrali nazzjonali (2014/304/UE) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 56).


Fuq