EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32006D0019(01)

2006/889/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l- 24 ta’ Novembru, 2006 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2007 (BĊE/2006/19)

ĠU L 348, 11.12.2006, p. 52–52 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 008 P. 54 - 54
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 008 P. 54 - 54

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/889/oj

11.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

52


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

ta’ l-24 ta’ Novembru, 2006

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2007

(BĊE/2006/19)

(2006/889/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita` Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 106(2),

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar, 1999, biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġa mill-Istati Membri li adottaw il-euro (minn issa ’l quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”).

(2)

Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/495/KE tal-11 ta’ Lulju, 2006, skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovenja tal-munita waħdanija fl-1 ta’ Jannar, 2007 (1), id-deroga favur is-Slovenja msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni 2003 (2) hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar, 2007.

(3)

It-tnax-il Stat Membru parteċipanti ta’ bħalissa u s-Slovenja ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni l-estimi tagħhom tal-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu fl-2007, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija ta’ tbassir,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu fl-2007

Il-BĊE japprova l-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu mill-Istati Membri parteċipanti fl-2007 kif deskritt fit-tabella li ġejja:

(miljuni f’EUR)

 

Ħruġ ta’ muniti ddestinati għaċ-ċirkulazzjoni u ħruġ ta’ muniti ta’ kollezzjoni (mhux iddestinati għaċ-ċirkulazzjoni) fl-2007

Il-Belġju

117,5

Il-Ġermanja

635,0

Il-Greċja

76,9

Spanja

480,0

Franza

362,0

L-Irlanda

81,0

L-Italja

366,9

Il-Lussemburgu

45,0

Il-Pajjiżi l-Baxxi

71,2

L-Awstrija

166,0

Il-Portugall

110,0

Is-Slovenja

104,7

Il-Finlandja

60,0

Artikolu 2

Dispożizzjoni Finali

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fl-24 ta' Novembru, 2006.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 195, 15.7.2006, p. 25.

(2)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.


Fuq