EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 12016L/AFI/DCL/52

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
C.DIKJARAZZJONIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI
52.Dikjarazzjoni mir-Renju tal-Belġju, mir-Repubblika tal-Bulgarija, mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mir-Repubblika Ellenika, mir-Renju ta' Spanja, mir-Repubblika Taljana, mir-Repubblika ta' Ċipru, mir-Repubblika tal-Litwanja, mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mir-Repubblika ta' l-Ungerija, mir-Repubblika ta' Malta, mir-Repubblika ta' l-Awstrija, mir-Repubblika Portugiża, mir-Rumanija, mir-Repubblika Slovena u mir-Repubblika Slovakka dwar is-simboli ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 202, 7.6.2016, p. 355–355 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/lis_2016/fna_1/dcl_52/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/355


52.   Dikjarazzjoni mir-Renju tal-Belġju, mir-Repubblika tal-Bulgarija, mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mir-Repubblika Ellenika, mir-Renju ta' Spanja, mir-Repubblika Taljana, mir-Repubblika ta' Ċipru, mir-Repubblika tal-Litwanja, mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mir-Repubblika ta' l-Ungerija, mir-Repubblika ta' Malta, mir-Repubblika ta' l-Awstrija, mir-Repubblika Portugiża, mir-Rumanija, mir-Repubblika Slovena u mir-Repubblika Slovakka dwar is-simboli ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja jiddikjaraw li l-bandiera li tirrappreżenta ċirku ta' tnax-il stilla tad-deheb fuq sfond blu, l-innu meħud minn "Odi lil Hena" meħud mid-Disa' Sinfonia ta' Ludwig van Beethoven, il-motto "Magħquda fid-diversità", l-euro bħala munita ta' l-Unjoni Ewropea u Jum l-Ewropa fid-9 ta' Mejju ser jibqgħu għalihom is-simboli ta' l-appartenenza komuni taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea u tar-rabta tagħhom magħha.


Fuq