EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32001R0985

Ir-Regolament (KE) Nru 985/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew, ta` l-10 ta' Mejju, 2001, li jemenda r-Regolament BĊE/1999/4 dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/2001/4)

ĠU L 137, 19.5.2001, p. 24–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 01 Volum 003 P. 330 - 330
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 01 Volum 003 P. 330 - 330
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 01 Volum 003 P. 330 - 330
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 01 Volum 003 P. 330 - 330
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 01 Volum 003 P. 330 - 330
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 003 P. 330 - 330
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 01 Volum 003 P. 330 - 330
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 01 Volum 003 P. 330 - 330
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 01 Volum 003 P. 330 - 330
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 005 P. 31 - 31
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 005 P. 31 - 31
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 003 P. 6 - 6

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/985/oj

32001R0985



Official Journal L 137 , 19/05/2001 P. 0024 - 0024


Ir-Regolament (KE) Nru 985/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew,

ta‘ l-10 ta' Mejju, 2001,

li jemenda r-Regolament BĊE/1999/4 dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet

(BĊE/2001/4)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK EWROPEW;

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 110(3) tiegħu;

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 34.3 u l-Artikolu 19.1 tiegħu;

Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru, 1998, li għandu x‘jaqsam mas-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu;

Billi:

Ir-Regolament BĊE/1999/4 tat-23 ta' Settembru, 1999, dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewoprew li jimponi sanzjonijiet [2] għandu jkun emendat għar-raġunijiet li ġejjin:

L-esperjenza ta l-imgħoddi wriet illi l-proċedura li hemm għall-ħażna ta' tagħrif relevanti għat-teħid u l-infurzar ta‘ sanzjonijiet, b'mod partikolari il-bdil ta‘ dokumentazzjoni u materjal oriġinali bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u banek ċentrali nazzjonali, hija waħda kumplikata żżejjed. Għaldaqstant, il-proċedura għandha tkun simplifikata bil-għan li jinħoloq reġim effettiv u tajjeb għall-amministrazzjoni ta‘ sanzjonijiet imsejjes fuq proċedura ta‘ malajr, filwaqt illi, fl-istess ħin, ikun garantit l-istess livell ta' ċertezza legali.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament BĊE/1999/4

"5. Il-bank ċentrali nazzjonali li jkollu x‘jaqsam jew il-BĊE, skond il-każ, għandu jaħżen it-tagħrif kollu relevanti għat-teħid u l-infurzar ta‘ sanzjonijiet f'inkartament li għandu jinżamm mill-inqas għal ħames snin mid-data li fiha d-deċiżjoni għall-imposizzjoni ta‘ sanzjoni ssir finali. Il-bank nazzjonali ċentrali kompetenti għandu jgħaddi lill-BĊE kopji tad-dokumentazzjoni u materjal oriġinali li jkunu fil-pussess tiegħu u li kollhom x‘jaqsmu mal-proċedura dwar ksur."

Artikolu 2

Dħul fis-Seħħ

Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 jum tax-xahar wara x-xahar li fih ikun ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta' Mejju, 2001.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 4.

[2] Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 2157/1999, ĠU L 264, tat-12.10.1999, p. 21.

--------------------------------------------------

Fuq