EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32006O0011

Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta' Awwissu 2006 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2005/16 tat- 30 ta' Diċembru, 2005 , dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer ( TARGET ) (BĊE/2006/11)

ĠU L 221, 12.8.2006, p. 17–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 1085–1086 (MT)
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 007 P. 284 - 285
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 007 P. 284 - 285

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 14/09/2008; Imħassar b' 32007O0002

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2006/562/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1085


LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta' Awwissu 2006

li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2005/16 tat-30 ta' Diċembru, 2005, dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer (“TARGET”)

(BĊE/2006/11)

(2006/562/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunita' Ewropea, partikolarment l-ewwel u r-raba inċiż ta' l-Artikolu 105(2) u l-Artikoli 3.1, 12.1, 14.3, 17, 18 u 22 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-raba inċiż ta' l-Artikolu 105(2) tat-Trattat u r-raba' inċiż ta' l-Artikolu 3.1 ta' l-Istatut jistabbilixxu li waħda mill-ħidmiet li għandhom jitwettqu permezz tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) hija l-promozzjoni ta' l-operat bla xkiel ta' sistemi ta' ħlas.

(2)

L-Artikolu 22 ta' l-Istatut jistabbilixxi li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jistgħu jipprovdu faċilitajiet biex jiżguraw sistemi ta' ħlas u kklerjar effiċjenti u validi fil-Komunita' u ma' pajjizi oħra.

(3)

Barra mill-komunikazzjoni (connection) permezz ta' interlinking jew permezz ta' link bilaterali, it-tielet forma ta' komunikazzjoni mat-TARGET għandha ssir disponibbli bħala miżura tranżitorja minħabba l-istruttura futura tat-TARGET2. BĊN mingħajr is-sistema tiegħu ta' RTGS għandu jingħata aċċess għall-infrastruttura kurrenti tat-TARGET permezz ta' parteċipazzjoni remota f'sistema ta' RTGS ta' BĊN.

(4)

Il-Linja ta' Gwida BĊE/2005/16 tat-30 ta' Diċembru, 2005, dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer (“TARGET”) (1) għandha tiġi emendata biex tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw parteċipazzjoni remota,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:

Artikolu 1

Il-Linja ta' Gwida BĊE/2005/16 hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1 qed jiddaħħlu d-definizzjonijiet li ġejja:

“—

‘BĊN remot’ għandha tfissser BĊN li ma joperax is-sistema tiegħu ta' RTGS imma li jipparteċipa b'mod remot f'sistema ta' RTGS ta' BĊN ieħor skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(3);

‘BĊN host’ għandha tfisser il-BĊN li jħalli xi BĊN remot jipparteċipa fis-sistema tiegħu ta' RTGS skond l-Artikolu 2(3);”

2.

Qed jiddaħħal l-Artikolu 2(3) li ġej:

“3.   Meta xi BĊN remot u xi istituzzjonijiet ta' kreditu u entitajiet oħra fl-Istat Membru tiegħu jipparteċipaw b'mod remot f'sistema ta' RTGS ta' BĊN host skond ir-regoli ta' RTGS ta' dik is-sistema ta' RTGS, id-dispożizzjonijiet addizzjonali speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw:

il-BĊN host għandu jagħti lill-BĊN remot kreditu bla limitu u kontra l-ebda garanzija;

il-BĊN host u l-BĊN remot jistgħu jaqblu dwar it-termini u l-kundizzjonijiet li jikkumplimentaw ir-regoli ta' RTGS tas-sistema ta' RTGS tal-BĊN host;

il-BĊN remot għandu jagħti kreditu intraday lill-entitajiet fl-Istat Membru tiegħu li jipparteċipaw fis-sistema ta' RTGS tal-BĊN host skond l-obbligi ta' l-Artikolu 3(f);

ħlasijiet bejn entitajiet fl-Istat Membru tal-BĊN remot, u bejn dawn l-entitajiet u parteċipanti oħra fis-sistema ta' RTGS tal-BĊN host, għandhom ikunu kkunsidrati bħala ħlasijiet domestiċi għal skopijiet ta' pprezzar u kwistjonijiet rilevanti oħra, filwaqt li ħlasijiet bejn entitajiet fl-Istat Membru tal-BĊN remot u parteċipanti f'sistema ta' RTGS għajr is-sistema ta' RTGS tal-BĊN host, għandhom ikunu kkunsidrati bħala ħlasijiet internazzjonali għal dawn l-iskopijiet;

il-BĊN remot jista' jaħtar ir-rappreżentanti tiegħu għall-korpi msemmija fl-Artikolu 7(2) u jista' jinnomina persuna jew persuni biex iwettqu l-funzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 7(3).”

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta' l-Istati Membri parteċipanti.

2.   Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-15 t'Awwissu 2006. Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Magħmul fi Frankfurt am Main, nhar it-3 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 18, 23.1.2006, p. 1.


Fuq