EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32013O0037
2013/750/EU: Guideline of the European Central Bank of 26 September 2013 amending Guideline ECB/2012/27 on a Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2) (ECB/2013/37)
2013/750/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 26 ta’ Settembru 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2013/37)
2013/750/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 26 ta’ Settembru 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2013/37)
ĠU L 333, 12.12.2013, p. 82–82
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 19/03/2023; Impliċitament imħassar minn 32022O0912
12.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/82 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-26 ta’ Settembru 2013
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2)
(BĊE/2013/37)
(2013/750/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Eurosistema ddeċidiet illi tippromwovi t-twaqqif ta’ CoreNet bħala servizz ta’ netwerk alternattiv/ta’ kontinġenza sabiex jintuża mill-banek ċentrali tal-Eurosistema u mill-banek ċentrali nazzjonali konnessi għall-aċċess għall-Modulu tal-Ħlasijiet tal-pjattaforma komuni unika (SSP) f’sitwazzjoni ta’ kontinġenza u bħala kanal alternattiv biex tiġi aċċessata s-sistema ta’ servizzi marbutin mal-konsumatur (CRSS — customer-related services system). |
(2) |
Bħala riżultat, il-Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (1) tenħtieġ li tiġi emendata sabiex jiġu miżjuda dispożizzjonijiet fir-rigward tal-użu ta’ CoreNet bħala netwerk alternattiv/ta’ kontinġenza għat-TARGET2, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi għal-Linja Gwida BĊE/2012/27
1. Definizzjoni (5) tal-Artikolu 2 tal-Linja Gwida BĊE/2012/27 ser tiġi emendata kif ġej:
“(5) |
‘fornitur tas-servizz ta’ netwerk’ tfisser il-fornitur ta’ konnessjonijiet kompjuterizzati man-netwerk għall-finijiet ta’ preżentazzjoni tal-messaġġi ta’ ħlas fit-TARGET2. Konnessjonijiet kompjuterizzati man-netwerk jiġu forniti permezz tas-SWIFT, u barra minn hekk għall-komunikazzjoni interna tal-Eurosistema, permezz ta’ CoreNet.”; |
2. Id-definizzjonijiet (52) u (53) li ġejjin jiġu inseriti fl-Artikolu 2 tal-Linja Gwida BĊE/2012/27:
“(52) |
‘CoreNet’ tfisser is-servizz ta’ netwerk intern tal-Eurosistema fornit mill-BĊE u użat mill-BĊ tal-Eurosistema bħala netwerk ta’ kontinġenza għall-aċċess għall-SSP f’każ li s-SWIFT ma jkunx disponibbli u bħala netwerk alternattiv għas-SWIFT għall-aċċess għas-CRSS; |
(53) |
‘Sistema ta’ servizzi marbutin mal-konsumatur (CRSS)’ tipprovdi servizzi ewlenin u fakultattivi lil BĊ tal-Eurosistema, jiġifieri l-arkivjar, il-ħruġ ta’ fatturi għal servizzi fakultattivi, mistoqsijiet dwar u rapportar ta’ servizzi fakultattivi u servizzi fakultattivi relatati mar-relazzjoni mal-konsumatur.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Hija tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 3
Indirizzati
Din il-Linja Gwida tapplika għall-BĊ kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI