EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52015HB0003

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta’ Frar 2015 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Latvijas Banka (BĊE/2015/3)

ĠU C 51, 13.2.2015, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/4


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta’ Frar 2015

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Latvijas Banka

(BĊE/2015/3)

(2015/C 51/02)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni li għandu bħalissa Latvijas Banka ser jintemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2014. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2015.

(3)

Latvijas Banka għażel lil KPMG Baltics SIA bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2015 sal-2019,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi KPMG Baltics SIA għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Latvijas Banka għas-snin finanzjarji 2015 sal-2019.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta’ Frar 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq