EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32015D0029

Deċiżjoni (UE) 2015/1574 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Settembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/8 dwar il-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju u r-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern minn banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2015/29)

ĠU L 245, 22.9.2015, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1574/oj

22.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/12


DEĊIŻJONI (UE) 2015/1574 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta' Settembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/8 dwar il-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju u r-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern minn banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2015/29)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 132(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/8 tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tispeċifika r-rati tas-suq li għandhom joperaw bħala limiti massimi għar-remunerazzjoni ta' depożiti miżmuma minn gvernijiet u awtoritajiet pubbliċi mal-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) tagħhom. Dan jassisti lill-Kunsill Governattiv biex jimmonitorja l-konformità tal-BĊNi mal-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju kif stipulat fl-Artikolu 123 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(2)

L-indiċi Eurepo ġie identifikat fl-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2014/8 bħala r-rata tas-suq iggarantita fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss f'euro. Mit-2 ta' Jannar 2015 'il quddiem, l-indiċi Eurepo ma baqax jintuża. Ir-rata tas-suq iggarantita fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss f'euro issa ser tkun l-iSTOXX EUR GC Pooling term indices b'maturità kumparabbli.

(3)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2014/8 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

L-Artikolu 1(3) tad-Decizjoni BĊE/2014/8 huwa mibdul b'dan li gej:

“(d)

‘rata tas-suq iggarantita’ tfisser: (i) fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss f'euro, l-iSTOXX EUR GC Pooling term indices b'maturità kumparabbli; u (ii) fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss f'munita differenti, rata kumparabbli.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tieghu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta' Settembru 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċiżjoni BĊE/2014/8 dwar il-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju u r-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern minn banek ċentrali nazzjonali (2014/303/UE) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 54).


Fuq