EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32014R1333

Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 1333/2014 tas- 26 ta' Novembru 2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2014/48)

ĠU L 359, 16.12.2014, p. 97–116 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ: Danl-attinbidel. Verżjoni kkonsolidata kurrenti: 12/12/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1333/oj

16.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 359/97


REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (UE) Nru 1333/2014

tas-26 ta' Novembru 2014

dwar l-istatistika tas-swieq monetarji

(BĊE/2014/48)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2),

Billi:

(1)

Għat-twettiq tal-kompiti tagħha, is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) teħtieġ li tinżamm statistika dwar tranżazzjonijiet tas-suq monetarju, jiġifieri dwar tranżazzjonijiet tas-suq monetarju iggarantiti, mhux iggarantiti u dawk relatati ma' ċerti derivattivi, kif huwa speċifikat ulterjorment f'dan ir-Regolament, konklużi minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs), bl-eċċezzjoni ta' banek ċentrali u fondi tas-suq monetarju (MMFs), ma' MFIs oħrajn, u bejn MFIs u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, il-gvern ġenerali jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji, iżda bl-esklużjoni ta' tranżazzjonijiet intragrupp.

(2)

L-iskop ewlieni tal-ġbir ta' statistika ta' dan it-tip huwa sabiex il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu informazzjoni statistika komprensiva, iddettaljata u armonizzata dwar is-swieq monetarji fiż-żona tal-euro. Id-dejta miksuba mit-tranżazzjonijiet miġburin fir-rigward tas-segmenti tas-suq imsemmijin hawn fuq tipprovdi informazzjoni dwar il-mekkaniżmu ta' trażmissjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja. Għaldaqstant, dan huwa sett neċessarju ta' statistika għall-iskopijiet tal-politika monetarja fiż-żona tal-euro.

(3)

Il-ġbir ta' dejta statistika huwa meħtieġ ukoll sabiex il-BĊE jkun jista' jipprovdi appoġġ analitiku u statistiku lill-mekkaniżmu superviżorju uniku (MSU) skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (3). F'dan il-kuntest, il-ġbir ta' dejta statistika huwa meħtieġ ukoll sabiex din issostni l-kompiti tal-BĊE fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja.

(4)

Il-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊNi) għandhom jgħarrfu lill-BĊE f'każ li l-BĊN jiddeċiedu li ma jiġbrux id-dejta meħtieġa skont dan ir-Regolament, f'liema każ il-BĊE jieħu f'idejh il-kompitu ta' ġbir tad-dejta direttament mingħand l-aġenti li jirrapportaw.

(5)

Skont it-Trattati u b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċenrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-BĊE huwa meħtieġ jagħmel regolamenti sal-grad meħtieġ sabiex jimplimenta l-kompiti tas-SEBĊ kif iddefiniti fl-Istatut tas-SEBĊ u f'xi każijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet adottati mill-Kunsill skont l-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Sabiex jonqos il-piż tar-rapportar fuq l-MFIs filwaqt li tiġu żgurata d-disponibbiltà ta' statistika tempestiva u ta' kwalità għolja, il-BĊE inizjalment ser jeħtieġ ir-rapportar ta' dejta mill-ikbar MFIs taż-żona tal-euro, fuq il-bażi tad-daqs tal-assi ewlenin tagħhom fuq il-karta tal-bilanċ meta mqabblin mal-assi ewlenin fuq il-karta tal-bilanċ għall-MFIs kollha taż-żona tal-euro. Mill-1 ta' Jannar 2017 il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista' jespandi n-numru ta' MFIs li jirrapportaw billi jqis ukoll kriterji oħrajn, bħall-importanza tal-attivitajiet tal-MFI fis-swieq monetarji u r-relevanza tal-MFI għall-istabbiltà u t-tħaddim tas-sistema finanzjarja. Il-BĊE ser jiżgura li tal-inqas ikun hemm tliet MFIs li jirrapportaw għal kull Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Stat Membru taż-żona tal-euro”) sabiex jiżgura livell minimu ta' rappreżentanza ġeografika. Il-BĊNi jistgħu jiġbru wkoll dejta mingħand l-MFIs li mhumiex parti mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta fuq il-bażi tar-rekwiżiti nazzjonali tagħhom dwar rapportar statistiku, f'liema każ dik id-dejta tiġi rrapportata u vverifikata skont dan ir-Regolament.

(7)

Sabiex jitnaqqas ulterjorment il-piż ta' rapportar fuq l-MFIs billi jiġi evitat li dawn ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' rapportar iddupplikati waqt li tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' statistika tempestiva u ta' kwalità għolja, il-BĊE għandu jkun jista' jeżentahom milli jirrapportaw dejta relatata ma' transazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli jew kuntratti ta' derivattivi jekk dik id-dejta tkun diġà ġiet irrapportata lil repożitorju tal-kummerċ, sakemm il-BĊE jkollu aċċess effettiv għal dejta tempestiva u standardizzata skont ir-rekwiżiti speċifikati f'dan ir-Regolament.

(8)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 jistipula li l-BĊE jista' jadotta regolamenti għad-definizzjoni u l-impożizzjoni tar-rekwiżiti tiegħu dwar ir-rapportar statistiku fuq il-popolazzjoni attwali li tirrapporta tal-Istati Membri taż-żona tal-euro. L-Artikolu 6(4) jistipula li l-BĊE jista' jadotta regolamenti li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom jista' jiġi eżerċitat id-dritt ta' verifika jew twettiq tal-ġbir obbligatorju ta' informazzjoni statistika.

(9)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistipula li l-Istati Membri jridu jorganizzaw irwieħhom fil-qasam tal-istatistika u jikkooperaw bis-sħiħ mas-SEBĊ sabiex jiżguraw li jissodisfaw l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(10)

Jekk xi dejta miġbura skont dan ir-Regolament tkun tinkludi informazzjoni statistika kunfidenzjali, l-istandards applikabbli għall-protezzjoni u l-użu ta' dik l-informazzjoni ser ikunu dawk stipulati fl-Artikoli 8 u 8c tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.

(11)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistipula li l-BĊE għandu s-setgħa li jimponi sanzjonijiet fuq l-aġenti li jirrapportaw li jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' rapportar statistiku stipulati fir-regolamenti jew fid-deċiżjonijiet tal-BĊE.

(12)

Filwaqt li huwa rrikonoxxut li r-regolamenti adottati mill-BĊE skont l-Artikolu 34.1 tal-Istatut tas-SEBĊ ma jagħtu ebda dritt u ma jimponu ebda obbligu fuq l-Istati Membri li l-munita tagħhom ma hijiex l-euro (iktar 'il quddiem imsejħa “Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro”), l-Artikolu 5 tiegħu japplika kemm għal Stati Membri fiż-żona tal-euro kif ukoll għal dawk mhux fiż-żona tal-euro. Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistipula li l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat, jimplika obbligu li jiġu mfassla u implimentati f'livell nazzjonali il-miżuri kollha li l-Istat Membri mhux fiż-żona tal-euro jqisu xierqa sabiex iwettqu l-ġbir tal-informazzjoni statistika meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tal-BĊE u preparamenti fil-ħin fil-qasam tal-istatistika sabiex isiru Stati Membri fiż-żona tal-euro.

(13)

Ir-rekwiżiti ta' rapportar skont dan ir-Regolament huma mingħajr ħsara għar-rekwiżiti ta' rapportar stipulati fi strumenti u atti legali oħrajn tal-BĊE li, tal-inqas b'mod parzjali, jistgħu jkopru wkoll rapportar ta' informazzjoni statistika dwar is-swieq monetarji fuq il-bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni, jew inkella fuq bażi aggregata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament:

1.

“aġenti li jirrapportaw” [imsejħa “aġenti tar-rappurtaġġ” fir-Regolament (KE) Nru 2533/98], “residenti” u “li joqgħod” għandhom l-istess tifsira kif imfissra fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

2.

“istituzzjoni finanzjarja monetarja” (MFI) għandha l-istess tifsira kif imfissra fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (4) u għandha tinftiehem li tinkludi l-fergħat kollha tal-MFI li jinsabu fl-Unjoni u l-EFTA, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor b'mod espliċitu f'xi dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament;

3.

“OFI” tfisser intermedjarji finanzjarji oħrajn għajr korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet kif stipulati fis-Sistema Ewropea riveduta tal-Kontijiet (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ESA 2010”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

4.

“korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni” tfisser il-korporazzjonijiet finanzjarji u l-kważi-korporazzjonijiet kollha li primarjament huma attivi fl-intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ippuljar tar-riskji, l-iktar fil-forma ta' riassigurazzjoni jew assigurazzjoni diretta kif stipulat fl-ESA 2010;

5.

“fondi tal-pensjonijiet” tfisser il-korporazzjonijiet finanzjarji u l-kważi-korporazzjonijiet kollha li primarjament huma attivi fl-intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ippuljar tar-riskji soċjali u l-ħtiġijiet tal-persuni assigurati (assigurazzjoni soċjali) kif stipulat fl-ESA 2010;

6.

“korporazzjonijiet mhux finanzjarji” tfisser is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif stipulat fl-ESA 2010;

7.

“gvern ġenerali” tfisser l-unitajiet istituzzjonali li huma produtturi mhux tas-suq li l-produzzjoni tagħhom hija maħsuba għal konsum individwali u kollettiv u li huma ffinanzjati minn pagamenti obbligatorji li jsiru mill-unitajiet li jappartjenu għal setturi oħrajn, u unitajiet istituzzjonali primarjament attivi fir-ridistribuzzjoni tad-dħul u l-ġid nazzjonali kif stipulat fl-ESA 2010;

8.

“assi ewlenin fuq il-karta tal-bilanċ” tfisser l-assi totali wara li jitnaqqsu l-assi li jifdal skont kif dawn it-termini huma ddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33);

9.

“statistiċi dwar is-suq monetarju” tfisser statistiċi marbutin ma' tranżazzjonijiet iggarantiti, mhux iggarantiti u derivattivi fi strumenti tas-suq monetarju konklużi bejn MFIs, u bejn MFIs u OFIs, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, banek ċentrali, gvern ġenerali u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, iżda għajr tranżazzjonijiet intragrupp fil-perjodu ta' rapportar relevanti;

10.

“strument tas-suq monetarju” tfisser kwalunkwe wieħed mill-istrumenti elenkati fl-Annessi I, II u III;

11.

“fond tas-suq monetarju” tfisser impriża ta' investiment kollettiv li teħtieġ awtorizzazzjoni bħala impriża għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli taħt id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew tkun fond ta' investiment kollettiv taħt id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), tinvesti f'assi għal terminu qasir u jkollha bħala objettivi distinti jew kumulattivi l-offerta ta' redditi b'mod konformi ma' rati tas-suq monetarju jew il-preżervazzjoni tal-valur ta' investiment;

12.

“bank ċentrali” tfisser kwalunkwe bank ċentrali, indipendentement minn fejn jinsab;

13.

“bank/banek ċentrali nazzjonali” jew “BĊN(i)” tfisser il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni;

14.

“popolazzjoni ta' referenza li tirrapporta” tfisser MFIs residenti fiż-żona tal-euro, għajr banek ċentrali u MMFs, li jieħdu depożiti ddenominati fl-euro u/jew joħorġu kwalunkwe strument ieħor tad-dejn u/jew jagħtu self iddenominat fl-euro kif elenkat fl-Annessi I, II jew III minn/lil MFIs oħrajn u/jew minn/lil OFIs, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, il-gvern ġenerali, banek ċentrali għal skopijiet ta' investiment, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji;

15.

“grupp” tfisser grupp ta' impriżi, inklużi iżda mhux limitati għal grupp bankarju, li jikkonsisti f'impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom huma kkonsolidati għall-finijiet tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

16.

“fergħa” tfisser post tan-negozju li jagħmel parti legalment dipendenti minn istituzzjoni u li jwettaq direttament it-tranżazzjonijiet kollha jew uħud minnhom li huma inerenti fin-negozju tal-istituzzjoni;

17.

“fergħa fl-Unjoni u l-EFTA” tfisser fergħa li tinsab u hija rreġistrata fi Stat Membru tal-Unjoni jew f'pajjiż tal-EFTA;

18.

“Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles” tfisser l-organizzazzjoni intergovernattiva mwaqqfa għall-promozzjoni tal-kummerċ liberu u l-integrazzjoni ekonomika għall-benefiċċju tal-Istati Membri tagħha;

19.

“tranżazzjoni intragrupp” tfisser tranżazzjoni fi strumenti tas-suq monetarju konkluża minn aġent li jirrapporta ma' impriża oħra li hija inkluża fl-istess dikjarazzjoni finanzjarja kkonsolidata fuq bażi sħiħa. L-impriżi li huma partijiet għat-tranżazzjoni jitqiesu li huma inklużi fl-“istess konsolidazzjoni” fuq bażi sħiħa meta t-tnejn ikunu jew:

(a)

inklużi f'konsolidazzjoni skont id-Direttiva 2013/34/UE jew l-istandards internazzjonali tar-rapportar finanzjarju (IFRS) adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jew, b'rabta ma' grupp li l-impriża prinċipali tiegħu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz, skont il-prinċipji ta' kontabbiltà ġeneralment aċċettati ta' dak il-pajjiż terz li ġew stabbiliti bħala ekwivalenti għall-IFRS skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 (10) (jew standards ta' kontabbiltà ta' pajjiż terz li l-użu tagħhom huwa awtorizzat skont l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament); jew inkella

(b)

koperti mill-istess superviżjoni kkonsolidata skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jew, b'rabta ma' grupp li l-impriża prinċipali tiegħu għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz, l-istess superviżjoni kkonsolidata minn awtorità kompetenti ta' pajjiż terz ivverifikata bħala ekwivalenti għal dik irregolata mill-prinċipji stipulati fl-Artikolu 127 tad-Direttiva 2013/36/UE;

20.

“ġurnata tax-xogħol” tfisser fir-rigward ta' kwalunkwe data li hija speċifikata fi ftehim jew f'konferma għal tranżazzjoni fi strument tas-suq monetarju, il-jum li fih il-banek kummerċjali u s-swieq tal-muniti barranin ikunu miftuħin għan-negozju ġenerali (inkluż negozjar fl-istrument tas-suq monetarju relevanti) u jsaldaw ħlasijiet fl-istess munita bħall-obbligazzjoni ta' ħlas li hija pagabbli jew ikkalkolata b'referenza għal dik id-data. Fil-każ ta' tranżazzjoni fi strument tas-suq monetarju rregolata minn ftehim prinċipali standard maħruġ mill-Federazzjoni Bankarja Ewropea (EBF), l-Assoċjazzjoni tas-Suq tas-Self (LMA), l-International Swaps and Derivatives Association, Inc. (ISDA) jew assoċjazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali primarji oħrajn tas-swieq, għandha tintuża d-definizzjoni pprovduta jew inkorporata hemm b'referenza. B'rabta mas-saldu ta' kwalunkwe tranżazzjoni fi strument tas-suq monetarju li trid tiġi saldata permezz ta' sistema ta' saldu speċifikata, għandha tfisser jum li fih dik is-sistema ta' saldu hija miftuħa għas-saldu tat-tali tranżazzjoni;

21.

“data tas-saldu ta' TARGET2” tfisser kwalunkwe jum li fih tkun miftuħa TARGET2 (Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system);

22.

“ftehim ta' riakkwist” tfisser ftehim li permezz tiegħu il-partijiet kontraenti jidħlu fi tranżazzjonijiet li fihom parti waħda (“il-bejjiegħ”) taqbel li tbigħ lill-oħra (“ix-xerrej”) “assi” speċifikati (“titoli”, “komoditajiet” jew “assi finanzjarji oħrajn”) f'data fil-qrib bil-ħlas tal-prezz tax-xiri mix-xerrej lill-bejjiegħ, bi ftehim simultanju mix-xerrej li jerġa' jbigħ lill-bejjiegħ l-assi f'data fissa fil-ġejjieni jew fuq talba malli l-bejjiegħ iħallas il-prezz tar-riakkwist lix-xerrej. Kull tranżazzjoni ta' dan t-tip tista' tkun tranżazzjoni ta' riakkwist jew tranżazzjoni ta' xiri u rivendita. “Ftehim ta' riakkwist” jista' jfisser ukoll ftehim ta' rahan ta' assi u l-għoti ta' dritt ġenerali ta' użu mill-ġdid bi tpartit mas-self ta' flus f'data fil-qrib u r-ripagament tas-self u l-imgħax f'data fil-futur imbiegħed bi tpartit mar-ritorn tal-assi. It-tranżazzjonijiet ta' riakkwist jistgħu jsiru b'data ta' maturità predefinita (tranżazzjonijiet ta' riakkwist b'“terminu fiss”) jew mingħajr data ta' maturità predefinita li tħalli f'idejn iż-żewġ partijiet l-għażla li jaqblu jekk jirriportawx jew jitterminawx il-ftehim kull jum (tranżazzjonijiet ta' riakkwist fuq “bażi miftuħa”);

23.

“riakkwist bi tliet partijiet” tfisser tranżazzjoni ta' riakkwist li fiha parti terza hija responsabbli għall-għażla u l-ġestjoni tal-kollateral matul il-ħajja tat-tranżazzjoni;

24.

“swap tal-kambju” tfisser tranżazzjoni ta' swap li fiha parti tbigħ lill-oħra ammont speċifikat ta' munita speċifikata malli jsir il-ħlas ta' ammont maqbul ta' munita differenti speċifikata fuq il-bażi ta' rata tal-kambju maqbula (magħrufa bħala rata tal-kambju spot) bil-patt ta' riakkwist tal-munita mibjugħa f'data fil-ġejjieni (magħrufa bħala d-data ta' maturità) malli jsir il-bejgħ tal-munita inizjalment mixtrija b'rata tal-kambju differenti (magħrufa bħala r-rata tal-kambju forward);

25.

“swap tal-indiċi matul il-lejl” (OIS) tfisser swap tar-rata tal-imgħax fejn ir-rata tal-imgħax varjabbli perjodika tkun daqs il-medja ġeometrika ta' rata matul il-lejl (jew ir-rata tal-indiċi matul il-lejl)fuq terminu speċifikat. Il-pagament finali jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn ir-rata tal-imgħax fissa u r-rata matul il-lejl komposta rreġistrata tul il-ħajja tal-OIS applikata għall-ammont nominali tat-tranżazzjoni. Peress li dan ir-Regolament jiffoka biss fuq OIS iddenominata f'euro, ir-rata matul il-lejl ser tkun l-EONIA;

26.

“Qafas ta' Basel III dwar l-LCR” (“Basel III LCR Framework”) tfisser il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità (LCR) propost mill-Kumitat ta' Basel u approvat fis-7 ta' Jannar 2013 mill-Grupp ta' Gvernaturi u Kapijiet ta' Superviżjoni, il-korp ta' sorveljanza u l-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, bħala standard regolatorju globali minimu għall-miżuri ta' likwidità ta' terminu qasir fis-settur bankarju.

Artikolu 2

Popolazzjoni attwali li tirrapporta

1.   Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tikkonsist fl-MFIs residenti fiż-żona tal-euro mill-popolazzjoni ta' referenza li tirrapporta, li huma identifikati mill-Kunsill Governattiv bħala aġenti li jirrapportaw skont il-paragrafu 2 jew 3, kif applikabbli, jew MFIs identifikati bħala aġenti li jirrapportaw skont il-paragrafu 4 fuq il-bażi tal-kriterji stipulati hemm, u li huma nnotifikati dwar l-obbligi tagħhom li jirrapportaw skont il-paragrafu 5 (minn hawn 'il quddiem imsejħin “aġenti li jirrapportaw”).

2.   Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li MFI hija aġent li jirrapporta jekk l-MFI jkollha assi ewlenin fuq il-karta tal-bilanċ ikbar minn 0,35 % tal-assi ewlenin fuq il-karta tal-bilanċ tal-MFIs kollha taż-żona tal-euro fuq il-bażi tal-iktar dejta riċenti disponibbli għall-BĊE, jiġifieri:

(a)

dejta b'referenza għal tmiem Diċembru tas-sena tal-kalendarju ta' qabel in-notifika skont il-paragrafu 5; jew

(b)

jekk id-dejta msemmija f'(a) ma tkunx disponibbli, dejta b'referenza għal tmiem Diċembru tas-sena ta' qabel.

Għall-fini ta' din id-deċiżjoni, il-kalkolu tal-assi totali prinċipali fuq il-karta tal-bilanċ tal-MFI rispettiva għandu jeskludi fergħat barra l-pajjiż ospitanti tal-MFI rispettiva.

3.   Mill-1 ta' Jannar 2017 il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li jikklassifika kwalunkwe MFI oħra bħala aġent li jirrapporta fuq il-bażi tad-daqs tal-assi ewlenin tagħha fuq il-karta tal-bilanċ meta mqabblin mal-assi ewlenin fuq il-karta tal-bilanċ tal-MFIs kollha taż-żona tal-euro, l-importanza tal-attivitajiet tal-MFI fin-negozjar ta' strumenti tas-suq monetarju u r-relevanza tal-MFI għall-istabbiltà u t-tħaddim tas-sistema finanzjarja fiż-żona tal-euro u/jew Stati Membri individwali.

4.   Mill-1 ta' Jannar 2017 il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi wkoll li, għal kull Stat Membru taż-żona tal-euro, għandhom jiġu identifikati tal-inqas tliet MFIs bħala aġenti li jirrapportaw. Għalhekk, jekk fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv meħudin skont il-paragrafu 2 jew il-paragrafu 3, jingħażlu inqas minn tliet MFIs fi Stat Membru partikolari fiż-żona tal-euro, il-popolazzjoni attwali li tirrapporta tinkludi wkoll MFIs oħrajn minn dak l-Istat Membru fiż-żona tal-euro li jitqiesu li huma rappreżentattivi mill-BĊN relevanti (minn hawn 'il quddiem imsejħin “aġenti li jirrapportaw rappreżentattivi”), sabiex tal-inqas jiġu identifikati tliet aġenti li jirrapportaw bħala aġenti li jirrapportaw għal dak l-Istat Membru fiż-żona tal-euro.

L-aġenti li jirrapportaw rappreżentattivi għandhom jingħażlu minn fost l-ikbar istituzzjonijiet ta' kreditu residenti fl-Istat Membru kkonċernat taż-żona tal-euro, fuq il-bażi tal-assi totali fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet, sakemm il-BĊNi ma jissuġġerixxux kriterji alternattivi u l-BĊE jaqbel dwarhom bil-miktub.

5.   Il-BĊE jew il-BĊN relevanti għandu jgħarraf lill-MFIs ikkonċernati dwar kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv meħuda skont il-paragrafi 2, 3 jew 4 u dwar l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. In-notifika għandha tintbagħat bil-miktub tal-inqas erba' xhur qabel ma jibda l-ewwel rapportar.

6.   Minkejja kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv skont il-paragrafi 2, 3 jew 4, il-BĊNi jistgħu jiġbru wkoll statistiċi dwar is-suq monetarju mingħand l-MFIs residenti fl-Istat Membru tagħhom li mhumiex aġenti li jirrapportaw skont il-paragrafu 2, 3 jew 4, fuq il-bażi tar-rekwiżiti nazzjonali tagħhom ta' rapportar statistiku (minn hawn 'il quddiem “aġenti li jirrapportaw addizzjonali”). Jekk BĊN jidentifika aġenti li jirrapportaw addizzjonali b'dan il-mod, għandu jinnotifikahom minnufih.

Artikolu 3

Rekwiżiti tar-rapportar statistiku

1.   Għall-finijiet tal-produzzjoni regolari tal-istatistiċi dwar is-suq monetarju, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-BĊN tal-Istat Membru fejn huma residenti fuq bażi kkonsolidata, inkluż għall-fergħat kollha tagħhom li jinsabu fl-Unjoni u l-EFTA, informazzjoni statistika ta' kuljum marbuta mal-istrumenti tas-suq monetarju. L-informazzjoni statistika meħtieġa hija speċifikata fl-Annessi I, II u III. Il-BĊN għandu jibgħat l-informazzjoni statistika li jirċievi mingħand l-aġenti li jirrapportaw lill-BĊE skont l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-BĊNi għandom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li l-aġenti li jirrapportaw iridu jsegwu b'rabta mal-istrumenti tas-suq monetarju. Dawn l-arranġamenti tar-rapportar għandhom jiżguraw il-forniment tal-informazzjoni statistika meħtieġa u jippermettu li jiġi vverifikat bi preċiżjoni l-issodisfar tal-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet kif stipulat fl-Anness IV.

3.   Minkejja r-rekwiżit tar-rapportar speċifikat fil-paragrafu 1, BĊN jista' jiddeċiedi li l-aġenti li jirrapportaw magħżulin skont l-Artikolu 2(2), (3) u (4) residenti fl-Istat Membru tal-BĊN għandhom jirrapportaw l-informazzjoni statistika speċifikata fl-Annessi I, II, III lill-BĊE. Il-BĊN għandu jgħarraf lill-BĊE u lill-aġenti li jirrapportaw kif xieraq, u mbagħad il-BĊE għandu jiddefinixxi u jimplimenta l-arranġamenti ta' rapportar li għandhom jiġu segwiti mill-aġenti li jirrapportaw u jieħu f'idejh il-kompitu li jiġbor id-dejta meħtieġa direttament mingħand l-aġenti li jirrapportaw.

4.   Jekk BĊN ikun għażel aġenti li jirrapportaw addizzjonali u jkun innotifikahom kif imsemmi fl-Artikolu 2(6), dawn għandhom jirrapportaw informazzjoni statistika ta' kuljum marbuta mal-istrumenti tas-suq monetarju lill-BĊN. Il-BĊN għandu jibgħat l-informazzjoni statistika li jirċievi mingħand l-aġenti li jirrapportaw addizzjonali lill-BĊE fuq talba tal-BĊE skont l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament.

5.   Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li jridu jiġu segwiti mill-aġenti li jirrapportaw addizzjonali skont ir-rekwiżiti nazzjonali tagħhom ta' rapportar statistiku. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li l-arranġamenti nazzjonali tar-rapportar jesiġu lill-aġenti li jirrapportaw addizzjonali sabiex jikkonformaw ma' rekwiżiti li huma ekwivalenti għall-Artikoli 6 sa 8, 10(3), 11 u 12 ta' dan ir-Regolament. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti tar-rapportar jipprovdu l-informazzjoni statistika meħtieġa u jippermettu li ssir verifika preċiża tal-issodisfar tal-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità ma' kunċetti u reviżjonijiet kif stipulat fl-Anness IV.

Artikolu 4

Tempestività

1.   F'każ li BĊN jiddeċiedi skont l-Artikolu 3(3) li l-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw l-informazzjoni speċifikata fl-Annessi I, II, III direttament lill-BĊE, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni lill-BĊE kif ġej.

(a)

Dejta miġbura mingħand l-aġenti li jirrapportaw magħżulin skont l-Artikolu 2(2) għandha tintbagħat darba kuljum lill-BĊE bejn is-6 p.m. dakinhar tan-negozjar u fis-7 a.m. CET fl-ewwel data tas-saldu ta' TARGET2 wara l-ġurnata tan-negozjar.

(b)

Dejta miġbura mingħand l-aġenti li jirrapportaw magħżulin skont l-Artikolu 2(3) u (4) għandha tintbagħat darba kuljum lill-BĊE bejn is-6 p.m. dakinhar tan-negozjar u s-1 p.m. CET fl-ewwel data tas-saldu ta' TARGET2 wara l-ġurnata tan-negozjar.

(c)

Dejta li fir-rigward tagħha l-BĊN għandu deroga skont l-Artikolu 5 għandha tintbagħat lill-BĊE darba fil-ġimgħa bejn is-6 p.m. dakinhar tan-negozjar u s-1 p.m. CET fl-ewwel data tas-saldu ta' TARGET2 wara li tintemm il-ġimgħa li magħha hija relatata d-dejta.

2.   Fi kwalunkwe każ ieħor li ma jaqax taħt il-paragrafu 1, il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE l-informazzjoni statistika ta' kuljum dwar is-suq monetarju, kif speċifikat fl-Annessi I, II u III, li jirċievu mingħand l-aġenti li jirrapportaw kif ġej.

(a)

Dejta miġbura mingħand l-aġenti li jirrapportaw magħżulin skont l-Artikolu 2(2) għandha tintbagħat darba kuljum lill-BĊE qabel is-7 a.m. CET fl-ewwel data tas-saldu ta' TARGET2 wara d-data tan-negozju.

(b)

Dejta miġbura mingħand l-aġenti li jirrapportaw magħżulin skont l-Artikolu 2(3) u (4) għandha tintbagħat darba kuljum lill-BĊE qabel is-1 p.m. CET fl-ewwel data tas-saldu ta' TARGET2 wara d-data tan-negozju.

(c)

Dejta miġbura mingħand aġenti li jirrapportaw addizzjonali magħżulin skont l-Artikolu 2(6) għandha tintbagħat lill-BĊE darba kuljum qabel is-1 p.m. CET fl-ewwel data tas-saldu ta' TARGET2 wara d-data tan-negozju, darba fil-ġimgħa qabel is-1 p.m. CET fl-ewwel data tas-saldu ta' TARGET2 wara li tintemm il-ġimgħa li magħha hija relatata d-dejta, jew darba fix-xahar qabel is-1 p.m. CET fl-ewwel data tas-saldu ta' TARGET2 wara li jintemm ix-xahar li miegħu hija relatata d-dejta. Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu fuq il-frekwenza tar-rapportar u jgħarrfu lill-BĊE minnufih kif xieraq. Il-BĊNi jistgħu jirrevedu l-frekwenza tar-rapportar darba fis-sena.

(d)

Dejta li fir-rigward tagħha l-BĊN għandu deroga skont l-Artikolu 5 għandha tintbagħat lill-BĊE darba fil-ġimgħa qabel is-1 p.m. CET fl-ewwel data tas-saldu ta' TARGET2 wara li tintemm il-ġimgħa li magħha hija relatata d-dejta.

3.   Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu sa meta jeħtieġu li jirċievu dejta mingħanr aġenti li jirrapportaw sabiex jilħqu l-iskadenzi ta' rapportar tagħhom kif speċifikat fil-paragrafu 2 u għandhom jinfurmaw lill-aġenti li jiorrapportaw dwar dan.

4.   Meta data ta' skadenza msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 taħbat f'jum tal-għeluq ta' TARGET2, id-data ta' skadenza għandha tittawwal għall-ġurnata tax-xogħol ta' TARGET2 li jmiss, kif imħabbra fuq is-sit tal-BĊE.

Artikolu 5

Deroga

Meta l-aġenti li jirrapportaw ikunu ntgħażlu skont l-Artikolu 2(3) jew (4), BĊN jista' jiddeċiedi li l-aġenti li jirrapportaw jistgħu jibagħtu statistiċi dwar is-suq monetarju kuljum lill-BĊN darba fil-ġimgħa qabel is-1 p.m. (CET) fl-ewwel data tas-saldu ta' TARGET2 wara li tintemm il-ġimgħa li magħha hija relatata d-dejta jekk għal raġunijiet operazzjonali ma jistgħux jissodisfaw ir-rekwiżit ta' frekwenza tar-rapportar ta' kuljum. Il-BĊE jista' jimponi kundizzjonijiet fuq l-applikazzjoni tad-deroga mill-BĊNi.

Artikolu 6

Amalgamazzjonijiet, diviżjonijiet, riorganizzazzjonijiet u insolvenzi

1.   Fil-każ ta' amalgamazzjoni, diviżjoni, spin-off, jew kwalunkwe riorganizzazzjoni oħra li tista' taffettwa l-issodisfar tal-obbligi statistiċi tiegħu, l-aġent li jirrapporta ikkonċernat għandu jgħarraf lill-BĊE u lill-BĊN relevanti, ladarba l-intenzjoni ta' implimentazzjoni tat-tali operazzjoni ssir publika u fi ħdan żmien raġonevoli qabel ma tidħol fis-seħħ, dwar il-proċeduri li huma ppjanati sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tar-rapportar statistiku stipulati f'dan ir-Regolament. L-aġent li jirrapporta għandu jgħarraf lill-BĊE u lill-BĊN relevanti wkoll fi żmien 14-il jum minn meta titlesta dik l-operazzjoni.

2.   Jekk aġent li jirrapporta jingħaqad ma' entità oħra permezz ta' akkwist kif iddefinit fid-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill (12) u waħda mill-entitajiet li tingħaqad kienet aġent li jirrapporta, l-entità amalgamata għandha tkompli tirrapporta skont dan ir-Regolament.

3.   Jekk aġent li jirrapporta jingħaqad ma' entità oħra permezz tal-formazzjoni ta' kumpanija ġdida kif iddefinit fid-Direttiva 2011/35/UE u waħda mill-entitajiet li tingħaqad kienet aġent li jirrapporta, l-entità li titnissel għandha tirrapporta skont dan ir-Regolament jekk tissodisfa d-definizzjoni ta' aġent li jirrapporta.

4.   Jekk aġent li jirrapporta jinqasam f'żewġ entitajiet jew iktar jew permezz ta' akkwist jew permezz ta' formazzjoni ta' kumpaniji ġodda kif iddefiniti fis-Sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE (13) u waħda mill-entitajiet il-ġodda tkun aġent li jirrapporta, l-entità l-ġdida għandha tirrapporta skont dan ir-Regolament. Id-diviżjoni għandha tinkludi wkoll operazzjoni ta' spin-off li fiha aġent li jirrapporta jittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu jew parti minnhom lil kumpanija ġdida bi tpartit ma' ishma fil-kumpanija l-ġdida.

5.   Jekk aġent li jirrapporta isir insolventi, jitlef il-liċenzja bankarja tiegħu jew inkella jieqaf iwettaq negozju bankarju, kif ikkonfermat mill-awtorità superviżorja kompetenti, ma għandux jibqa' obbligat jirrapporta skont dan ir-Regolament.

6.   Għall-finijiet tal-paragrafu 5, aġent li jirrapporta għandu jitqies insolventi jekk isseħħ sitwazzjoni minn dawn li ġejjin:

(a)

jagħmel assenjament ġenerali għall-benefiċċju tal-kredituri, jew bil-għan li jidħol f'riorganizzazzjoni, arranġament jew kompożizzjoni mal-kredituri;

(b)

jammetti bil-miktub li mhuwiex kapaċi jħallas id-djun tiegħu malli jsiru dovuti;

(c)

jippreżenta jew jagħti l-kunsens għal jew jaċċetta b'mod taċitu l-ħatra ta' xi fiduċjarju, amministratur, riċevitur, likwidatur jew uffiċjal analogu għalih jew fuq il-proprjetà kollha tiegħu jew kwalunkwe parti materjali minnha;

(d)

il-preżentazzjoni ta' talba quddiem qorti jew is-sottomissjoni ta' talba li korp jew awtorità kompetenti oħrajn għal insolvenza fir-rigward tiegħu (ħlief permezz ta' kontroparti fir-rigward ta' kwalunkwe obbligu mill-aġent li jirrapporta lil dik il-kontroparti);

(e)

jiġi stralċat jew isir insolventi (jew jidħol fi kwalunkwe proċediment analogu), jew inkella jekk hu jew kwalunkwe awtorità pubblika jew entità jew persuna oħra jippreżentaw rikors għar-riorganizzazzjoni, l-arranġament, il-kompożizzjoni, l-arranġament volontarju, il-likwidazzjoni, ix-xoljiment jew rilaxx simili tiegħu minn kwalunkwe statut, liġi jew regolament attwali jew futur, bħal talba (ħlief fil-każ ta' talba għal stralċ jew kwalunkwe proċediment analogu, li fir-rigward tiegħu ma għandu japplika ebda perjodu ta' 30 jum) li ma tkunx ġiet posposta jew li ma tkunx ġiet miċħuda fi żmien 30 jum mill-preżentazzjoni tagħha;

(f)

il-ħatra ta' fiduċjarju, amministratur, riċevitur, likwidatur jew uffiċjal analogu għalih jew fuq il-proprjetà kollha tiegħu jew kwalunkwe parti materjali minnha; jew

(g)

l-organizzazzjoni ta' kwalunkwe laqgħa tal-kredituri tiegħu għall-finijiet ta' kunsiderazzjoni ta' arranġament volontarju (jew kwalunkwe proċediment analogu).

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità

1.   Meta jirċievu u jimmaniġġjaw dejta skont dan ir-Regolament li fiha informazzjoni kunfidenzjali, inkluż il-qsim ta' dik id-dejta ma' BĊNi oħrajn taż-żona tal-euro, il-BĊE u l-BĊN għandhom japplikaw l-istandards għall-protezzjoni u l-użu ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali stabbiliti fl-Artikoli 8 u 8c tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.

2.   Soġġetta għall-paragrafu 1, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tinsab fid-dejta statistika miġbura mill-BĊE jew BĊN skont dan ir-Regolament ma għandhiex tintbagħat lil jew tinqasam b'xi mod ieħor ma' xi awtorità jew parti terza oħra ħlief il-BĊE u l-BĊN taż-żona tal-euro sakemm l-aġent li jirrapporta ikkonċernat ma jkunx ta lill-BĊE jew lill-BĊN relevanti l-kunsens espliċitu tiegħu bil-miktub minn qabel u l-BĊE jew il-BĊN relevanti, fejn applikabbli, ikun iffirma ftehim xieraq ta' kunfidenzjalità ma' dak l-aġent li jirrapporta.

Artikolu 8

Verifika u ġbir obbligatorju

Il-BĊE u l-BĊN, skont il-każ, għandu jkollhom id-dritt li jivverifikaw u, jekk hemm bżonn, jiġbru b'mod obbligatorju l-informazzjoni li l-aġenti li jirrapportaw jipprovdu skont ir-rekwiżiti tar-rapportar statistiku stipulati fl-Artikolu 3 u l-Annessi I, II u III ta' dan ir-Regolament. Dan id-dritt jista' jiġi eżerċitat b'mod partikolari jekk aġent li jirrapporta ma jissodisfax l-istandards għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità ma' kunċetti u r-reviżjonijiet kif stipulat fl-Anness IV. Għandu japplika wkoll l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.

Artikolu 9

Proċedura ssimplifikata tal-emendar

Filwaqt li jieħu f'kunsiderazzjoni l-fehmiet tal-Kumitat Statistiku tas-SEBĊ, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista' jagħmel emendi tekniċi għall-annessi għal dan ir-Regolament, sakemm la jibdel il-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma jaffettwa l-piż tar-rapportar fuq l-aġenti li jirrapportaw. Il-Bord Eżekuttiv għandu jgħarraf lill-Kunsill Governattiv dwar kwalunkwe emenda bħal din mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 10

L-ewwel rapportar

1.   Fil-każ ta' aġenti li jirrapportaw magħżulin skont l-Artikolu 2(2), l-ewwel rapportar skont dan ir-Regolament, soġġett għad-dispożizzjonijiet transitorji fl-Artikolu 12, għandu jibda bid-dejta għall-1 ta' April 2016.

2.   Fil-każ ta' aġenti li jirrapportaw magħżulin skont l-Artikolu 2(3) u (4), l-ewwel rapportar skont dan ir-Regolament għandu jibda fid-data kkomunikata lill-aġent li jirrapporta mill-BĊE jew il-BĊN relevanti skont l-Artikolu 2(5), u fi kwalunkwe każ mhux qabel it-12-il xahar wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv skont l-Artikolu 2(3) jew (4).

3.   Barra minn hekk, aġenti li jirrapportaw rappreżentattivi jintgħażlu skont l-Artikolu 2(4), l-aġenti li jirrapportaw rappreżentattivi jistgħu jissottomettu talba bil-miktub lill-BĊE jew lill-BĊN relevanti għal posponiment temporanju tal-ewwel data tar-rapportar, li fiha jiddikjaraw ir-raġunijiet għal dak id-dewmien. Il-posponiment mitlub jista' jingħata sa sitt xhur b'estensjonijiet possibbli oħrajn li jaslu sa sitt xhur. Il-BĊE jew il-BĊN relevanti jista' jaqbel li jiddiferixxi l-ewwel data tar-rapportar fir-rigward tal-aġenti li jirrapportaw applikanti rappreżentattivi jekk iqisu li dak id-dewmien huwa ġġustifikat. Barra minn hekk, jekk l-aġenti li jirrapportaw rappreżentattivi ma jkollhom ebda dejta x'jirrapportaw jew dejta biss li titqies li mhijiex rappreżentattiva kemm mill-BĊE kif ukoll mill-BĊN fl-ewwel data tar-rapportar, il-BĊN jista' jaqbel li jeżentahom mill-applikazzjoni tal-ewwel data tar-rapportar. It-tali eżenzjoni tista' tingħata biss mill-BĊN f'kollegament mal-BĊE jekk kemm il-BĊE kif ukoll il-BĊN iqisu li t-talba hija ġġustifikata u li ma tixħitx f'riskju r-rappreżentattività tal-kampjun tar-rapportar.

4.   Fil-każ ta' MFIs magħżulin bħala aġenti li jirrapportaw addizzjonali skont l-Artikolu 2(6), l-ewwel rapportar skont dan ir-Regolament għandu jibda mid-data kkomunikata lill-aġent li jirrapporta addizzjonali mill-BĊN skont l-Artikolu 2(6).

Artikolu 11

Klawżola ta' reviżjoni perjodika

Il-BĊE għandu jirrevedi l-operazzjoni ta' dan ir-Regolament 12-il xahar wara l-ewwel rapportar u joħroġ rapport fuq dan. Skont ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport, jista' jżid jew inaqqas in-numru ta' aġenti li jirrapportaw u/jew ir-rekwiżiti tar-rapportar statistiku. Wara din l-ewwel reviżjoni inizjali, kull sentejn ser isiru aġġornamenti regolari tal-popolazzjoni attwali li tirrapporta.

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet transnazzjonali

Fil-perjodu bejn l-1 ta' April 2016 sal-1 ta' Lulju 2016, l-aġenti li jirrapportaw ser jitħallew jirrapportaw statistiċi dwar is-suq monetarju għal uħud mill-jiem relevanti iżda mhux kollha lill-BĊE jew lill-BĊN relevanti. Il-BĊE jew il-BĊN relevanti jista' jispeċifika l-jiem li għalihom għandu jkun meħtieġ ir-rapportar.

Artikolu 13

Dispożizzjoni finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri b'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  Opinjoni tal-14 ta' Novembru 2014 (ĠU C 407, 15.11.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(6)  Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(7)  Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(8)  Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta' titoli skont id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66).

(11)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(12)  Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' April 2011 dwar il-mergers ta' kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (ĠU L 110, 29.4.2011, p. 1).

(13)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta' Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat, li jikkonċerna d-diviżjoni ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47).


ANNESS I

Skema ta' rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju marbutin ma' tranżazzjonijiet iggarantiti

PARTI 1

TIP TA' STRUMENTI

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw għand il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti il-ftehimiet kollha ta' riakkwist u t-tranżazzjonijiet li jidħlu fihom skont dawn, inklużi tranżazzjonijiet ta' riakkwist bi tliet partijiet, li huma ddenominati f'euro b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tan-negozju) bejn l-aġent li jirrapporta u istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) oħrajn, intermedjarji finanzjarji oħrajn (OFIs), korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, gvern ġenerali jew banek ċentrali għal skopijiet ta' investiment kif ukoll ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-qafas ta' Basel III dwar l-LCR.

PARTI 2

TIP TA' DEJTA

1.

Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni (1) li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:

Entrata

Deskrizzjoni tad-dejta

Opzjoni alternattiva li jirrapportaw (jekk teżisti) u kwalifiki oħrajn

Identifikatur tat-tranżazzjoni

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni.

L-identifikatur tat-tranżazzjoni huwa uniku għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata f'data ta' rapportar partikolari għal kwalunkwe segment tas-suq monetarju.

Data ta' rapportar

Id-data li fiha d-dejta tiġi sottomessa lill-BĊE jew il-BĊN.

 

Kronogramma elettronika

Il-ħin li fih tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni.

 

Kodiċi tal-kontroparti

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata.

Meta t-tranżazzjonijiet isiru permezz ta' kontroparti ċentrali ta' kklerjar (CCP), irid jiġi pprovdut l-identifikatur tal-entità legali tas-CCP (LEI).

Meta t-tranżazzjonijiet jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji, OFIs, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, gvern ġenerali, u banek ċentrali u għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata oħra li għaliha mhuwiex ipprovdut il-LEI tal-kontroparti, trid tiġi pprovduta l-klassi tal-kontroparti.

ID tal-kodiċi tal-kontroparti

Attribut li jispeċifika t-tip ta' kodiċi tal-kontroparti individwali mibgħut.

Irid jintuża fiċ-ċirkustanzi kollha. Ser jiġi pprovdut kodiċi tal-kontroparti individwali.

Sit tal-kontroparti

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti.

Obbligatorju jekk il-kodiċi tal-kontroparti individwali mhuwiex ipprovdut. Inkella fakultattiv.

Ammont nominali tat-tranżazzjoni

L-ammont inizjalment mogħti jew meħud b'self.

 

Ammont nominali kollaterali

L-ammont nominali tat-titolu mirhun bħala kollateral.

Għajr għal riakkwisti bi tliet partijiet u kwalunkwe tranżazzjoni oħra li fiha t-titolu mirhun mhuwiex identifikat permezz ta' Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN).

Data tan-negozju

Id-data li fiha l-partijiet jidħlu fit-tranżazzjoni finanzjarja.

 

Data tas-saldu

Id-data tax-xiri, jiġifieri d-data li fiha l-flus iridu jitħallsu mill-mutwanti lill-mutwatarju u t-titolu jrid jiġi ttrasferit mill-mutwatarju lill-mutwanti.

Fil-każ ta' tranżazzjonijiet ta' riakkwist fuq bażi miftuħa, din hija d-data li fiha jiġi saldat ir-rifinanzjament (anki jekk l-ebda flus ma jibdlu l-idejn).

Data ta' maturità

Id-data tar-riakkwist, jiġifieri d-data li fiha l-flus huma dovuti jitħallsu lura mill-mutwatarju lill-mutwanti.

Fil-każ ta' tranżazzjonijiet ta' riakkwist fuq bażi miftuħa, din hija d-data li fiha l-kapital u l-imgħax dovuti jridu jitħallsu lura jekk it-tranżazzjoni ma tkomplix tiġi rrifinanzjata.

Sinjal tat-tranżazzjoni

It-teħid b'self ta' flus fil-każ ta' riakkwisti jew l-għoti b'self ta' flus fil-każ ta' riakkwisti bil-maqlub.

 

ISIN tal-kollateral

L-ISIN assenjat lit-titoli maħruġin fi swieq finanzjarji, imsawwar minn 12-il karattru alfanumeriku, li jidentifika b'mod uniku titolu (kif iddefinit mill-ISO 6166).

Irid jiġi rrapporat għajr għal riakkwisti bi tliet partijiet u r-riakkwisti l-ohrajn kollha li fihom it-titoli mirhuna ma jkunux identifikati permezz ta' ISIN wieħed.

Tip ta' kollateral

Sabiex tiġi identifikata l-klassi tal-assi mirhuna bħala kollateral meta ma jkun ipprovdut ebda ISIN.

Irid jiġi pprovdut fil-każijiet kollha li fihom ma jkun ipprovdut ebda ISIN.

Marka tal-kollateral speċjali

Biex tidentifika t-transazzjonijiet kollha ta' riakkwist imwettqin kontra kollateral ġenerali u dawk imwettqin kontra kollateral speċjali. Entrata fakultattiva li trid tiġi pprovduta biss jekk hija fattibbli għall-aġent li jirrapporta.

Ir-rapportar ta' din l-entrata huwa fakultattiv.

Rata tan-negozju

Ir-rata tal-imgħax mogħtija skont il-konvenzjoni dwar is-swieq monetarji ACT/360 li biha ġie konkluż ir-riakkwist u li biha huma remunerati l-flus mislufin.

 

Telf impost tal-kollateral

Miżura ta' kontroll tar-riskju applikata għal kollateral sottostanti li biha l-valur tal-kollateral sottostanti jiġi kkalkolat bħala l-valur tas-suq tal-assi mnaqqas b'ċertu perċentwal (telf impost). Għal finijiet tar-rapportar, it-telf impost tal-kollateral huwa kkalkolat bħala 100 wara li jitnaqqas il-proporzjon bejn il-flus mogħtija/meħudin b'self u l-valur tas-suq inkluż l-imgħax dovut tal-kollateral mirhun.

Ir-rapportar ta' din l-entrata huwa meħtieġ biss għal tranżazzjonijiet tal-kollateral waħedhom.

Kodiċi tal-kontroparti tal-aġent bi tliet partijiet

L-identifikatur tal-kodiċi tal-kontroparti tal-aġent bi tliet partijiet.

Irid jiġi rrapportat għal riakkwisti bi tliet partijiet.

ID tal-kodiċi tal-aġent bi tliet partijiet

Attribut li jispeċifika t-tip ta' kodiċi tal-aġent bi tliet partijiet individwali mibgħut.

Irid jintuża fiċ-ċirkustanzi kollha li fihom ser jiġi pprovdut kodiċi tal-aġent bi tliet partijiet individwali.

Benefiċjarju fil-każ ta' tranżazzjonijiet konklużi permezz tas-CCPs

 

 

2.   Livell limitu ta' materjalità

Tranżazzjonijiet imwettqin ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala grossisti fuq il-bażi tal-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR. (2)

3.   Eċċezzjonijiet

Tranżazzjonijiet intragrupp ma għandhomx jiġu rrapportati.


(1)  L-istandards dwar ir-rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dejta huma stabbiliti b'mod separat. Huma disponibbli fuq www.ecb.int.

(2)  Ara “Basel III: The liquidity coverage ratio and liquidity risk monitoring tools” (“Basel III: Il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità u l-għodod ta' monitoraġġ tar-riskju tal-likwidità”, traduzzjoni mhux uffiċjali), pp. 23 sa 27, disponibbli mis-sit tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuq: www.bis.org.


ANNESS II

Skema tar-rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju marbutin ma' tranżazzjonijiet mhux iggarantiti

PARTI 1

TIP TA' STRUMENTI

1.

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw għand il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti:

(a)

kull teħid b'self billi jintużaw l-istrumenti ddefiniti fit-tabella ta' hawn taħt, li huma ddenominati f'euro b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tan-negozju), tal-aġent li jirrapporta minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) oħrajn, intermedjarji finanzjarji oħrajn (OFIs), korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, gvern ġenerali jew banek ċentrali għal skopijiet ta' investiment kif ukoll minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-qafas ta' Basel III dwar l-LCR.

(b)

kull għoti b'self lil istituzzjonijiet tal-kreditu oħrajn b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tan-negozju) permezz ta' depożiti mhux iggarantiti jew permezz tax-xiri mingħand l-istituzzjonijiet tal-kreditu emittenti ta' karta kummerċjali, ċertifikati ta' depożitu, noti tar-rata varjabbli u titoli tad-dejn oħrajn b'maturità li tasal sa sena.

2.

It-tabella ta' hawn taħt tipprovdi deskrizzjoni standard iddettaljata tal-kategoriji ta' strumenti, għal tranżazzjonijiet li l-aġenti li jirrapportaw huma meħtieġa jirrapportaw mal-BĊE. F'każ li l-aġenti li jirrapportaw huma meħtieġa jirrapportaw it-tranżazzjonijiet lill-BĊN tagħhom, il-BĊN relevanti għandu jittrasponi dawk id-deskrizzjonijiet tal-kategoriji ta' strumenti f'livell nazzjonali skont dan ir-Regolament.

Tip ta' strument

Deskrizzjoni

Depożiti

Depożiti bla mgħax mhux iggarantiti li huma mifdijin b'notifika jew li għandhom maturità ta' mhux iktar minn sena u li jittieħdu (teħid b'self) jew jitqiegħdu mill-aġent li jirrapporta.

Ċertifikat ta' depożitu

Strument ta' dejn b'terminu fiss maħruġ minn MFI li jintitola lid-detentur għal rata fissa speċifika tal-imgħax tul terminu fiss iddefinit li jasal sa sena.

Karta kummerċjali

Strument ta' dejn li mhuwiex iggarantit jew li huwa ggarantit minn kollateral ipprovdut mill-emittent, li għandu maturità ta' mhux iktar minn sena u li għandu l-imgħax jew inkella huwa skontat.

Nota b'rata varjabbli

Strument ta' dejn li għalih il-pagamenti perjodiċi tal-imgħax huma kkalkolati fuq il-bażi tal-valur, jiġifieri bl-iffissar ta' rata ta' referenza sottostanti bħall-Euribor f'dati predefiniti magħrufin bħala dati tal-iffissar, u li għandu maturità ta' mhux iktar minn sena.

Strumenti puttable

Strument ta' dejn li fih id-dententur jkollu opzjoni put, jiġifieri opzjoni li jikseb ripagament bikri mingħand l-emittent, bl-ewwel data tal-eżerċizzju jew perjodu ta' notifika ta' mhux iktar minn sena mid-data tal-ħruġ.

Strumenti eżerċitabbli

Strument ta' dejn li fih l-emittent għandu opzjoni eżerċitabbli, jiġifieri opzjoni li jifdi l-istrument kmieni, b'data tar-ripagament finali ta' mhux iktar minn sena mid-data tal-ħruġ.

Titoli ta' dejn oħrajn fuq terminu qasir

Titoli mhux subordinati għajr ekwità b'maturità li tasal sa sena maħruġin minn aġenti li jirrapportaw, li huma strumenti li normalment ikunu negozjabbli u nnegozjati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jitpaċew fis-suq u li ma jagħtux lid-detentur xi dritt ta' sjieda fuq l-istituzzjoni li toħroġ. Din l-entrata tinkludi:

(a)

titoli li taw lid-detentur dritt inkondizzjonat għal dħul fiss jew iddeterminat minn kuntratt fil-forma ta' pagamenti bil-kupun u/jew somma fissa stipulata f'data speċifikata (jew dati) jew minn data ddefinita fil-mument tal-ħruġ;

(b)

strumenti mhux negozjabbli maħruġin minn aġenti li jirrapportaw li mbagħad isiru negozjabbli u jiġu riklassifikati bħala “titoli ta' dejn”.

PARTI 2

TIP TA' DEJTA

1.

Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni (1) li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:

Deskrizzjoni tad-dejta

Definizzjoni

Opzjoni alternattiva li jirrapportaw (jekk teżisti) u kwalifiki addizzjonali

Identifikatur tat-tranżazzjoni

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni.

L-identifikatur tat-tranżazzjoni huwa uniku għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata f'data tar-rapportar partikolari għal kwalunkwe segment tas-suq monetarju.

Data ta' rapportar

Id-data li fiha d-dejta tiġi sottomessa lill-BĊE jew il-BĊN.

 

Kronogramma elettronika

Il-ħin li fih tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni.

 

Kodiċi tal-kontroparti

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata.

Meta t-tranżazzjonijiet isiru permezz ta' kontroparti ċentrali ta' kklerjar (CCP), irid jiġi pprovdut l-identifikatur tal-entità legali tas-CCP (LEI).

Meta t-tranżazzjonijiet jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji, OFIs, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, gvern ġenerali, u banek ċentrali u għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata oħra li għaliha mhuwiex ipprovdut il-LEI tal-kontroparti, trid tiġi pprovduta l-klassi tal-kontroparti.

ID tal-kodiċi tal-kontroparti

Attribut li jispeċifika t-tip ta' kodiċi tal-kontroparti individwali mibgħut.

Irid jintuża fiċ-ċirkustanzi kollha. Jiġi pprovdut kodiċi tal-kontroparti individwali.

Sit tal-kontroparti

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti.

Obbligatorju jekk il-kodiċi tal-kontroparti individwali mhuwiex ipprovdut. Inkella fakultattiv.

Data tan-negozju

Id-data li fiha l-partijiet jidħlu fit-tranżazzjoni finanzjarja rrapportata.

 

Data tas-saldu

Id-data li fiha l-flus jissellfu mill-mutwanti lill-mutwatarju jew li fiha jiġi saldat ix-xiri ta' strument ta' dejn.

Fil-każ ta' kontijiet eżerċitabbli u għoti/teħid b'self mhux iggarantit ieħor mifdi b'notifika, id-data li fiha jiġi rrifinanzjat id-depożitu (jiġifieri li fiha kien jitħallas lura li kieku ġie eżerċitat/ma ġiex rifinanzjat).

Data ta' maturità

Id-data li fiha l-flus ikollhom jitħallsu lura mill-mutwatarju lill-mutwanti jew li fiha strument ta' dejn jimmatura u jkollu jitħallas lura.

Fil-każ ta' strumenti eżerċitabbli, trid tiġi pprovduta d-data ta' maturità finali. Fil-każ ta' strumenti puttable, trid tiġi pprovduta l-ewwel data li fiha tista' tiġi eżerċitata l-opzjoni ta' put. Fil-każ ta' kontijiet eżerċitabbli u għoti/teħid b'self mhux iggarantit ieħor mifdi b'notifika, l-ewwel data li fiha l-istrument jista' jinfeda.

L-ewwel data tal-opzjoni eżerċitabbli/put

L-ewwel data li fiha l-opzjoni eżerċitabbli/put tista' tiġi eżerċitata.

Trid tiġi rrapportata biss għal strumenti eżerċitabbli/puttable bl-ewwel data ta' opzjoni eżerċitabbli/put.

Perjodu ta' notifika għall-opzjoni eżerċitabbli/put

Għal strumenti eżerċitabbli/puttable, in-numru ta' jiem tal-kalendarju li d-detentur tal-opzjoni jrid jinnotifika lid-detentur/emittent tal-istrument qabel id-data li fiha tista' tiġi eżerċitata l-opzjoni. Għal depożiti mifdijin b'notifika, in-numru ta' jiem tal-kalendarju li d-detentur tad-depożitu jrid jinnotifika lill-mutwatarju qabel id-data li fiha jista' jinfeda d-depożitu.

Irid jiġi rrapportat biss għal strumenti eżerċitabbli/puttable b'perjodu ta' notifika u għal depożiti mifdijin b'perjodu ta' notifika maqbul minn qabel.

Opzjoni eżerċitabbli/put

Marka li tidentifika jekk l-istrument għandux opzjoni eżerċitabbli jew put.

 

Sinjal tat-tranżazzjoni

Is-sinjal tat-tranżazzjoni jippermetti li jkun magħruf jekk il-flus irrapportati bl-ammont nominali tat-tranżazzjoni humiex mogħtijin jew meħudin b'self.

 

Ammont nominali tat-tranżazzjoni

L-ammont ta' flus mogħti jew meħud b'self fuq depożiti. Fil-każ ta' titoli ta' dejn, huwa l-ammont nominali tat-titoli maħruġa/mixtrija.

 

Prezz tat-tranżazzjoni

Il-prezz li bih jinħareġ it-titolu, jiġifieri l-proporzjon f'termini ta' perċentwali bejn ir-rikavat inizjali fi flus u l-ammont nominali.

Irid jiġi rrapportat bħala 100 għal depożiti mhux iggarantiti.

Tip ta' strument

Irid jintuża biex jiġi identifikat l-istrument li permezz tiegħu iseħħ l-għoti/it-teħid b'self, eż. permezz ta' depożiti mhux iggarantiti, strumenti ta' dejn oħrajn mhux iggarantiti b'rata fissa fuq terminu qasir, strumenti ta' dejn mhux iggarantiti oħrajn b'rata varjabbli fuq terminu qasir, karta kummerċjali ggarantita b'assi, eċċ.

 

Tip ta' rata

Irid jintuża biex jiġi identifikat jekk l-istrument għandux rata fissa jew varjabbli.

 

Rata tan-negozju

Ir-rata tal-imgħax (mogħtija skont il-konvenzjoni dwar is-swieq monetarji ACT/360) li biha sar id-depożitu u li biha l-ammont ta' flus misluf huwa remunerat. Fil-każ ta' strumenti ta' dejn, din hija r-rata tal-imgħax effettiva (mogħtija skont il-konvenzjoni dwar is-swieq monetarji ACT/360) li biha nħareġ/inxtara l-istrument.

Trid tiġi rrapportata għal strumenti b'rata fissa biss.

Rata ta' referenza

Ir-rata ta' referenza sottostanti li fuq il-bażi tagħha huma kkalkolati l-pagamenti perjodiċi tal-imgħax.

Trid tiġi rrapportata għal strumenti b'rata varjabbli biss.

Firxa

In-numru ta' punti bażi miżjudin mar-rata ta' referenza sottostanti (jekk pożittiva) jew imnaqqsin minnha (jekk negattiva) biex tiġi kkalkolata r-rata tal-imgħax attwali applikabbli għal perjodu partikolari.

Trid tiġi rrapportata għal strumenti b'rata varjabbli biss.

2.   Livell limitu ta' materjalità

Tranżazzjonijiet imwettqin ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala grossisti fuq il-bażi tal-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR.

3.   Eċċezzjonijiet

Tranżazzjonijiet intragrupp ma għandhomx jiġu rrapportati.


(1)  L-istandards dwar ir-rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dejta huma stabbiliti b'mod separat. Huma disponibbli fuq www.ecb.int.


ANNESS III

Skema ta' rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju relatati ma' derivattivi

PARTI 1

TIP TA' STRUMENTI

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw għand il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti:

(a)

it-tranżazzjonijiet kollha ta' swaps tal-kambju, li fihom il-munita euro tinxtara/tinbiegħ spot kontra munita barranija u terġa' tinbiegħ jew terġa' tinxtara f'data forward b'rata forward tal-kambju maqbula minn qabel, bejn l-aġent li jirrapporta u istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) oħrajn, intermedjarji finanzjarji oħrajn (OFIs), korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, gvern ġenerali jew banek ċentrali għal skopijiet ta' investiment kif ukoll ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-qafas ta' Basel III dwar l-LCR;

(b)

tranżazzjonijiet ta' swaps tal-indiċi matul il-lejl (OIS) ddenominati f'euro bejn l-aġent li jirrapporta u istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) oħrajn, OFIs, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, gvern ġenerali jew banek ċentrali għal skopijiet ta' investiment kif ukoll ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-qafas Basel III LCR.

PARTI 2

TIP TA' DEJTA

1.

It-tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjonijiet (1) għal tranżazzjonijiet ta' swaps tal-kambju li jrid jiġi rrapportat għal kull tranżazzjoni:

Entrata

Deskrizzjoni tad-dejta

Opzjoni alternattiva li jirrapportaw (jekk teżisti) u kwalifiki oħrajn

Identifikatur tat-tranżazzjoni

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni.

L-identifikatur tat-tranżazzjoni huwa uniku għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata f'data tar-rapportar partikolari għal kwalunkwe segment tas-suq monetarju.

Data ta' rapportar

Id-data li fiha d-dejta tiġi sottomessa lill-BĊE jew il-BĊN.

 

Kronogramma elettronika

Il-ħin li fih tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni.

 

Kodiċi tal-kontroparti

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata.

Meta t-tranżazzjonijiet isiru permezz ta' kontroparti ċentrali ta' kklerjar (CCP), irid jiġi pprovdut l-identifikatur tal-entità legali tas-CCP (LEI).

Meta t-tranżazzjonijiet jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji, OFIs, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, gvern ġenerali, u banek ċentrali u għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata oħra li għaliha mhuwiex ipprovdut il-LEI tal-kontroparti, trid tiġi pprovduta l-klassi tal-kontroparti.

ID tal-kodiċi tal-kontroparti

Attribut li jispeċifika t-tip ta' kodiċi tal-kontroparti individwali mibgħut.

Irid jintuża fiċ-ċirkustanzi kollha. Ser jiġi pprovdut kodiċi tal-kontroparti individwali.

Sit tal-kontroparti

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti.

Obbligatorju jekk il-kodiċi tal-kontroparti individwali mhuwiex ipprovdut. Inkella fakultattiv.

Data tan-negozju

Id-data li fiha l-partijiet jidħlu fit-tranżazzjoni finanzjarja rrapportata.

 

Data tal-valur spot

Id-data li fiha parti minnhom tbiegħ lill-oħra ammont speċifikat ta' munita speċifikata kontra l-ħlas ta' ammont maqbul ta' munita differenti speċifikata fuq il-bażi ta' rata tal-kambju maqbula magħrufa bħala rata spot tal-kambju.

 

Data ta' maturità

Id-data meta tiskadi t-tranżazzjoni tal-iswap tal-kambju u meta tinxtara lura l-munita li tinbiegħ fid-data tal-valur spot.

 

Sinjal tat-tranżazzjoni

Irid jintuża biex jiġi identifikat jekk l-ammont f'euro rrapportat bl-ammont nominali tranżazzjonali huwiex mixtri jew mibjugħ fid-data tal-valur spot.

Dan għandu jirreferi għall-ispot tal-euro, jiġifieri jekk il-munita euro hijiex mixtrija jew mibjugħa fid-data tal-valur spot.

Ammont nominali tat-tranżazzjoni

L-ammont tal-munita euro mixtrija jew mibjugħa fid-data tal-valur spot.

 

Kodiċi tal-munita barranija

Il-kodiċi internazzjonali tal-ISO bi tliet figuri tal-munita mixtrija/mibjugħa bi tpartit mal-euro.

 

Rata tal-kambju spot

Ir-rata tal-kambju bejn l-euro u l-munita barranija applikabbli għall-parti spot tat-tranżazzjoni tal-iswap tal-kambju.

 

Punti forward tal-kambju

Id-differenza bejn ir-rata tal-kambju spot u r-rata tal-kambju forward mogħtija f'punti bażi kkwotati skont il-konverżjonijiet prevalenti tas-suq għall-par muniti.

 

Il-benefiċjarju fil-każ ta' tranżazzjonijiet konklużi permezz tas-CCPs

 

 

2.

It-tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjonijiet għal tranżazzjonijiet tal-OIS li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni

Entrata

Deskrizzjoni tad-dejta

Opzjoni alternattiva li jirrapportaw (jekk teżisti) u kwalifiki oħrajn

Identifikatur tat-tranżazzjoni

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni.

L-identifikatur tat-tranżazzjoni jrid ikun uniku għal kull tranżazzjoni rrapportata f'data partikolari ta' rapportar għal kwalunkwe segment tas-suq monetarju.

Data ta' rapportar

Id-data li fiha d-dejta tiġi sottomessa lill-BĊE jew il-BĊN.

 

Kronogramma elettronika

Il-ħin li fih tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni.

Mhijiex obbligatorja.

Kodiċi tal-kontroparti

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata.

Meta t-tranżazzjonijiet isiru permezz ta' kontroparti ċentrali ta' kklerjar (CCP), irid jiġi pprovdut il-LEI tas-CCP.

Meta t-tranżazzjonijiet jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji, OFIs, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, gvern ġenerali, u banek ċentrali u għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata oħra li għaliha mhuwiex ipprovdut il-LEI tal-kontroparti, trid tiġi pprovduta l-klassi tal-kontroparti.

ID tal-Kodiċi tal-kontroparti

Attribut li jispeċifika t-tip ta' kodiċi tal-kontroparti individwali mibgħut.

Irid jintuża fiċ-ċirkustanzi kollha. Ser jiġi pprovdut kodiċi tal-kontroparti individwali.

Sit tal-kontroparti

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-ISO tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti.

Obbligatorju jekk il-kodiċi tal-kontroparti individwali ma jkunx ipprovdut. Inkella fakultattiv.

Data tan-negozju

Id-data li fiha l-partijiet jidħlu fit-tranżazzjoni finanzjarja.

 

Data tal-bidu

Id-data li fiha tiġi kkalkolata r-rata matul il-lejl tal-parti tal-imgħax varjabbli perjodika.

 

Data ta' maturità

L-aħħar data tat-terminu li matulu hija kkalkolata r-rata komposta matul il-lejl.

 

Rata tal-imgħax fissa

Ir-rata fissa użata fil-kalkolu tal-ħlas tal-OIS.

 

Sinjal tat-tranżazzjoni

Sinjal li jindika jekk ir-rata tal-imgħax fissa hijiex imħallsa jew riċevuta mill-aġent li jirrapporta

 

Ammont nominali tat-tranżazzjoni

L-ammont nominali tal-OIS.

 

3.   Livell limitu ta' materjalità

Tranżazzjonijiet imwettqin ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala grossisti fuq il-bażi tal-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR.

4.   Eċċezzjonijiet

Tranżazzjonijiet intragrupp ma għandhomx jiġu rrapportati.


(1)  L-istandards dwar ir-rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dejta huma stabbiliti b'mod separat. Huma disponibbli fuq www.ecb.int.


ANNESS IV

Standards minimi li jridu jiġu applikati mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta

L-aġenti li jirrapportaw iridu jissodisfaw l-istandards minimi li ġejjin biex jilħqu r-rekwiżiti tar-rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

1.

Standards minimi għat-trażmissjoni:

(i)

ir-rapportar irid isir fil-ħin u fi ħdan id-dati ta' skadenza stipulati mill-BĊE u l-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti;

(ii)

ir-rapporti statistiċi jridu jieħdu l-forma u l-format tagħhom mir-rekwiżiti tar-rapportar tekniku stipulati mill-BĊE u l-BĊN relevanti;

(iii)

l-aġentI li jirrapportaw iridu jipprovdu d-dettalji ta' persuna ta' kuntatt waħda jew iktar lill-BĊE u l-BĊN relevanti;

(iv)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni tad-dejta lill-BĊE u l-BĊN relevanti jridu jiġu segwiti.

2.

L-istandards minimi għall-preċiżjoni:

(i)

l-informazzjoni statistika trid tkun korretta;

(ii)

l-aġenti li jirrapportaw iridu jkunu kapaċi jipprovdu informazzjoni dwar l-iżviluppi implikati mid-dejta mibgħuta;

(iii)

l-informazzjoni statistika trid tkun sħiħa u ma jistax ikun fiha diskrepanzi kontinwi u strutturali; id-diskrepanzi eżistenti jridu jiġu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊE u l-BĊN relevanti u, fejn applikabbli, jitnaqqsu kemm jista' jkun;

(iv)

l-aġenti li jirrapportaw iridu jsegwu d-dimensjonijiet, il-politika dwar il-ġbid ta' numri għad-dritt u d-deċimali stipulati mill-BĊE u l-BĊN relevanti għat-trażmissjoni teknika tad-dejta.

3.

L-istandards minimi għall-konformità mal-kunċetti:

(i)

l-informazzjoni statistika trid tikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament;

(ii)

fil-każ ta' derivazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet, l-aġenti li jirrapportaw iridu jissorveljaw u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-miżura użata u l-miżura li tinsab f'dan ir-Regolament fuq bażi regolari;

(iii)

l-aġenti li jirrapportaw iridu jkunu kapaċi jispjegaw waqfiet fit-trażmissjoni ta' dejta meta mqabbla ma' figuri ta' perjodi ta' qabel.

4.

L-istandards minimi għar-reviżjonijiet:

Il-politika u l-proċeduri dwar ir-reviżjonijiet stipulati mill-BĊE u l-BĊN relevanti jridu jiġu segwiti. Ir-reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari jridu jkunu akkumpanjati minn noti ta' spjega.


Fuq