EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32004O0020
2004/916/EC: Guideline of the European Central Bank of 16 December 2004 amending Guideline ECB/2004/13 on the Eurosystem’s provision of reserve management services in euro to non-European Union central banks, countries outside the European Union and international organisations (ECB/2004/20)
Linja ta' gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 16 ta' Diċembru, 2004 , li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2004/13 ta' l- 1 ta' Lulju, 2004 , dwar il-forniment mill-Ewrosistema ta' servizzi dwar l-immaniġġjar tar-riżerva fil-euro lill-banek ċentrali barra l-Unjoni Ewropea, pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u organizzazzjonijiet internazzjonali (BĊE/2004/20)
Linja ta' gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 16 ta' Diċembru, 2004 , li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2004/13 ta' l- 1 ta' Lulju, 2004 , dwar il-forniment mill-Ewrosistema ta' servizzi dwar l-immaniġġjar tar-riżerva fil-euro lill-banek ċentrali barra l-Unjoni Ewropea, pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u organizzazzjonijiet internazzjonali (BĊE/2004/20)
ĠU L 385, 29.12.2004, p. 85–86
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 148–149
(MT)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/06/2006
14.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
148 |
LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta' Diċembru, 2004,
li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2004/13 ta' l-1 ta' Lulju, 2004, dwar il-forniment mill-Ewrosistema ta' servizzi dwar l-immaniġġjar tar-riżerva fil-euro lill-banek ċentrali barra l-Unjoni Ewropea, pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u organizzazzjonijiet internazzjonali
(BĊE/2004/20)
(2004/916/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-iStatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artiklu 12.1, l-Artiklu 14.3 u l-Artiklu 23,
Billi:
(1) |
Il-klijenti li lihom jingħatawlhom servizzi dwar l-immaniġġjar tar-riżerva mill-Ewrosistema skond il-Linja ta' Gwida BĊE/2004/13 huma pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea, banek ċentrali jew awtoritajiet monetarji barra l-Unjoni Ewropea, u organizzazzjonijiet internazzjonali. |
(2) |
Minħabba żviluppi riċenti u aktar evalwazzjoni, il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li jkun ta' siwi li jwessa' id-definizzjoni ta' klijent biex tinkludi wkoll l-iStati Membri li m'adottawx l-euro u l-banek ċentrali nazzjonali tagħhom (BĊNi). Il-Linja ta' Gwida BĊE/2004/13 għandha għalhekk tiġi emendata. |
(3) |
Skond l-Artiklu 12.1 u l-Artiklu 14.3 ta' l-iStatut, il-Linji ta' Gwida tal-BĊE jagħmlu parti integrali mil-liġi tal-Komunita`, |
ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:
Artikolu 1
Il-Linja ta' Gwida BĊE/2004/13 hija emendata kif ġej:
1. |
It-titlu huwa sostitwit b' li ġej: “Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l-1 ta' Lulju, 2004, dwar il-forniment mill-Ewrosistema ta' servizzi dwar l-immaniġġjar tar-riżerva fil-euro lill-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali (BĊE/2004/13)”. |
2. |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
3. |
L-Anness huwa sostitwit bl-Anness ma' din il-Linja ta' Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta' Diċembru, 2004.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta' l-iStati Membri li adottaw il-euro.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fis-16 ta' Diċembru, 2004.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET