EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52018HB0009
Recommendation of the European Central Bank of 9 March 2018 to the Council of the European Union on the external auditors of the Banque de France (ECB/2018/9)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque de France (BĊE/2018/9)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque de France (BĊE/2018/9)
ĠU C 107, 22.3.2018, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-9 ta’ Marzu 2018
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque de France
(BĊE/2018/9)
(2018/C 107/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Bis-saħħa tal-Artikolu L.142-2 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju, il-Kunsill Ġenerali tal-Banque de France jaħtar żewġ awdituri statutorji biex jawditjaw il-kontijiet tal-Banque de France. |
(3) |
Il-mandat tal-awdituri esterni tal-Banque de France intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2017. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018. |
(4) |
Il-Banque de France għażel lil Mazars u KPMG SA bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2023, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. |
Huwa rrakkomandat li Mazars u KPMG SA jinħatru flimkien bħala l-awdituri esterni tal-Banque de France għas-snin finanzjarji 2018 sa 2023. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-9 ta’ Marzu 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI