Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32003O0012

    Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2003 għat-tranżazzjonijiet ta' l-Istati Membri parteċipanti mal-bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani tagħhom skond l-Artikolu 31.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/12)

    ĠU L 283, 31.10.2003, p. 81–86 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
    Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 003 P. 312 - 317

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (CS, ET, LV, LT, HU, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Status legali tad-dokument Fis-seħħ

    ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2003/775/oj

    32003O0012



    Official Journal L 283 , 31/10/2003 P. 0081 - 0086


    Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew

    tat-23 ta' Ottubru 2003

    għat-tranżazzjonijiet ta' l-Istati Membri parteċipanti mal-bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani tagħhom skond l-Artikolu 31.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew

    (BĊE/2003/12)

    (2003/775/KE)

    IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u b'mod partikolari l-Artikoli 31.2, 31.3 u 43.1 tiegħu,

    Billi:

    (1) It-tranżazzjonijiet ta' l-Istati Membri parteċipanti mal-bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani tagħhom għandhom, il-fuq minn ċertu limitu li għandu jkun stabbilit fil-qafas ta' l-Artikolu 31.3 ta' l-Istatut, jkunu soġġetti għall-approvazzjoni mill- Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) sabiex jiġi żgurat konsistenza mal-politika tar-rati tal-kambju u tal-politika monetarja tal-Komunità.

    (2) Skond l-artikolu 31.3 ta' l-Istatut, il-Kunsill Regolatorju għandu joħroġ il-Linja ta' Gwida bil-ħsieb li jiffaċilitaw dawn l-operazzjonijiet.

    (3) Tranżazzjonijiet imwettqa minn banek ċentrali nazzjonali bħala aġenti ta' l-Istati Membri parteċipanti u mhux reġistrati fil-kontitjiet finanzjarji tal-banek ċentrali nazzjonali huma koperti minn din il-Linja ta' Gwida, fil-waqt li tranżazzjonijiet minn banek ċentrali nazzjonali f'isimhom u bir-riskju tagħhom huma koperti mill-Linja ta' Gwida dwar it-tranżazzjonijiet tal-banek ċentrali nazzjonali skond l-Artikolu 31.1 ta' l-Istatut,

    ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta' din il-Linja ta' Gwida:

    - "Stati Membri parteċipanti" għandu jfisser dawk l-Istati Membri li jadottaw il-munita waħdanija bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitá Ewropea,

    - "bank ċentrali nazzjonali" għandu jfisser il-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti;

    - "Tranżazzjonijiet" għandu jfisser it-tranżazzjonijiet kollha elenkati fit-tieni u fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 23 ta' l-Istatut, imwettqa fuq is-suq u li jinvolvu skambju ta' assi mhux f'euro ma' l-assi euro jew assi oħra mhux f'euro mill-Istati Memberi parteċipanti, inklużi bla limitazzjoni tranżazzjonijiet imwettqa minn banek ċentrali nazzjonali fl-isem ta' l-Istati Memberi parteċipanti u mhux reġistrati fil-kontijiet finanzjari tal-banek ċentrali nazzjonali,

    - "bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani" għandu jfisser pussess ta' assi denominati f' kull unitá ta' kontijiet jew munita għajr ta' l-euro li huma miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istati Memberi parteċipanti direttament jew permezz ta' l-aġenti tagħhom,

    - "assi mhux f'euro" jinkludu titoli u kull assi oħra fil-munita ta' kull pajjiż barra mill-erja ta' l-euro jew unitajiet tal-kontitjiet miżmuma f'kull forma,

    - "barra mis-suq" għandu jfisser operazzjonijiet ta' skambju barrani fejn l-ebda parti kontraenti huwa parteċipanti fis-suq ta' bejn il-banek għall-iskambju barrani. Dan is-suq ta' bejn il-banek jikkonsisti biss f'istituzzjonijiet finanzjarji kummerċjali. Banek Ċentrali, organizzazzjonijiet internazzjonali, organizzazzjonijiet kummeruċjali mhux finanzjarji, Stati Membri parteċipanti u l-Kummissjoni Ewropea m'għandhomx jitqiesu li jagħmlu parti mis-suq ta' bejn il-banek.

    Artikolu 2

    Skop ta' l-applikazzjoni

    Din il-Linja ta' Gwida għandha tapplika għall-kondizzjonijiet tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet pubbliċi kollha ta' l-Istati Membri parteċipanti bil-bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani. Il-proċeduri stabbiliti għar-rapputaġġ ex ante u ex post mill-gvernijiet ċentrali huma differenti minn dawk stabbiliti għall-awtoritajiet pubbliċi oħra.

    Artikolu 3

    Għetiebi għan-notifika minn qabel

    1. L-għetiebi li fihom jew taħthom l-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitwettqu tranżazzjonijiet f'kull ġurnata ta' kummerċ bil-bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani bl' ebda notifika minn qabel mogħtija illi-BĊE, u 'l fuq minnhom li tranżazzjonijiet ta' tipi varji f'kull ġuranta ta' kummerċ bil-bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani ma jistgħux jitwettqu mingħajr ebda notifika minn qabel lill-BĊE, huma mfassla fl-Anness I.

    2. Dawn it-tranżazzjonijiet ta' skambju barrani li ġejjin m'għandhomx ikunu soġġetti għall-proċeduri tan-notifika minn qabel:

    - kull tranżazzjoni li jinvolvi, fiż-żewġ naħat, assi ta' skambju barrani denominat fl-istess munita (per eżempju sostituzzjoni ta' flus karti tat-Teżor f'dollari ta' l-Istati Uniti ma' kambjala tat-Teżor f'dollari ta' l-Istati Uniti),

    - tpartit fil-iskambju barrani,

    - kull tranżazzjoni mwettqa mal-banek ċentrali nazzjonali.

    Artikolu 4

    Kwistjonijiet amminstrattivi

    1. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiddaħħlu arranġamenti xierqa sabiex jiżguraw li t-tranżazzjonijiet mal-bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani mwettqa ma' l-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istati Membri parteċipanti kollha, inklużi dawk it-tranżazzjonijiet imwettqa permezz tal-banek ċentrali nazzjonali bħala aġenti fl-isem ta' l-Istati Membri parteċipanti, li huma 'l fuq mill-livelli ta' l-għetiebi mfassla fl-Anness I, huma kommunikati lill-BĊE skond il-proċeduri mfassla f'din il-Linja ta' Gwida.

    2. Il-gvernijiet ċentrali ta' l-Istati Membri parteċipanti għandhom jipprovdu lill-BĊE ta' kull xahar bl-istimi tat-tranżazzjonijiet kollha li ġejjin bil-bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani li għandhom jitwettqu mill-gvernijiet ċentrali ta' l-Istati Membri parteċipanti, inklużi dawk it-tranżazzjonijiet imwettqa permezz tal-banek ċentrali nazzjonali bħala aġenti fl-isem ta' l-Istati Membri parteċipanti. Il-format bażiku li għandu jiġi użat għar-reportaġġ ta' dawn l-istimi huwa mfassal fl-Anness II.

    3. L-awtoritajiet pubbliċi oħra kollha għandhom jipprovdu lill-BĊE bl-istimi tat-tranżazzjonijiet kollha li ġejjin, inklużi dawk it-tranżazzjonijiet imwettqa permezz tal-banek ċentrali nazzjonali bħala aġenti fl-isem ta' l-Istati Membri parteċipanti, bil-bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani 'l fuq mill-livelli ta' l-għetiebi stabbiliti mill-BĊE, bħalma huma mfassla fl-Anness III.

    4. Responsabbiltá għall-ħtieġijiet tar-rapurtaġġ mfassla fl-Artikoli 4 u 6 taqa' fuq l-Istati Membri parteċipanti, li għandhom jiġbru d-data rilevanti kollha u jagħtu din id-data lill-BĊE permezz tal-banek ċentrali nazzjonali rispettivi tagħhom.

    Artikolu 5

    Il-proċedura tan-notifika minn qabel u l-approvazzjoni tal-BĊE tal-mod kif it-tranżazzjonijiet huma mwettqa

    1. L-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istati Membri parteċipanti, inklużi il-banek ċentrali nazzjonali li jaġixxu bħala aġenti fl-isem ta' l-Istati Membri parteċipanti, għandhom jinnotifikaw il-BĊE kemm jista' jkun minn qabel tat-tranżazzjonijiet kollha bil-bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani 'l fuq mill-livelli ta' l-għetiebi stabbiliti fl-Artikolu 3. Il-BĊE għandu jirċievi dawn in-notifiki mhux iktar tard minn 11.30 fil-ħin BĊE tad-data tal-kummerċ. Il-format bażiku li għandu jiġi użat għal dawn in-notifiki huwa mfassal fl-Anness IV u għandu jingħata lill-BĊE permeżż tal-banek ċentrali nazzjonali rispettivi ta' l-Istati Membri parteċipanti.

    2. Il-BĊE għandu jwieġeb għan-notifiki minn qabel skond il-paragrafu 1 hawn fuq fl-iktar fis possibbli, u f'kull każ mhux iktar tard minn 13.00 fil-ħin BĊE fid-data previtsa tal-kummerċ. Fil-każ li, sa dak il-ħin, l-ebda tweġiba kienet riċevuta mill-BĊE, it-tranżazzjoni għandha titqies bħala awtorizzata skond it-termini u l-kondizzjonjiet speċifikati mill-awtoritá pubbliku rilevanti ta' l-Istat Membru parteċipanti.

    3. Fil-każ li notifika hija riċevuta mill-BĊE iktar tard minn 11.30 fil-ħin BĊE, il-proċedura ta' konsultazzjoni deskritta fil-paragrafu 5 għandha tapplika.

    4. Il-BĊE għandu jikkonsidra notifiki minn qabel bil-ħsieb li jifaċilitaw, kemm jitsa' jkun, it-tranżazzjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istati Membri partiċipanti. Il-BĊE għandu jikkonsidra dawn it-tranżazzjonijiet bil-ħsieb li jiżguraw il-konsistenza fil-politika munitarja u fil-politika tar-rata tal-kambju tal-Komunitá, bil-kunsiderazzjoni ta' l-impatt tat-tranżazzjoni fuq il-likwiditá tas-sistema bankarja taż-żona ta' l-euro. Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-BĊE għandu jiddeċidi jekk tranżazzjoni jista' jitwettaq fiż-żmien stipulat u fil-mod previst fl-Istati Membri parteċipanti involuti.

    5. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, fir-rigward ta' kunsiderazzjonijiet ta' politika, f' kondizzjonijiet ħżiena tas-suq, jew fin-notifikazzjoni wara ż-żmien mill-Istati Membri parteċipanti, il-BĊE jitsa' jagħti parir li t-tul ta' żmien ta' tranżazzjoni, jew il-mod kif tranżazzajoni jitwettaq, jista' jiġi modifikat. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-BĊE għandu jibda proċedura ta' konsultazzjoni bil-partijiet involuti, In such circumstances, the ECB shall initiate a consultation procedure with the parties involved, jiġifieri l-awtoritá pubbliku nazzjonali konċernata u il-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru parteċipanti rilevanti. Il-BĊE jista' jitlob li t-tranżazzjoni jitwettaq barra mis-suq permezz tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ESCB), f'dak il-każ il-BĊE jista' jitlob li t-tranżazzjoni jitwettaq jew bil-bank ċentrali nazzjonali konċernat jew bil-BĊE. Il-BĊE jista' jitlob ukoll li l-ammont sħiħ ta' dan it-tranżazzjoni jitqassam f'żewġ tranżazzjonijiet jew iktar. Il-BĊE jista' ukoll jitlob tagħqid ta' twettiq parżjali barra mis-suq permezz ta' l-ESCB kif imfassal hawn fuq u tqassim parżjali tat-tranżazzjoni f'żewġ tranżazzjonijiet jew iktar, kif imfassal ukoll hawn fuq.

    6. F'ċirkostanza eċċezzjonali ħafna, il-BĊE jista' jitlob li tranżazzjoni jiġi tardjat, f'dak il-każ lit-tradjar ta' dan it-tranżazzjoni għandu jiġi preskritt għal perjodu ta' żmien qasir kemm jista' jkun li m'għandux, taħt l-ebda ċirkostanza, ikun jew indefinit jew li ma jħalliex ssir it-twettiq tat-termini u tal-kondizzjonijiet ta' obbligi maturati.

    Artikolu 6

    Rapurtaġġ ta' bilanjċi li taħdem bihom

    1. Sabiex jiġi żgurat li l-BĊE għandu ħarsa xierqa tal-livell tal-bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani ta' l-Istati Membri parteċipanti, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jirrappurtaw bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani tagħhom fuq bażi ta' kull xagħar ex post.

    2. Il-format bażiku li għandu jiġi użat mill-gvernijiet ċentrali ta' l-Istati Membri parteċipanti għar-rapurtaġġ lill-BĊE tal-bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani huwa mfassal fl-Anness V.

    3. L-awtoritajiet pubbliċi l-oħra kolla ta' l-Isati Membri parteċipanti għandhom jirrappurtaw bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani tagħhom li huma 'l fuq mill-livell ta' l-għatba stabbilita mill-BĊE, kif mfassla mill-Anness VI.

    Artikolu 7

    Kunfidenzjalitá

    It-tagħrif u d-data kollha skambjati fil-kuntest tal-proċeduri mfassla f'din il-Linja ta' Gwida għandhom jiġu ttrattati b'kunfidenzjalitá.

    Artikolu 8

    Tħassir tal-Linja ta' Gwida BĊE/2001/9

    Il-Linja ta' Gwida BĊE/2001/9 hija hawnhekk imħassra.

    Artikolu 9

    Dispożizzjonijiet finali

    1. Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.

    2. Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2003.

    3. Din il-Linja ta' Gwida għandha tiġu pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-23 ta' Ottubru 2003.

    Għan-nom tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

    Il-President

    Willem F. Duisenberg

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Għetiebi għan-notifka minn qabel lill-BĊE tat-tranżazzjonijiet ta' l-iskambju barrani ta' l-Istati Membri skond l-Artikolu 3(1)

    Tipi ta' tranżazzjoni | L-għatba applikabbli (referenza: data tal-kummerċ) | |

    | |

    Xiri jew bejħ b'titolu definittiv, fil-pront u fuq terminu, ta' assi ta' skambju barrani | Kontra l-euro | -EUR 500 miljun (tranżazzjonijiet aggregati grossi) |

    Kontra assi oħra ta' skambju barrani ("tranżazzjonijiet ta' bejn muniti differenti") | -EUR 500 miljun ekwivalenti (tranżazzjonijiet aggregati grossi għal kull par ta' munitá) |

    Tranżazzjoni aggregat gross huwa definit bħala t-total ta' xiri u t-total ta' bejħ ta' assi ta' skambju barrani f'ġuranta msemmija ta' kummerċ.

    L-għetiebi għandhom ukoll japplikaw għat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-banek ċentrali nazzjonali bħala aġenti fl-isem ta' l-Istati Membri parteċipanti u mhux reġistrati fil-kontijiet finanzjari tal-banek ċentrali nazzjonali.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Il-format bażiku għar-rapurtaġġ ex ante tat-tranżazzjonijiet stmati ta' skambju barrani li ġejjin ta' l-Istati Membri parteċipanti skond l-Artikolu 4(2) u (3)

    Il-gvernijiet ċentrali ta' l-Istati Membri parteċipanti għandhom jipprovdu lill-BĊE bl-istimi tat-tranżazzjonijiet ta' skambju barrani li ġejjin kull xahar. Dawk l-istimi għandhom jkopru t-tranżazzjonijiet kollha mwettqa mill-gvernijiet ċentrali. L-awtoritajiet pubbliċi oħra kollha għandhom jirrappurtaw l-istimi tat-tranżazzjonijiet ta' skambju barrani li ġejjin li huma 'l fuq mill-għetiebi mfassla fl-Anness III. Il-messaġġi li fihom it-tranżazzjonijiet stmati ta' skambju barrani li ġejjin ta' l-Istati Membri parteċipanti għandhom inkludu t-tagħrif li gej:

    Diżaggregazzjoni : għal kull par ta' munitá.

    Frekwenza : kull xahar.

    Terminu perentorju : 18.00 fil-ħin BĊE fl-aħħar ġurnata tal-kummerċ tax-xahar ta' qabel.

    Interpretazzjoni : xiri totali u bejħ totali fit-tranżazzjonijiet kontra l-euro jew fit-tranżazzjonijiet ta' bejn muniti differenti. Il-munitá li għandha tinxtara għandha tiġi indikata fl-ewwel kolonna/ċellola u l-munitá li għandha tinbigħ fit-tieni kolonna/ċellola. Id-data tal-kummerċ u d-data tal-valutazzjoni għandhom jiġu speċifikati għat-tranżazzjonijiet sinifikativi.

    Valutazzjoni : sabiex jiġi determinat il-valur ta' l-ammont li mhux ċert għandhom jiġu użati r-rati tar-riferenza tas-siegħa 14.15 tal-ġurnata tar-rappurtaġġ.

    It-tundjar : għall-eqreb ekwivalenti ta' miljun euro.

    It-tul ta' żmien għal dawn il-messaggi huwa ta' xaħar wieħed tal-kalendarju. L-għetiebi huma speċifiċi għall-ġurnata, li jfisser li jekk huwa mstenni li jitqabżu l-għetiebi f' ġurnata waħda jew iżjed matul ix-xahar li ġej, rapport ex ante għandhu jintbagħat qabel l-aħħar ġurnata tal-kummerċ li tiġi qabel dan ix-xaħar. Ir-rapport ex anti ta' kull xahar għandu jkopri perijodu(i) tal-ġurnati li fihom huwa mistenni li jitqabżu l-għetiebi.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    Għetiebi għar-rappurtaġġ ex ante mill-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istati Membri parteċipanti għajr il-gvernijiet ċentrali skond l-Artikolu 4(3)

    L-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istati Membri parteċipanti għajr il-gvernijiet ċentrali għandhom jipprovdu lill-BĊE bl-istimi ta' kull xahar tat-tranżazzjonijiet li ġejjin bil-bilanċji li taħdem bihom ta' skambju barrani li huma 'l fuq mill-għetiebi li gejjin:

    Tipi ta' tranżazzjoni | L-għatba applikabbli (referenza: data tal-kummerċ) | |

    | |

    Xiri jew bejħ b'titolu definittiv, fil-pront u fuq terminu, ta' assi ta' skambju barrani | Kontra l-euro | -EUR 100 miljun (tranżazzjonijiet aggregati grossi) |

    Kontra assi oħra ta' skambju barrani ("tranżazzjonijiet ta' bejn muniti differenti") | -EUR 500 miljun ekwivalenti (tranżazzjonijiet aggregati grossi għal kull par ta' munitá) |

    Tranżazzjoni aggregat gross huwa definit bħala t-total ta' xiri u t-total ta' bejħ ta' assi ta' skambju barrani f'ġuranta msemmija ta' kummerċ.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    Talbiet għan-notifika minn qabel mill-Istati Membri parteċipanti [1] u t-tweġibiet tal-BĊE skond l-Artikolu 5(1)

    Messaġġi tan-notifka minn qabel għandhom ikollhom fihom it-tagħrif li ġej:

    - l-Istat Membru parteċipanti li qiegħed jinnotifika t-tranżazzjonijiet,

    - l-awtoritá pubbliku responsabbli għat-tranżazzjoni,

    - data u ħin tan-notifiki,

    - data tal-kummerċ,

    - id-data tal-valutazzjoni,

    - id-daqs tat-tranżazzjonijiet (f'miljuni t' euro jew f'miljuni ta' l-ekwivalenti t'euro),

    - muniti involuti (kodiċi ISO),

    - kategorija tat-tranżazzjoni,

    - obbligazzjoni kontrattwali li qiegħed jimmatura (I/L).

    It-tweġiba tal-BĊE għan-notifiki minn qabel fiha wkoll dan it-tagħrif li ġej:

    - data, ħin u kontenut tat-tweġiba tal-BĊE.

    Nota:

    L-Istati Membri parteċipanti huma mitluba sabiex jibagħtu n-notifiki tagħhom lill-BĊE permezz tal-bank ċentrali nazzjonali rispettiv.

    [1] Għandu jiġi mfakkar li tranżazzjonijiet mwettqa mill-Istati Membri fuq is-suq, jiġifieri mhux bil-bank ċentrali nazzjonali rispettiv bħala kontraparti, huma soġġetti għan-notifiki minn qabel. It-tranżazzjonijiet ta' l-Istati Membri mwettqa bil-bank ċentrali nazzjonali rispettiv bħala kontraparti huma soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel u għall-proċeduri tar-rappurtaġġ applikabbli għat-tranżazzjonijiet tal-banek ċentrali nazzjonali.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS V

    Il-format bażiku għar-rapurtaġġ ex post lill-BĊE ta' bilanċji li taħdem bihom ta' l-iskambju barrani miżmuma mill-Istati Membri parteċipanti skond l-Artikolu 6(2)

    Il-Gvernijiet ċentrali ta' l-Istati Membri parteċipanti huma meħtieġa li jirrapurtaw il-bilanċji li taħdem bihom tal-munitá barranija li jifdal kull xahar Awtoritajiet pubbliċi oħra għandhom jirrapurtaw biss jekk l-ogħla jew ta' l-ishma medju ta' kull xahar jew ta' l-ishma ta' l-aħħar tax-xagħar taqbeż l-għatba mfassla fl-Anness VI.

    Diżaggregazzjoni : il-bilanċji li taħdem bihom tal-munitá barranija kollha, bla diżaggregazzjoni skond il-munitá. Medju ta' kull xahar, l-ogħla tax-xahar, l-aħħar tax-xahar u l-iżjed baxx tax-xagħar.

    Frekwenza : kull xahar.

    Terminu perentorju : 18.00 fil-ħin BĊE fil-ħames ġurnata ta' kummerċ wara l-perijodu tar-rappurtaġġ.

    Interpretazzjoni : l-ismha totali ta' muniti barrani ta' l-Istati Membri miżmuma barra mill-ESCB. Pożizzjonijiet fuq terminu għandhom jiġu inklużi fit-tagħrif (jiġifieri pożizzjonijiet fuq terminu għandhom jiġu miżjuda ma' l-ismha eżistenti u ammont wieħed biss għal kull oġġett għandu jiġi rappurtat). B'żieda ma' dan, tranżazzjonijiet fil-pront li ġew negożjati imma li ma ġewx likwidati għandhom jiġu inklużi fit-tagħrif (jiġifieri t-tagħrif għandu jiġi miġbur fuq bażi tad-data tal-kummerċ)

    Valuation : ir-rati tar-riferenza tas-siegħa 14.15 għandhom jiġu użati mill-banek ċentrali nazzjonali sabiex jaqilbu t-tagħrif reċevut mill-Istati Membri parteċipanti f'euro (jiġifieri, jekk l-Istati Membri parteċipanti jirrappurtaw il-muniti barrani miżmuma fir-realtá). It-titoli għandhom jiġu valutati fil-prezzijiet tas-suq, imma għar-raġunijiet prattiċi sors wieħed tar-riferiment għall-prezzijiet mhux meħtieġ. Peress illi l-parti kbira tal-bilanċji li taħdem bihom x'aktarx huma miżmuma f'forma ta' depożiti, l-impatt ta' sorsi tas-suq ftit differenti użati għall-valutazzjoni tat-titoli għandu jkun limitat.

    It-tundjar : għall-eqreb ekwivalenti ta' miljun euro.

    Għandu jiġi magħruf li l-awtoritajiet pubbliċi oħra għandhom jirrapurtaw biss jekk l-ogħla jew ta' l-ishma medju ta' kull xahar jew ta' l-ishma ta' l-aħħar tax-xagħar taqbeż l-għatba tar-rapurtaġġ. Madankollu, jekk l-għatba tar-rapurtaġġ tinqabeż, għandhom jużaw l-istess format tad-data bħal gvernijiet ċentrali (jiġifieri, Medju ta' kull xahar, l-ogħla tax-xahar, l-aħħar tax-xahar u l-iżjed baxx tax-xagħar).

    L-obbligu għar-rapurtaġġ ex post li jinsab f'dan l-Anness inkludi t-tranżazzjonijiet ta' skambju barrani mwettqa mill-banek ċentrali nazzjonali bħala aġenti fl-isem ta' l-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istati Membri parteċipanti.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS VI

    Għetiebi għar-rappurtaġġ ex post mill-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istati Membri parteċipanti għajr il-gvernijet ċentrali skond l-Artikolu 6(3)

    L-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istati Membri parteċipanti għajr il-gvernijiet ċentrali għandhom jirrappurtaw lill-BĊE l-bilanċji li taħdem bihom ta' skambju barrani li huma 'l fuq mill-għetiebi li gejjin:

    Tipi ta' assi | L-għatba applikabbli (referenza: data tal-kummerċ) |

    L-ishma ta' assi ta' skambju barrani (total tal-muniti kollha, f'miljuni ta' l-ekwivalenti t'euro): l-ammont rappurtat għandu jkun l-ogħla ta' dawn li ġejjin: medju tax-xahar,fl-aħħar tax-xahar, | -EUR 50 miljun ekwivalenti |

    --------------------------------------------------

    Fuq