EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32011R1358

Regolament (UE) Nru 1358/2011 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 14 ta’ Diċembru 2011 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9) (BĊE/2011/26)

ĠU L 338, 21.12.2011, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 005 P. 289 - 289

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 25/06/2021; Imħassar b' 32021R0378

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1358/oj

21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/51


REGOLAMENT (UE) Nru 1358/2011 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Diċembru 2011

li temenda r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9)

(BĊE/2011/26)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u partikolarment l-Artikolu 19.1 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jistipola illi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista’ jitlob li istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri jżommu riżervi minimi f’kontijiet mal-BĊE u ma’ banek ċentrali nazzjonali għat-twettiq tal-għanijiet tal-politika monetarja u li r-regolamenti dwar il-kalkolu u d-determinazzjoni tar-riżervi minimi meħtieġa jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kunsill Governattiv.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi (BĊE/2003/9) (1) jistabbilixxi, inter alia, il-kategoriji ta’ istituzzjonijiet soġġetti għal rekwiżiti tar-riżerva u l-proporzjoni tar-riżerva applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ obbligazzjonijiet.

(3)

Fit-8 ta’ Diċembru 2011 il-Kunsill Governattiv iddeċieda dwar miżuri msaħħa addizzjonali għall-appoġġ ta’ kreditu biex jappoġġaw is-self tal-banek u l-likwidità fis-suq tal-flus taż-żona tal-euro. Peress illi mhuwiex meħtieġ illi s-sistema tar-riżerva minima tal-BĊE tiġi applikata l-istess bħal ma jsir taħt ċirkostanzi normali sabiex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet tas-suq tal-flus, sabiex tkun tista’ tissaħħaħ il-provvista ta’ likwidità lil kontropartijiet għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huwa meħtieġ illi jitnaqqas il-proporzjon tar-riżerva għal 1 %. Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) għandu għalhekk jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għal Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) huwa mibdul b’li gej:

“2.   Proporzjon ta’ riżerva ta’ 1 % għandu japplika għall-obbligazzjonijiet l-oħra kollha inklużi fil-bażi tar-riżerva.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-Artikolu 1 għandu japplika mill-perjodu taż-żamma li jibda fit-18 ta’ Jannar 2012.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.


Fuq