Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32011R0883
Regulation of the European Central Bank (EU) No 883/2011 of 25 August 2011 amending Regulation (EC) No 25/2009 concerning the balance sheet of the monetary financial institutions sector (ECB/2008/32) (ECB/2011/12)
Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 883/2011 tal- 25 ta’ Awwissu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 25/2009 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2008/12) (BĊE/2011/12)
Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 883/2011 tal- 25 ta’ Awwissu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 25/2009 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2008/12) (BĊE/2011/12)
ĠU L 228, 3.9.2011, p. 13–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2014; Imħassar b' 32013R1071
3.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/13 |
REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (UE) Nru 883/2011
tal-25 ta’ Awwissu 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 25/2009 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2008/12)
(BĊE/2011/12)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998, dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (3)awtorizzat lil persuni legali biex joħorġu flus elettroniċi mingħajr il-ħtieġa li jiksbu l-istat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. |
(2) |
Bħala konsegwenza ta’ dan u sabiex jitkompla l-ġbir ta' statistika fis-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFMi) dwar l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala dawk li joħorġu l-flus elettroniċi, huwa meħtieġ illi d-definizzjoni ta’ IFMi tiġi aġġustata, u li għalhekk jiġu emendati wkoll id-definizzjonijiet ta’ ‘istituzzjoni ta’ flus elettroniċi’ u ta’ ‘flus elettroniċi’ f’dan ir-Regolament. Istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi fi ħdan is-settur tal-IFMi għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kategorija ‘IFMi oħra’. |
(3) |
L-emendi għad-definizzjoni ta’ u r-rekwiżiti imposti fuq l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi skont id-Direttiva 2009/110/KE għamlu lid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/32) (4) dwar l-għoti ta’ derogi għar-rekwiżiti ta’ rappurtar lil istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi skaduti u għalhekk id-dispożizzjonijiet rispettivi tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) għandhom jitħassru. |
(4) |
Il-linji gwida dwar definizzjoni komuni tal-fondi tas-swieq tal-flus Ewropei (MMFs) maħruġin fid-19 ta’ Mejju 2010 mill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (CESR), il-predeċessur tal-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq, għandhom l-għan li jtejbu l-protezzjoni tal-investitur billi jistabbilixxu l-kriterji li għandhom jiġu applikati minn kull fond li jixtieq jippromwovi lilu nnifsu bħala MMF u jservu bħala rakkomandazzjoni għal-leġiżlaturi nazzjonali Ewropej għal finijiet superviżorji. Fid-dawl ta’ dan, huwa xieraq illi fir-Regolament BĊE/2008/32 jiddaħħlu kriterji ta’ identifikazzjoni ġodda korrispondenti għall-MMFs għal finijiet ta’ statistika tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali sabiex il-popolazzjoni tal-MMFs tiġi allinjata mal-kriterji ta’ identifikazzjoni li huma mistennija li japplikaw għal finijiet superviżorji skont il-fuq imsemmija Linji Gwida tal-CESR. Fl-istess waqt, din il-bidla għandha l-għan li żżid it-trasparenza fis-suq u tiffaċilita r-rappurtar dwar il-ġestjoni tal-fondi, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif gej:
|
2. |
L-Artiklu 1a li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 1a Identifikazzjoni ta’ MMFs Għall-finijiet ta’ dan l-att legali, l-impriżi ta’ investiment kollettiv li jikkonformaw mal-kriterji kollha li ġejjin għandhom jiġu ttrattati bħala MMFs, fejn huma:
|
3. |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 huwa mħassar. |
4. |
Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, f’Parti 1 ta’ Anness I, Taqsima 2 hija sostitwita b’li ġej: “Taqsima 2: Speċifikazzjonjiet għall-kriterji għall-identifikazzjoni tal-MMFs Għall-finijiet ta’ Artikolu 1a ta’ dan ir-Regolament:
|
Artikolu 2
Dispożizzjoni tranżitorja
Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jistgħu jkomplu jiġbru tagħrif statistiku taħt ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) mingħand l-MMFs residenti fl-Istati Membri tagħhom identifikati skont il-verżjoni preċedenti ta’ Taqsima 2 ta’ Parti 1 ta’ Anness I għar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2012. Huma għandhom jinnotifikaw lill-MMFs kollha kkonċernati bid-deċiżjoni tagħhom li japplikaw din id-dispożizzjoni tranżitorja. Il-BĊNi għandhom jibdew jiġbru t-tagħrif statistiku mingħand l-MMFs identifikati skont l-Artikolu 1a tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Frar 2012.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, pġ. 8
(2) C(2011) 5090 finali
(3) ĠU L 267, 10.10.2009, pġ. 7
(4) ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.