EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32014D0056(01)

Deċiżjoni (UE) 2015/297 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2014/56)

ĠU L 53, 25.2.2015, p. 21–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/12/2016; Imħassar b' 32016D0036(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/297/oj

25.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/21


DEĊIŻJONI (UE) 2015/297 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta' Diċembru 2014

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2014/56)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 32.2 u l-Artikolu 32.7 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 (1) tistabbilixxi mekkaniżmu għall-aggregazzjoni u l-allokazzjoni ta' dħul monetarju ġej minn operazzjonijiet ta' politika monetarja.

(2)

Fid-dawl tad-Deċiżjoni BĊE/2014/40 (2) u d-Deċiżjoni BĊE/2014/45, (3) l-assi assenjabbli għandhom jiġu aġġustati biex jitqies l-ammont ta' qligħ u telf magħmul li jirriżulta minn kwalunkwe trasferiment ta' titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja, għall-perijodu mit-trasferiment sat-tmiem tat-trimestru li jmiss.

(3)

Fid-dawl tal-fatt li l-imgħax li jakkumula fuq operazzjonijiet ta' politika monetarja li l-maturità tagħhom hija sena jew itwal jiġi aggregat qabel ma jinġabar fit-tmiem tal-operazzjoni, għandu jsir aġġustament għall-kalkolu tal-bażi tal-obbligazzjonijiet u l-assi assenjabbli bis-saħħa tal-Annessi I u II tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23.

(4)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 għandha għalhekk tiġi emendata f'dan is-sens,

AdoTtA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23 qed jinbidlu bit-test stabbilit fl-Anness I u II ta' din id-Deċiżjoni rispettivament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2014.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta' Diċembru 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta' Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 17)

(2)  Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 22).

(3)  Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45) (ĠU L 1, 6.1.2015, p. 4).


ANNESS I

“ANNESS I

KOMPOŻIZZJONI TAL-BAŻI TAL-PASSIV

A.

Il-bażi tal-passiv tinkludi, bl-esklużjoni ta' kull element ieħor:

1.

Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, fis-sena tal-bidla tal-flus kontanti għal kull BĊN li jingħaqad mal-Eurosistema ‘Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni’:

(a)

jinkludu karti tal-flus maħruġin mill-BĊN u ddenominati fil-munita nazzjonali tiegħu; u

(b)

għandu jitnaqqas il-valur tas-self mhux remunerat marbut ma' karti tal-flus euro frontloaded li għadhom ma ġewx iddebitati (parti mill-element 6 tal-assi tal-HBS).

Wara s-sena relevanti tal-bidla tal-flus kontanti, għal kull BĊN ‘karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni’ tfisser karti tal-flus denominati f'euro, bl-esklużjoni ta' karti tal-flus oħrajn.

Jekk id-data tal-bidla tal-flus kontanti tkun jum li fih it-TARGET2 huwa magħluq, il-passiv ta' BĊN li jirriżulta minn karti tal-flus euro li ġew frontloaded skont il-Linja Gwida BĊE/2006/9 u li daħlu fiċ-ċirkolazzjoni qabel id-data tal-bidla tal-flus kontanti jkun parti mill-bażi tal-passiv (bħala parti mill-kontijiet korrispondenti taħt l-element tal-passiv 10.4 tal-HBS) sakemm il-passiv isir parti mill-passiv intra-Eurosistema li jirriżulta minn tranżazzjonijiet TARGET2.

2.

Passiv fil-konfront ta' istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbut ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro, jinkludu kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

kontijiet kurrenti inklużi r-rekwiżiti minimi tar-riżerva taħt l-Artikolu 19.1 tal-Istatut tas-SEBĊ (element tal-passiv 2.1 tal-HBS);

(b)

ammonti f'depożiti taħt il-faċilità ta' depożitu tal-Eurosistema (element tal-passiv 2.2 tal-HBS);

(c)

depożiti għal terminu fiss (element tal-passiv 2.3 tal-HBS);

(d)

passiv li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub (element tal-passiv 2.4 tal-HBS);

(e)

depożiti marbutin ma' sejħiet għal marġni (element tal-passiv 2.5 tal-HBS).

3.

Passiv ta' depożiti fil-konfront ta' kontropartijiet inadempjenti fl-Eurosistema u li ġew ikklassifikati mill-ġdid mill-element tal-passiv 2.1 tal-HBS.

4.

Passiv intra-Eurosistema ta' BĊNi li jirriżulta mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn tal-BĊE skont il-Kapitolu 3.3 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 (1) (element tal-passiv 10.2 tal-HBS).

5.

Passiv nett intra-Eurosistema fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, inkluż dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni (parti mill-element tal-passiv 10.3 tal-HBS).

6.

Passiv intra-Eurosistema nett li jirriżulta minn tranżazzjonijiet TARGET2 remunerati skont ir-rata ta' referenza (parti mill-element tal-passiv 10.4 tal-HBS).

7.

Imgħax akkumulat irreġistrat fl-aħħar ta' trimestru minn kull BĊN dwar il-passiv tal-politika monetarja li l-maturità tiegħu hija ta' sena jew itwal (parti mill-element tal-passiv 12.2 tal-HBS).

B.

L-ammont tal-bażi tal-passiv ta' kull BĊN huwa kkalkolat skont il-prinċipji u r-regoli armonizzati tal-kontabbiltà stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2010/20.



ANNESS II

“ANNESS II

ASSI ASSENJABBLI

A.

L-assi assenjabbli jinkludu, bl-esklużjoni ta' kull element ieħor:

1.

Self lil istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbut ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro (element tal-assi 5 tal-HBS).

2.

Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja (parti mill-element tal-assi 7.1 tal-HBS).

3.

Talbiet intra-Eurosistema ekwivalenti għat-trasferiment ta' assi ta' riżervi barranin li mhumiex deheb lill-BĊE taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-SEBĊ (parti mill-element tal-assi 9.2 tal-HBS).

4.

Talbiet intra-Eurosistema netti fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni (parti mill-element tal-assi 9.4 tal-HBS).

5.

Talbiet intra-Eurosistema netti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet TARGET2 remunerati skont ir-rata ta' referenza (parti mill-element tal-assi 9.5 tal-HBS).

6.

Deheb, inklużi talbiet fil-konfront ta' deheb ittrasferit lill-BĊE, f'ammont li jippermetti lil kull BĊN jassenja proporzjon tad-deheb tiegħu li jikkorrispondi mal-applikazzjoni ta' sehmu fl-iskema tal-kapital sottoskritt lill-ammont totali ta' deheb assenjabbli mill-BĊNi kollha (element tal-assi 1 u parti mill-element tal-assi 9.2 tal-HBS).

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-deheb huwa vvalutat abbażi tal-prezz tad-deheb f'euro għal kull uqija fina fil-31 ta' Diċembru 2002.

7.

Talbiet li jirriżultaw minn karti tal-flus euro li ġew frontloaded skont il-Linja Gwida BĊE/2006/9 u li mbagħad daħlu fiċ-ċirkolazzjoni qabel id-data tal-bidla tal-flus kontanti (parti mill-element tal-assi 4.1 tal-HBS sad-data tal-bidla tal-flus kontanti u wara parti mill-kontijiet korrispondenti taħt l-element tal-assi 9.5 tal-HBS), iżda biss sakemm dawk it-talbiet isiru parti mill-klejms intra-Eurosistema li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet TARGET2.

8.

Talbiet pendenti li jirriżultaw minn inadempjenza ta' kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest ta' operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema, u/jew assi jew passiv finanzjarju (fil-konfront ta' terzi) approprjati u/jew miksuba fil-kuntest ta' operazzjonijiet tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata minn kontropartijiet inadempjenti tal-Eurosistema fil-kuntest ta' operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema kklassifikati mill-ġdid mill-element tal-assi 5 tal-HBS (parti mill-element tal-attiv 11.6 tal-HBS).

9.

Imgħax akkumulat irreġistrat fl-aħħar ta' trimestru minn kull BĊN dwar l-assi tal-politika monetarja li l-maturità tagħhom hija ta' sena jew itwal (parti mill-element tal-passiv 11.5 tal-HBS).

B.

Il-valur tal-assi assenjabbli ta' kull BĊN huwa kkalkolat skont il-prinċipji u r-regoli armonizzati tal-kontabilità stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2010/20.”


Fuq