Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32015D0025

    Deċiżjoni (UE) 2015/1195 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċìżjoni (UE) 2015/298 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/25)

    ĠU L 193, 21.7.2015, p. 133–133 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Status legali tad-dokument Fis-seħħ

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1195/oj

    21.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 193/133


    DEĊIŻJONI (UE) 2015/1195 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tat-2 ta' Lulju 2015

    li temenda d-Deċìżjoni (UE) 2015/298 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/25)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) (1) tistabbilixxi programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (iktar 'il quddiem il-“PSPP”). Jeħtieġ li jsir provvediment għad-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE mill-PSPP fid-Deċiżjoni (UE) 2015/298 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/57) (2).

    (2)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2015/298 (BĊE/2014/57) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Emenda

    Il-punt (d) tal-Artikolu 1 tad-Decizjoni (UE) 2015/298 (BĊE/2014/57) huwa mibdul b'dan li gej:

    “(d)

    ‘Id-dħul tal-BĊE li jirriżulta minn titoli’ tfisser id-dħul nett li jirriżulta minn xiri mill-BĊE ta' titoli: (i) taħt l-SMP skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/5; (ii) taħt is-CBPP3 skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/40; (iii) taħt l-ABSPP skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/45; u (iv) taħt il-programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (PSPP) skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) (*).

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tieghu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta' Lulju 2015.

    Il-President tal-BĊE

    Mario DRAGHI


    (1)  Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10)(ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).

    (2)  Deċiżjoni (UE) 2015/298 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2014 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/57) (ĠU L 53, 25.2.2015, p. 24).


    Fuq