Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32001D0224(01)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Ġunju 1998 fuq il-ħatra u d-dewmien tal-mandat ta' l-awditur estern tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/1998/NP1)

    ĠU L 55, 24.2.2001, p. 75–75 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
    Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 003 P. 262 - 262

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (CS, ET, LV, LT, HU, PL, SK, SL)

    Status legali tad-dokument Fis-seħħ

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/224(1)/oj

    32001D0224(01)



    Official Journal L 055 , 24/02/2001 P. 0075 - 0075


    ANNESS IV

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

    tad-19 ta' Ġunju 1998

    fuq il-ħatra u d-dewmien tal-mandat ta' l-awditur estern tal-Bank Ċentrali Ewropew

    (BĊE/1998/NP1)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (hawhekk iżjed ‘l quddiem msejjaħ "il-Kunsill Governattiv"),

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u b'modpartikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ il-"BĊE") u tal-banek ċentrali nazzjonali għandhom ikunu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

    (2) Il-Kunsill ta' l-istitut Monetarju Ewropew ftehmu li jirrakkomandaw lil Coopers & Lybrand bħala l-awditur estern għall-BĊE għal mandat ta' ħames snin bi klawsola ta' ħruġ wara sentejn,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Coopers & Lybrand għandhom ikunu rakkomandati lill-Kusill ta' L-Unjoni Ewropea bħala l-awditu estern tal-BĊE.

    Artikolu 2

    L-awditur estern tal-BĊE għandu jkollu mandat ta' ħames bi klawsola ta' ħruġ wara sentejn.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, fid-19 ta' Ġunju 1998.

    Għan-nom tal-Kunsill li jirregola l-BĊE

    Il-President

    Willem F. Duisenberg

    --------------------------------------------------

    Fuq