EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32010D0025

2010/751/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Novembru 2010 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2011 (BĊE/2010/25)

ĠU L 318, 4.12.2010, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/751/oj

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/52


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Novembru 2010

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2011

(BĊE/2010/25)

(2010/751/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/416/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 skont l-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999, biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Id-deroga favur l-Estonja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

(3)

Is-16-il Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Estonja ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu l-istimi tagħhom tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2011, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija tat-tbassir,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2011

Il-BĊE b’dan japprova l-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fl-2011 kif deskritt fit-tabella li ġejja:

(miljuni f’EUR)

 

Il-ħruġ ta’ muniti intiżi għaċ-ċirkolazzjoni u l-ħruġ ta’ muniti għall-kolletturi (mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2011

Belġju

178,3

Il-Ġermanja

629

L-Estonja

48,4

L-Irlanda

44,4

Il-Greċja

54,5

Spanja

180

Franza

300

L-Italja

262,4

Ċipru

15,6

Il-Lussemburgu

30

Malta

6,8

Il-Pajjiżi l-Baxxi

64

L-Awstrija

277

Il-Portugall

30

Is-Slovenja

36

Is-Slovakkja

42,2

Il-Finlandja

60

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Estonja.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Novembru 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 196, 28.7.2010, p. 24.


Fuq