EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32014D0055

Deċiżjoni (UE) 2015/425 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/21 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/55)

ĠU L 68, 13.3.2015, p. 54–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/12/2016; Imħassar b' 32016D0035(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/425/oj

13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/54


DEĊIŻJONI (UE) 2015/425 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta' Diċembru 2014

li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/21 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/55)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 26.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 (1) tistabbilixxi r-regoli għat-tħejjija tal-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

(2)

Hemm bżonn li jiġi kkjarifikat iktar l-approċċ ta' valutazzjoni tat-titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja.

(3)

Jeħtieġ li l-kjarifiki tekniċi jiġu inkorporati fid-Deċiżjoni BĊE/2010/21 wara d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 (2) u d-Deċiżjoni BĊE/2014/45 (3).

(4)

Huma meħtieġa wkoll ċerti bidliet tekniċi oħra fid-Deċiżjoni BĊE/2010/21.

(5)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

Id-Deċizjoni BĊE/2010/21 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 8 huwa mibdul b'dan li gej:

“Artikolu 8

Regoli għall-valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ

1.   Ir-rati u l-prezzijiet kurrenti tas-suq għandhom jintużaw għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Anness I.

2.   Ir-rivalutazzjoni tad-deheb, strumenti ta' valuta barranija, titoli (minbarra titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità u titoli mhux negozjabbli u titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja li jiġu kontabilizzati bi spejjeż ammortizzati), kif ukoll strumenti finanzjarji, kemm dawk li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ kif ukoll dawk barra l-karta tal-bilanċ, għandha titwettaq fi tmiem is-sena bir-rati u l-prezzijiet medji tas-suq.

3.   Ebda distinzjoni m'għandha ssir bejn id-differenzi fil-prezz u r-rivalutazzjoni tal-valuta għad-deheb, iżda għandha tiġi kontabilizzata d-differenza fir-rivalutazzjoni tad-deheb, ibbażata fuq il-prezz f'euro għal kull unità definita tal-piż tad-deheb li jirriżulta mir-rata tal-kambju euro/dollaru Amerikan fid-data tar-rivalutazzjoni trimestrali. Għall-kambju barrani, inklużi t-tranżazzjonijiet li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ u dawk barra l-karta tal-bilanċ, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' valuta b'valuta. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, investimenti fSDRs, inklużi investimenti individwali f'kambju barrani indikat bħala bażi għall-basket SDR, għandhom jiġu ttrattati bħala investiment wieħed. Għal titoli, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' kodiċi b'kodiċi, jiġiferi l-istess numru/tip ISIN, filwaqt li kull għażla inkorporata ma tiġix isseparata għal finijiet ta' valutazzjoni. Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja jew inklużi fil-partiti ‘Assi finanzjarji oħrajn’ jew ‘Varji’ għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati.

4.   Titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati, jiġu vvalutati bi spejjeż ammortizzati u jkunu soġġetti għall-indeboliment. Għandu japplika l-istess trattament għal titoli mhux negozjabbli u titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja li jiġu kontabilizzati bi spejjeż ammortizzati. Titoli klassifikati bħala miżmumin sal-maturità jistgħu jinbiegħu qabel il-maturità tagħhom f'kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

jekk il-kwantità mibjugħa titqies li mhijiex sinifikanti meta mqabbla mal-ammont totali tal-portafoll ta' titoli miżmumin sal-maturità;

(b)

jekk it-titoli jinbiegħu matul ix-xahar ta' qabel id-data tal-maturità;

(c)

f'ċirkustanzi eċċezzjonali, bħal pereżempju d-deterjorament sinifikanti tal-affidabbiltà kreditizzja tal-emittent.”

;

2.

L-Anness I huwa ssostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2014.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta' Diċembru 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċizjoni BĊE/2010/21 tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 1).

(2)  Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 22).

(3)  Deċiżjoni BĊE/2014/45 tal-11 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45) (ĠU L 1, 6.1.2015, p. 4).


ANNESS

“ANNESS I

KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ

ASSI

Partita tal-karta tal-bilanċ

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

1

Deheb u ammonti riċevibbli f'deheb

Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew ‘under way’. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f'gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b'terminu u klejms biex jiġi rċevut deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) transazzjonijiet ta' titjib jew tnaqqis; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew swaps tal-purità fejn hemm differenza ta' aktar minn jum ta' negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

2

Klejms kontra residenti minn barra ż-żona euro denominati f'valuta barranija

Klejms kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona euro inklużi instituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona euro ddenominati f'valuta barranija

 

2.1

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Kwota nazzjonali bil-bilanċi f'euro mnaqqsin għad-dispożizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f'euro għal spejjeż amministrattivi) jista' jiġi inkluż taħt dan l-element jew taħt l-element ‘Passiv għar-residenti barra ż-żona euro denominati f'euro’

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

SDRs

Investimenti f'SDRs (gross)

(b)

SDRs

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(c)

Klejms oħrajn

Arranġamenti ġenerali għat-teħid ta' self, self taħt arranġamenti speċjali ta' teħid ta' self, depożiti li jsiru fi trusts taħt il-ġestjoni tal-IMF

(c)

Klejms oħrajn

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

2.2

Bilanci ma' banek u investimenti f'titoli, self barrani u assi esterni oħrajn

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b'lura

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona euro

(b)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju barrani

(c)

Self barrani (depożiti) lil residenti barra ż-żona tal-euro minbarra dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(c)

Self barrani

Depożiti skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju ta' flus barranin

(d)

Assi barranin oħrajn

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona euro

(d)

Assi barranin oħrajn

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

3

Klejms kontra residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija

(a)

Investimenti f'titoli fiż-żona euro minbarra dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħra’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti taż-żona euro

(a)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

Klejms oħrajn kontra residenti taż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo b'lura, self varju

(b)

Klejms oħrajn

Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

4   Klejms kontra residenti minn barra ż-żona euro denominati f'euro

4.1

Bilanċi ma' banek, investimenti f'titoli u self

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet repo b'lura marbutin mal-ġestjoni ta' titoli ddenominati f'euro

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Strumenti ta' ekwità, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti minn barra ż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

(c)

Self lil residenti minn barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(c)

Self barra ż-żona tal-euro

Depożiti skont il-valur nominali

(d)

Titoli maħruġin minn entitajiet barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali, eż. il-Bank Ewropew tal-Investiment, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom

(d)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

4.2

Klejms li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

5

Self lil istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja ddenominati f'euro

Elementi 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti ta' politika monetarja rispettivi deskritti fl-Anness I għal Linja ta' Gwida BĊE/2000/14 (1)

 

5.1

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin

Tranżazzjonijiet b'lura regolari li jipprovdu l-likwidità ta' kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta' ġimgħa

Valur nominali jew kost repo

5.2

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal

Tranżazzjonijiet b'lura regolari li jipprovdu likwidità ta' kull xahar u li normalment għandhom maturità ta' tliet xhur

Valur nominali jew kost repo

5.3

Operazzjonijiet ta' rfinar b'lura

Tranżazzjonijiet b'lura, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta' rfinar

Valur nominali jew kost repo

5.4

Operazzjonijiet strutturali b'lura

Transazzjonijiet b'lura li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew kost repo

5.5

Faċilità ta' self marġinali

Faċilità ta' likwidità mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali jew kost repo

5.6

Krediti relatati ma' sejħiet marġinali

Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta' kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali jew kost

6

Klejms oħra kontra istituzzjonijiet ta' kreditu ddenominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b'lura b'rabta mal-amministrazzjoni ta' portafolli ta' titoli taħt l-element tal-attiv 7 ‘Titoli ta' residenti taż-żona euro denominati f'euro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta' qabel ta' valuta barranija taż-żona euro u klejms oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Klejms u operazzjonijiet oħrajn mhux relatati ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

Valur nominali jew kost

7   Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro ddenominati f'euro

7.1

Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja

Titoli maħruġin fiż-żona tal-euro u miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja. Ċertifikati ta' dejn tal-BĊE mixtrijin għal finijiet ta' rfinar

(a)

Titoli negozjabbli

Kontabilizzati skont konsiderazzjonijiet tal-politika monetarja:

(i)

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Kost zuġġett għall-indeboliment (kost meta l-indeboliment huwa kopert minn provvediment taħt l-element tal-passiv 13(b) ‘Provvedimenti’)

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(b)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

7.2

Titoli oħra

Titoli minbarra dawk taħt l-element tal-attiv 7.1 ‘Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja’ u taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM, iddenominati f'euro. Strumenti ta' ekwità

(a)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(b)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(c)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(d)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

8

Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f'euro

Klejms fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self)

Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost

9   Klejms intra-Eurosistema

9.1

Klejms marbutin mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Klejms intra-Eurosistema fil-konfront ta' BĊNi li jirriżultaw mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Kost

9.2

Klejms marbutin mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

Krediti marbutin mal-ħruġ ta' karti tal-flus mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 (2)

Valur nominali

9.3

Klejms oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)

Pożizzjoni nett tas-subelementi li ġejjin:

 

(a)

klejms netti li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-klejms u l-passiv. Ara ukoll l-element tal-passiv 10.2 ‘Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)’

(a)

Valur nominali

(b)

klejms oħrajn intra-Eurosistema ddenominati f'euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE lilll-BĊNi

(b)

Valur nominali

10

Elementi fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (klejms), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru

Valur nominali

11   Assi oħrajn

11.1

Muniti taż-żona tal-euro

Muniti Euro

Valur nominali

11.2

Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Kost wara d-deprezzament

Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli ta' assi fuq il-perijodu ta' utilità tiegħu. Il-perijodu ta' utilità huwa l-perijodu li matulu assi fissi huma mistennija li jkunu jistgħu jintużaw mill-entità. Il-perijodi ta' utilità ta' assi fissi materjali individwali jistgħu jiġu reveduti fuq bażi sistematika, jekk l-aspettattivi jkunu differenti mill-istimi preċedenti. L-assi ewlenin jistgħu jinkludu komponenti b'perijodi ta' utilità differenti. Il-perijodi ta' utilità ta' dawn il-komponenti għandhom ikunu vvalutati individwalment.

Il-kost tal-assi intanġibbli jinkludi l-kost għall-akkwist tal-assi mhux tanġibbli. Spejjeż oħrajn diretti jew indiretti għandhom jiġu nklużi

Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT; mingħajr kapitalizzazzjoni)

11.3

Assi finanzjarji ohrajn

Interessi parteċipanti u investimenti f'sussidjarji, ishma azzjonarji miżmumin għal raġunijiet strateġiċi/politiċi

Titoli inklużi ekwitajiet, u strumenti finanzjarji u bilanċi oħrajn inklużi d-depożiti għal terminu fiss u kontijiet kurrenti miżmumin bħala portafoll immarkat

Transazzjonjiet repo b'lura ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mal-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt dan l-element

(a)

Strumenti ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

(b)

Interessi parteċipanti u ishma ta' ekwità mhux likwidi, u kwalunkwe strumenti ta' ekwità oħrajn miżmuma bħala investimenti permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

(c)

Investiment f'sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-assi nett

(d)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Primjums/skontijiet huma ammortizzati

(e)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(f)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

(g)

Bilanċi ma' banek u self

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani jekk il-bilanċi/id-depożiti huma ddenominati f'valuti barranin

11.4

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, tpartit ta' valuta barranija, tpartit tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, tranżazzjonijiet bil-quddiem f'titoli, tranżazzjonijiet immedjati tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tal-ħlas

Il-pożizzjoni netta bejn bil-quddiem u immedjat, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

11.5

Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Prezz mħallsa minn qabel u imgħax akkumulat imħallas, jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b'titolu

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

11.6

Varji

(a)

Ħlasijiet bil-quddiem, self u elementi minuri oħrajn Self mogħti fuq bażi ta' fiduċja

(a)

Valur nominali jew kost

(b)

Investimenti relatati ma' depożiti ta' deheb tal-klijent

(b)

Valur tas-suq

(c)

Assi ta' pensjonijiet netti

(c)

Skont l-Artikolu 24(2)

(d)

Krediti pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza tal-kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema

(d)

Valur nominali/li jista' jiġi rkuprat (qabel/wara s-saldu tat-telf)

(e)

Attiv jew krediti (fil-konfront ta' terzi) negozjati jew miksuba fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li huma inadempjenti

(e)

Spiża (kkonvertita bir-rata tas-suq tal-kambju ta' flus barranin fil-ħin tal-akkwist jekk l-assi finanzjarji huma denominati f'valuti barranin)

12

Telf ghas-sena

 

Valur nominali

PASSIV

Partita tal-karta tal-bilanċ

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

1

Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

Karti tal-flus euro maħruġin mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29

Valur nominali

2

Passiv lejn istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

Elementi 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f'euro kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14

 

2.1

Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta' riżervi minimi)

Kontijiet denominati f'euro ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tas-SEBĊ. Dan l-element jinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi

Valur nominali

2.2

Faċilità ta' depożitu

Depożiti mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali

2.3

Depożiti għal terminu fiss

Ġbir għall-finijiet ta' assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta' kalibrazzjoni

Valur nominali

2.4

Operazzjonijiet ta' rfinar b'lura

Tranżazzjonijiet b'rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Valur nominali jew kost repo

2.5

Depożiti relatati ma' sejħiet marġinali

Depożiti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta' assi sottostanti fil-konfront ta' krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali

3

Passivi għal residenti oħra taż-żona tal-euro ddenominati f'euro

Tranżazzjonijiet repo konnessi ma' tranżazzjonijiet repo b'lura simultanji għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt l-element tal-assi 7 'Titoli ta' residenti fiż-żona euro denominati f'euro'. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema Ebda kontijiet kurrenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali jew kost repo

4

Ċertifikati ta' dejn maħruġin mill-BĊE

Ċertifikati ta' dejn kif deskritt fl-Anness I mal-Linja ta' Gwida BĊE/2011/14. Karta ta' skont, maħruġa bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Kost

Kull skont huwa ammortizzat

5   Passiv fil-konfront ta' residenti ohra taż-żona euro denominati f'euro

5.1

Gvern ġenerali

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

5.2

Passiv ieħor

Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta' kumpaniji u ta' klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (Ara l-element tal-passiv 2.1); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

6

Passivi għal residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ġestjoni tar-riżervi: ta' banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inklużi l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta' depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji b'lura għall-ġestjoni ta' titoli denominati f'euro. Bilanċi ta' kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro

Valur nominali jew kost repo

7

Passivi għal residenti taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija

Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

8   Passiv fil-konfront ta' residenti barra ż-żona euro denominati f'valuta barranija

8.1

Depoziti, bilanċi u passiv ieħor

Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

8.2

Passivi mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

9

Il-kontroparti ta' drittijiet speċjali ta' kreditu allokati mill-IMF

Element denominat bħala SDR li juri l-ammont ta' SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettiv

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

10   Passiv intra-Eurosistema

10.1

Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin

Element fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE, denominat f'euro

Valur nominali

10.2

Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)

Pożizzjoni nett tas-subelementi li ġejjin:

 

(a)

klejms netti li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-klejms u l-passiv. Ara ukoll l-element tal-assiv 9.3 'Klejms oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)'

(a)

Valur nominali

(b)

klejms oħrajn intra-Eurosistema ddenominati f'euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE lilll-BĊNi

(b)

Valur nominali

11

Elementi fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta' trasferimenti giro

Valur nominali

12   Passiv ieħor

12.1

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, tpartit ta' valuta barranija, tpartit tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, tranżazzjonijiet bil-quddiem f'titoli, tranżazzjonijiet immedjati tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn bil-quddiem u immedjat, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

12.2

Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

Nefqa li ssir dovuta f'perijodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta' rappurtar. Dħul riċevut fil-perijodu rrappurtat imma marbut ma' perijodu futur

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

12.3

Varji

(a)

Kontijiet sospiżi għat-taxxa Kreditu f'valuta barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija Tranżazzjonijiet repo ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji b'lura għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta' riżerva. Elementi minuri oħra. Passiv fuq bażi ta' fiduċja

(a)

Valur nominali jew kost (repo)

(b)

Depożiti tad-deheb tal-klijent.

(b)

Valur tas-suq

(ċ)

Passiv tal-pensjonijiet netti

(c)

Skont l-Artikolu 24(2)

13

Provvedimenti

(a)

Għar-rata tal-kambju barrani, rata ta' imgħax, riskji fil-kreditu u fil-prezz tad-deheb, u għal finijiet oħra, eż. spejjeż mistennija fil-futur u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ għal dak li jirrigwarda banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati.

(a)

Kost/valur nominali

(b)

Għal riskji tal-kontroparti jew tal-kreditu li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-politika monetarja

(b)

Valur nominali (ibbażat fuq valutazzjoni fi tmiem is-sena mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE)

14

Kontijiet ta' rivalutazzjoni

(a)

Kontijiet ta' rivalutazzjoni relatati ma' ċaqlieq fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta' titoli ddenominati f'euro, għal kull tip ta' titoli ddenominati f'munita barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq relatati ma' derivati tar-riskju tar-rata ta' imgħax; kontijiet ta' rivalutazzjoni relatati ma' ċaqlieq fil-kambju barrani għal kull pożizzjoni tal-munita nett miżmuma, inkluż swaps/forwards ta' kambju barrani u SDRs

Kontijiet ta' rivalutazzjoni speċjali li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward ta' banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew irrevokati. Ara l-Artikolu 13(2)

(a)

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju barrani maqlub bir-rata tas-suq

(b)

Ir-riżultati tal-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett (attiv) fir-rigward ta' benefiċċji ta' wara l-impjieg, li huma l-pożizzjoni nett tas-subpartiti li ġejjin:

(i)

Qligħ u telf attwarjali fil-valur preżenti ta-obbligu tal-benefiċċju ddefinit

(ii)

Ir-redditu fuq l-assi tal-pjan, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett (attiv)

(iii)

Kull tibdil fl-effett tal-massimu tal-attiv, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett (attiv)

(b)

Skont l-Artikolu 24(2)

15   Kapital u riżervi

15.1

Kapital

Kapital imħallas

Valur nominali

15.2

Riżervi

Riżervi legali, skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward ta' banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati

Valur nominali

16

Profitt ghas-sena

 

Valur nominali”


(1)  Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti ta' politika monetarja u l-proċeduri tal-Eurosistema (ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1).

(2)  Linja Gwida BĊE/2010/29 tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).


Fuq