EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32001D0011

Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta' Novembru 2001 dwar ċerti kondizzjonijiet li għandhom x' jaqsmu ma' aċċess għas-Sistema ta' Monitorjar ta' Falsifikazzjonijeit (SMF) (BĊE/2001/11)

ĠU L 337, 20.12.2001, p. 49–51 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 10 Volum 003 P. 51 - 53
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 51 - 53
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 10 Volum 003 P. 51 - 53
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 51 - 53
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 10 Volum 003 P. 51 - 53
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 003 P. 51 - 53
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 51 - 53
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 51 - 53
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 10 Volum 003 P. 51 - 53
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 005 P. 78 - 80
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 005 P. 78 - 80
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 007 P. 4 - 6

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/912/oj

32001D0912



Official Journal L 337 , 20/12/2001 P. 0049 - 0051


Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew

tat-8 ta' Novembru 2001

dwar ċerti kondizzjonijiet li għandhom x' jaqsmu ma' aċċess għas-Sistema ta' Monitorjar ta' Falsifikazzjonijeit (SMF)

(BĊE/2001/11)

(2001/912/KE)

IL-KUNSILL LI JIRREGOLA L-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunita Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 106(1) miġjub fih,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u partikolarment l-Artikolu 16 miġjub fih,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1338/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jippreskrivi miżuri meħtieġa għall-protezzjoni ta' l-euro kontra iffalsifikar [1] jistabbilixxi ċerti miżuri b' konnessjoni mal-ġbir u l-ħażna ta' fatti magħrufa (data) li għandhom x' jaqsmu ma' bankonoti u muniti foloz u ma' aċċess għal dawn il-fatti magħrufa (data).

(2) Il-ġlieda kontra l-iffalsifikar ma tistax tiġi trattata biss f' livell ta' l-erja ta' l-euro; għal dan l-effett, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea hadet miżuri rigward l-euro taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (jiġifieri it-tielet pilar); ukoll, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 jestendi l-effetti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 lill-dawk l-Istati Membri li ma addottawx l-euro bħala l-munita waħdanija tagħhom [2].

(3) Il-proċessi u s-sistemi diġa fis-seħħ għall-analiżi ta' falsifikazzjonijiet u għall-ġbir ta' tagħrif li għandu x' jaqsam ma' l-iffalsifikar jeħtieġu li jinbnew aktar; il-BĊE stabbilixxa ċ-Ċentru għall-Analiżi ta' Falsifikazzjoni u d-Database ta' Falsifikazzjoni ta' Muniti; sar xieraq li dan ta' l-aħħar jiġi organizzat mill-ġdid u jissemma mill-ġdid bħala "Is-Sistema ta' Monitorjar ta' Falsifikazzjonijiet" (SMF) u li jiġu definiti l-karatteristiċi tiegħu.

(4) Il-BĊE jipprovdi għall-kondizzjonijiet lijiżguraw il-proċeduri xierqa għal aċċess għall-fatti magħrufa (data) rilevanti tas-SMF f' konformita mar-Regolamenti (KE) Nru 1338/2001 u (KE) Nru 1339/2001. Għal dan il-għan, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) kollha tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali jeħtieġu li jistabbilixxu ċ-Ċentri ta' Falsifikazzjoni Nazzjonali rispettivi tagħhom (ĊFN) f' kull BĊN u joħolqu r-rwol ta' amministratur ta' sigurta taċ-ĊFN. Il-BĊE jilħaq ukoll l-arranġamenti u l-ftehimijiet meħtieġa mal-Kummissjoni u l-Europol sabiex jipprovdi għall-aċċess xieraq tagħhom għall-fatti magħrufa (data) tas-SMF u għall-aċċess għaċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew kif ukoll f' konformita mar-Regolament (KE) Nru 1338/2001. Kull aċċess għandu jirrispetta l-livelli stabbiliti ta' sigurta minima rilevanti. Dan ir-rigward huwa essenzjali minħabba fin-natura kunfidenzjali tal-fatti magħrufa (data) tas-SMF. In-natura kunfidenzjali tal-fatti magħrufa (data) tfisser li t-tagħrif li kull wieħed mill-utenti tas-SMF jikseb mis-SMF għandu jiġi wżat esklussivament għall-għan tat-twettiq tar-responsabbilitajiet tagħhom fil-ġlieda kontra l-iffalsifikazzjoni ta' l-euro. Il-limitazzjoni għall-aċċess għall-fatti magħrufa (data) tas-SMF tgħin biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalita.

(5) Manwal ta' proċeduri u l-livelli stabbiliti ta' sigurta minima b' konnessjoni mas-SMF huma fil-proċess li jiġu approvati mill-Kunsill li Jirregola tal-BĊE. Mhumiex se jiġu pubblikati minħabba fin-natura kunfidenzjali tal-fatti magħrufa (data) li trid tiddaħħal u biex ikunu aċċessibbli fis-SMF u minħabba fl-importana li jinżamm ambjent kunfidenzjali għall-użu tas-SMF,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-definizzjonijiet

Id-definizzjonijiet li jinstabu fir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 għandhom japplikaw f' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Is-Sistema ta' Monitorjar ta' Falsifikazzjonijiet

1. Id-Database ta' Falsifikazzjoni ta' Muniti (DFM) hija msemmija mill-ġdid bħala s-Sistema ta' Monitorjar ta' Falsifikazzjonijiet (SMF). Ir-referenzi kollha għad-DFN li jinstabu f' xi att legali ta' qabel huma issa meqjusa li jsiru lis-SMF.

2. Is-SMF tikkonsisti minn database ċentrali li jikkontjeni t-tagħrif kollu tekniku u statistiku dwar il-falsifikazzjonijiet, kemm fuq bankonoti u kif ukoll muniti ta' l-euro, sew jekk ikunu orġinaw mill-Istati Membri sew jekk fil-pajjiżi terzi. Is-SMF tinkludi, fost ħwejjeġ oħra, applikazzjonijiet u faċilitajiet ta' browsing u editjar għad-downloading u uploading ta' fatti magħrufa (data) u xbieki li jgħaqqdu l-utenti differenti tas-SMF mas-SMF.

3. L-organizzazzjoni u t-tmexxija tas-SMF huma fil-kompetenza tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, li jqis għal dawn l-għanijiet il-veduti tal-Kumitat tal-Bankonoti.

Artikolu 3

Aċċess għall-fatti magħrufa (data) tas-Sistema ta' Monitorjar ta' Falsifikazzjonijiet

1. Minbarra fl-aċċess tal-BĊN għas-SMF, aċċess għall-fatti magħrufa rilevanti tas-SMF jingħata lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra, inklużi ċ-Ċentri għall-Analiżi Nazzjonali (ĊAN) u ċ-Ċentri għall-Analiżi Nazzjonali tal-Munita (ĊANM), rigward fatti magħrufa (data) li għandhom x' jaqsmu ma' muniti, bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1338/2001. Għal dan il-għan, japplikaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 9 ta' din id-Deċiżjoni.

2. Aċċess lill-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ĊTXE) u Europol għall-fatti magħrufa (data) tas-SMF jingħata bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 Il-proċeduri għal dan l-aċċess huma speċifikati f' arranġamenti u ftehimijiet bilaterali mal-BĊE, kif mistħoqq.

3. Bla ħsara għal xi ftehimijiet li jikkonċernaw relazzjonijiet monetarji bejn il-Komunita u pajjiżi terzi, il-BĊN jista' jagħti aċċess għall-fatti magħrufa (data) rilevanti tas-SMF lill-awtoritajiet jew ċentri nominati ta' dawn il-pajjiżi terzi.

4. B' żieda mal-paragrafu 3 hawn fuq u fuq il-bażi ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, il-BĊE jista' jagħri aċċess għall-fatti magħrufa (data) rilevanti tas-SMF lill-awtoritajiet jew ċentri nominati ta' pajjiżi terzi. Jistgħu ukoll jiġu provvduti b' fatti magħrufa (data) ad hoc tas-SMF meta dan jitqies meħtiep miċ-Ċentru Għall-Analiżi ta' Falsifikazzjonijeit (ĊAF) tal-BĊE.

Artikolu 4

Dħul ta' fatti magħrufa (data) fis-Sistema ta' Monitorjar ta' Falsifikazzjonijiet minn Ċentri għal-Analiżi Nazzjonali u Ċentri għall-Analiżi ta' Munita Nazzjonali

Id-dħul permezz ta' xi jew kull ĊAN fis-SMF ta' fatti magħrufa (data) li għandhom x' taqsamu ma bankonoti ta' l-eura iffalsifikati li ġew skoperti u t-twassil ta' kull tip ġdid ta' bankonoti ta' l-euro li huma suspettati li huma falsifikati liċ-ĊAF tal-BĊE iseħħ bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 u mal-manwal rilevanti ta' proċeduri approvati mill-Kunsill li Jirregola tal-BĊE bil-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE. Dawk iċ-ĊAN li mhumiew BĊN jew li ma ġewx stabbiliti f' BĊN huma konsultati fuq il-manwal ta' proċeduri. L-adattamenti meħtieġa tal-manwal ta' proċeduri li għandhom x' jaqsmu tad-dħul ta' fatti magħrufa (data) relatati ma' muniti miċ-ĊTXE u ċ-ĊANM fis-SMĊ iseħħu wkoll.

Artikolu 5

Ċentri Nazzjonali ta' Falsifikazzjonijiet

1. Ix-xogħol ta' amministrazzjoni ta' aċċess lis-SMF riferit fl-Artikolu 3 fl-Istati Membri isir minn ĊFN stabbilit f' kull BĊN. Dan iċ-ĊFN jiffaċilita wkoll komunikazzjoni rigward il-materji kollha relatati mas-SMF fl-Istati Membri. Ir-rwol ta' amministratur ta' sigurta huwa maħluq f' kull ĊFN b' konnessjoni ma' dan ix-xogħol.

2. Mal-ftehim tal-BĊE, il-ĊFN jawtorizza l-livelli differenti ta' aċċess lis-SMF riferit fl-Artikolu 3, bi qbil mal-paragrafu wieħed hawn fuq. Għal dan il-għan, l-ismijiet ta' l-utenti meħtieġa u l-kategoriji differenti ta' utenti u livelli differenti ta' aċċess fost dawk l-utenti huma maħluqa u stabbiliti mill-amministratur ta' sigurta taċ-ĊFN riferit hawn fuq.

Artikolu 6

Konformita mal-livelli stabbiliti ta' sigurta tas-Sistema ta' Monitorjar ta' Falsifikazzjonijiet

Il-livelli stabbiliti ta' sigurta minima li jridu jiġu segwiti mill-awtoritajiet jew ċentri kollha (ĊAN u/jew ĊANM) fejn ikun hemm utenti tas-SMF u minn utenti bħal dawn, f' konnessjoni ma' aċċess għas-SMF, huma adottati mill-Kunsill li Jirregola tal-BĊE bil-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE. Huma mgħarrfa liċ-ĊFN.

Artikolu 7

Kunfidenzjalita

1. Kull awtorita jew ċentru li fih hemm utenti tas-SMF jgħarrafhom bin-natura kunfidenzjali tal-fatti magħrufa (data) tas-SMF u b' xi limitazzjonijiet fuq aċċess applikabbli għal kull wieħed mill-utenti ta' dik l-awtorita jew ċentru u ta' l-awtoritajiet jew ċentri l-oħra, kif dawn il-limitazzjonijiet huma komunikati lil dan ta' l-aħħar mill-amministratur ta' sigurta taċ-ĊFN minn żmien għal żmien. Iċ-ĊFN rilevanti jista' jitlob li kull awtorita jew ċentru jiffirma dikjarazzjoni ta' kunfidenzjalita li fiha huwa jiddikjara li ta' każ kif mistħoqq tal-kontenut ta' din id-Deċiżjoni. Kull awtorita jew ċentru jikkonsulta maċ-ĊFN rilevanti fuq xi materja rilevanti f' konnessjoni mal-kunfidenzjalita tal-fatti magħrufa (data) tas-SMF. Iċ-ĊFN jikkonsultaw maċ-ĊAF tal-BĊE dwar ir-riżultat ta' xi talba jew konsultazzjoni bħal din.

2. Iċ-ĊFN rilevanti huma konsultat dwar komunikazzjonijiet li jikkontjenu fatti magħrufa (data) tas-SMF indirizzati lill-pubbliku, lill-istituzzjonijiet ta' kreditu u lill-fabbrikanti ta' tagħmir rilevanti. Jikkonsulta wkoll maċ-ĊAF tal-BĊE.

3. Il-BĊE jikkonsulta maċ-ĊFN rilevanti b' konnessjoni ma' xi sospensjoni ta' aċċess. Kemm il-BĊE u ċ-ĊFN rilevanti jistgħu jissospendu aċċess għas-SMF lil kull wieħed mill-utenti tas-SMF meta dan ikun meħtieġ biex tiġi priservata n-natura kunfidenzjali tal-fatti magħrufa (data) tas-SMF. Iċ-ĊFN rilevanti jikkonsulta ma' l-awtorita jew ċentru li għalih jappartjenu utentibħal dawn sabiex il-kondizzjonijiet xierqa għall-utilizzazzjoni tas-SMF jiġu ristawrati.

4. Il-livelli stabbiliti ta' sigurta minima msemmija fl-Artikolu 6, kif ukoll il-manwal ta' proċeduri msemmija fl-Artikolu 4, ladarba approvati mill-Kunsill li Jirregola, m' għandhomx jiġu pubblikati minħabba fin-natura kunfidenzjali tagħhom.

Artikolu 8

Monitorjar

Iċ-ĊFN jistabbilixxu, f' konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet jew ċentri rilevanti, proċeduri li jippermettu l-monitorjar tal-konformita tagħhom ma' l-Artikoli 6 u l-Artikolu 7 u l-adozzjoni ta' miżuri xierqa f' konnessjoni magħhom. Dawn il-proċeduri jippermettu wkoll il-parteċipazzjoni tal-BĊE f' monitorjar bħal dan. F' konsultazzjoni mal-BĊN, il-BĊE jistabbilixxi wkoll proċeduri biex tiġi monitorjata konformita miċ-ĊFN ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 9

Implimentazzjoni

Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jieħu l-miżuri kollha biex jimplimenta din id-Deċiżjoni li huma meħtieġa għall-effiċjenza u s-sigurta tas-SMF, inklużi xi miżuri li għandhom x' jaqsmu mal-manwal ta' proċeduri jew mal-livelli stabbiliti ta' sigurta minima msemmija rispettivament fl-Artikoli 4 u 6. Għal dawn l-għanijiet, għandu jqis il-veduti tal-Kumitat tal-Bankonoti. Il-Bord Eżekuttiv għandu jgħarraf lill-Kunsill li Jirregola b' xi miżuri li jieħu fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. B' żieda ma' dan, il-BĊE jista' ġeneralment jipprovdi klarifikazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi li jikkonċernaw l-utilizzazzjoni jew is-sigurta tas-SMF.

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2001.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-8 ta' Novembru 2001.

Il-President tal-BĊE

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 181, ta' l-4.7.2001, p. 6.

[2] ĠU L 181, ta' l-4.7.2001, p. 11.

--------------------------------------------------

Fuq