EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52019AB0011
Opinion of the Governing Council of the European Central Bank of 6 March 2019 on a Council recommendation on the appointment of a member of the Executive Board of the European Central Bank (CON/2019/11)
Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Marzu 2019 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2019/11)
Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Marzu 2019 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2019/11)
ĠU C 94, 12.3.2019, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/2 |
OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-6 ta’ Marzu 2019
dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
(CON/2019/11)
(2019/C 94/02)
Introduzzjoni u bażi legali
Fl-20 ta’ Frar 2019, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2019 (1) dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.
Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Osservazzjonijiet ġenerali
1. |
Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew, u li fuqha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrikkmanda illi Philip R. LANE jinħatar bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2019. |
2. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni illi l-kandidat propost huwa persuna ta’ statura rikonoxxuta u b’esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat. |
3. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu l-ebda oġġezzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lil Philip R. LANE bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Marzu 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI