EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32007R0958

Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 958/2007 tas- 27 ta’ Lulju 2007 dwar statistika fir-rigward ta’ l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8)

ĠU L 211, 11.8.2007, p. 8–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 007 P. 139 - 161

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2014; Imħassar b' 32013R1073

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/958/oj

11.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 211/8


REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (KE) Nru 958/2007

tas-27 ta’ Lulju 2007

dwar statistika fir-rigward ta’ l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment

(BĊE/2007/8)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jipprovdi fl-Artikolu 2(1) li, għas-sodisfazzjon ta’ l-obbligi ta’ rappurtar statistiku tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), assistit mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), għandu d-dritt jiġbor informazzjoni statistika fi ħdan il-limiti tal-popolazzjoni li tirraporta ta’ referenza u ta’ dak li jinħtieġ biex jitwettqu l-ħidmiet tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). Jingħad mill-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 li l-fondi ta’ l-investiment (IFs) jagħmlu parti mill-popolazzjoni li tirraporta ta’ referenza għall-finijiet li jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE, inter alia, fil-qasam ta’ l-istatistika monetarja u bankarja. Barra minn dan, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeħtieġ lill-BĊE biex jispeċifika l-popolazzjoni ta’ rappurtar attwali fi ħdan il-limiti tal-popolazzjoni li tirraporta ta’ referenza u jintitolah biex jeżenta bis-sħiħ jew parzjalment klassijiet speċifiċi ta’ aġenti ta’ rappurtar mill-obbligi tiegħu ta’ rappurtar statistiku.

(2)

Sabiex twettaq il-ħidmiet tagħha u tissorvelja attivitajiet finanzjarji minbarra dawk imwettqa minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs), is-SEBĊ teħtieġ informazzjoni statistika ta’ kwalità għolja dwar in-negozju tal-IFs. L-iskop prinċipali ta’ din id-data hija li tipprovdi lill-BĊE bi stampa statistika komprensiva tas-settur tal-IF fl-Istati Membri parteċipanti, li jitqiesu bħala territorju ekonomiku wieħed.

(3)

Biex jiġi llimitat il-piż tar-rappurtar, il-BĊNi jistgħu jiġbru l-informazzjoni meħtieġa dwar il-IFs mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta bħala parti minn qafas ta’ rappurtar statistiku aktar wiesa’ li jservi skopijiet statistiċi oħra, bil-kundizzjoni li t-twettiq ta’ l-obbligi statistiċi tal-BĊE mhuwiex ippreġudikat. Sabiex titkattar it-trasparenza, f’dawn il-każijiet jixraq li l-aġenti ta’ rappurtar jiġu infurmati li d-data tinġabar biex jitwettqu skopijiet oħra ta’ statistika oħra.

(4)

Li jkollok data disponibbli dwar tranżazzjonijiet finanzjarji tiffaċilita analiżi aktar fil-fond għal politika monetarja u skopijiet oħra. Data dwar tranżazzjonijiet finanzjarji, kif ukoll data dwar stocks, hija użata wkoll biex tiġi kkumpilata statistika oħra, partikolarment il-kontijiet finanzjarji taż-żona ta’ l-euro.

(5)

Minkejja li r-regolamenti adottati skond l-Artikolu 34.1 ta’ l-Istatut ma jagħtu l-ebda drittijiet jew ma jimponu l-ebda obbligi fuq Stati Membri mhux parteċipanti, l-Artikolu 5 ta’ l-Istatut japplika għall-Istati Membri kollha, irrispettivament jekk ikunux adottaw l-euro jew le. Ir-recital 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jagħmilha ċara li l-Artikolu 5 ta’ l-Istatut, flimkien ma’ l-Artikolu 10 (ex Artikolu 5) tat-Trattat, jimplika obbligu biex jiġu ddisinjati w implimentati f’livell nazzjonali l-miżuri kollha li l-Istati Membri mhux parteċipanti jikkunsidraw xierqa biex jiġbru l-informazzjoni statistika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE u jippreparaw fil-ħin fil-qasam ta’ l-istatistika ħalli jsiru Stati Membri parteċipanti.

(6)

Minkejja li dan ir-Regolament huwa indirizzat primarjament lil IFs, informazzjoni kompluta dwar detenturi ta’ ishma bearer maħruġa minn IFs tista’ ma tkunx disponibbli direttament minn IFs, u għalhekk huwa meħtieġ biex jiġu inklużi entitajiet oħra fil-popolazzjoni li tirrapporta.

(7)

Ir-reġim tas-sanzjonijiet tal-BĊE stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 se japplika għall-IFs.

(8)

Sa mhux aktar tard mill-2012, il-Kunsill Governattiv se jivvaluta jekk għandhomx ikunu biss l-Istati Membri li s-settur tagħhom tal-fondi ta’ l-investiment, f’termini ta’ attiv totali, jammonta għal anqas minn sehem minimu ta’ l-attiv globali immaniġġjat fiż-żona ta’ l-euro, li jitħallew jużaw il-metodu ta’ rappurtar aggregat stabbilit f’dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

“IF” tfisser impriża ta’ investiment kollettiv li:

(a)

tinvesti f’attiv finanzjarju u mhux finanzjarju, fit-tifsira ta’ l-Anness II, sakemm l-għan tagħha huwa li tinvesti l-kapital miġbur mill-pubbliku; u

(b)

hija mwaqqfa permezz tal-liġi tal-Komunità jew dik nazzjonali skond:

(i)

il-liġi tal-kuntratt (bħala fond komuni mmaniġġjat minn kumpaniji ta’ maniġment);

(ii)

il-liġi dwar it-trusts (bħala a unit trust);

(iii)

il-liġi tal-kumpanija (bħala kumpanija ta’ investiment); jew

(iv)

kull mekkaniżmu simili ieħor.

Dawn li ġejjin huma inklużi fid-definizzjoni ta’ IF:

(a)

dawk l-impriżi li l-units jew l-ishma tagħhom huma, fuq it-talba tad-detenturi, mixtrija mill-ġdid jew mifdija direttament jew indirettament mill-attiv ta’ l-impriża; u

(b)

dawk l-impriżi li għandhom numru fiss ta’ ishma maħruġa u li l-azzjonisti tagħhom ikollhom jixtru jew ibiegħu ishma eżistenti meta jidħlu jew joħorġu mill-fond.

Dawn li ġejjin mhumiex inklużi fid-definizzjoni ta’ IF:

(a)

fondi ta’ pensjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2)(a) u ta’ l-Anness B mar-Regolament (KE) Nru 2533/98; u

(b)

fondi ta’ swieq ta’ flus fit-tifsira ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2001 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2001/13) (2).

Għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ IF, “pubbliku” għandha tinkludi investituri ġenerali (retail), professjonali u istituzzjonali;

“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li adotta l-euro;

“Stat Membru mhux parteċipanti” tfisser Stat Membru li m’adottax l-euro;

“aġent ta’ rappurtar” tfisser aġent ta’ rappurtar fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

“residenti” tfisser residenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, u fin-nuqqas ta’ kull dimensjoni fiżika sinifikanti għal entità legali, ir-residenza tagħha għandha tkun iddeterminata mit-territorju ekonomiku li skond il-liġijiet tiegħu l-entità hija inkorporata. Jekk l-entità mhijiex inkorporata, għandu jintuża d-domiċilju legali bħala kriterju, jiġifieri l-pajjiż li s-sistema legali tiegħu tirregola l-ħolqien u l-eżistenza kontinwa ta’ l-entita';

“MFI” tfisser istituzzjoni finanzjarja monetarja fit-tifsira tal-paragrafu 1 ta’ Parti 1 ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 BĊE/2001/13;

“OFI” tfisser intermedjarji finanzjarji oħra ħlief korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi ta’ pensjoni, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2)(a) u ta’ l-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

“BĊN relevanti” tfisser il-BĊN ta’ l-Istat Membru parteċipanti li fih jirrisjedi l-IF rispettiv.

Artikolu 2

Popolazzjoni attwali li tirrapporta

1.   Il-popolazzjoni attwali ta’ rappurtar għandha tikkonsisti fil-IFs residenti fit-territorju ta’ l-Istati Membri parteċipanti. Jekk il-IF innifsu jew, fil-każ tal-IFs li m’għandhomx personalita’ legali skond il-liġi nazzjonali tagħhom, il-persuni intitolati jirrappreżentawhom legalment, għandhom ikunu responsabbli biex jirrappurtaw l-informazzjoni statistika meħtieġa skond dan ir-Regolament.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, għall-finijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar id-detenturi ta’ ishma bearer maħruġa mill-IFs (il-paragrafi 3 f’Parti 2 ta’ l-Anness I), il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tinkludi l-MFIs u dawk l-OFIs li mhumiex IFs. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil dawn l-entitajiet bil-kundizzjoni li l-informazzjoni statistika meħtieġa tinġabar minn sorsi oħra disponibbli skond il-paragrafu 3 f’Parti 2 ta’ l-Anness I. Il-BĊNi għandhom jiċċekkjaw is-sodisfazzjon ta’ din il-kundizzjoni fi żmien xieraq sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk jinħtieġ, kull deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena, bi qbil mal-BĊE. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, il-BĊNi jistgħu jistabbilixxu u jżommu lista ta’ OFIs li jirrappurtaw li mhumiex IFs, skond il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 3 f’Parti 2 ta’ l-Anness I.

Artikolu 3

Derogi

1.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-iżgħar IFs f’termini ta’ attiv totali, sakemm il-IFs li jikkontribwixxu għall-kont trimestrali aggregat tal-karta tal-bilanċ, ta’ lanqas 95 % tat-total ta’ l-attiv tal-IFs f’termini ta’ stocks, f’kull Stat Membru parteċipanti. Il-BĊNi għandhom jiċċekkjaw is-sodisfazzjon ta’ din il-kundizzjoni fi żmien xieraq sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk jinħtieġ, kull deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena kalendarja. Il-IFs, li għalihom japplikaw dawn id-derogi, għandhom jirrappurtaw biss, kull trimestru: data dwar l-istock ta’ tmiem it-trimestru dwar ishma/units ta’ IF maħruġa; u l-aġġustamenti korrispondenti tar-rivalutazzjoni trimestrali jew tranżazzjonijiet, jekk japplika.

2.   Id-derogi jistgħu jingħataw lil IFs li huma suġġetti għal regoli ta’ kontabilità nazzjonali li jippermettu li l-valutazzjoni ta’ l-attiv tagħhom issir anqas frekwenti milli kull trimestru. Il-kategoriji ta’ IF, li lilhom il-BĊNi għandu jkollhom id-diskrezzjoni li jagħtu derogi, għandhom ikunu deċiżi mill-Kunsill Governattiv. Il-IFs, li għalihom dawn id-derogi japplikaw, għandhom ikunu suġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament fi frekwenza konsistenti ma’ l-obbligi tagħhom tal-kontabilità fir-rigward taż-żmien tal-valutazzjoni ta’ l-attiv tagħhom.

3.   Il-IFs jistgħu jagħżlu li ma jagħmlux użu mid-derogi u li minflok jissodisfaw l-obbligi kollha ta’ rappurtar speċifikati fl-Artikolu 6. Jekk IF jagħmel din l-għażla, dan għandu jakkwista l-kunsens tal-BĊN relevanti qabel ma jagħmel xi tibdiliet fl-użu tiegħu ta’ dawn id-derogi.

Artikolu 4

Lista ta’ IFs għal finijiet ta’ statistika

1.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jistabbilixxi u jżomm lista ta’ IFs suġġetti għal dan ir-Regolament, inklużi, fejn japplikaw, is-subfondi tagħhom, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5(2). Il-lista tista’ tiġi bbażata fuq listi eżistenti ta’ IFs irregolati minn awtoritajiet nazzjonali, meta dawn il-listi huma disponibbli, issupplimentati minn IFs oħra li jaqgħu fid-definizzjoni ta’ IFs fl-Artikolu 1.

2.   Il-BĊNi u l-BĊE għandhom jagħmlu l-lista ta’ IFs għal finijiet ta’ statistika, u l-aġġornamenti tagħha, aċċessibli għall-IFs rispettivi b’mod xieraq, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi, permezz ta’ l-Internet jew, fuq it-talba ta’ l-aġenti tar-rappurtar rispettivi, stampata fuq il-karta.

3.   Il-lista ta’ IFs għal finijiet statistiċi għandha tkun biss għal skopijiet ta’ informazzjoni. Madankollu, fil-każ li l-verżjoni elettronika aċċessibbli l-aħħar tal-lista msemmija fil-paragrafu 2 tkun skorretta, il-BĊE m’għandux jimponi sanzjonijiet fuq kull entità li ma tkunx issodisfat kif suppost l-obbligi ta’ rappurtar tiegħu, sakemm dik l-entità tkun qagħdet fuq il-lista skorretta b’bonafidi.

Artikolu 5

Rappurtar fond b’fond

1.   Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tirrapporta data dwar l-attiv u l-passiv tagħha fond b’fond.

2.   Bla ħsara għall-paragrafu 1, jekk xi IF jissepara l-attiv tiegħu f’subfondi differenti b’mod li l-ishma/units dwar kull subfond huma sostnuti indipendentament minn attiv differenti, kull subfond għandu jkun ikkunsidrat bħala IF individwali.

3.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel u skond l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, il-IFs jistgħu jirrappurtaw l-attiv u l-passiv tagħhom bħala grupp, bil-kundizzjoni li dan iwassal għal riżultati li huma simili għal rappurtar fond b’fond.

Artikolu 6

Obbligi ta’ rappurtar statistiku trimestrali u ta’ kull xahar

1.   Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tipprovdi, skond l-Anness I:

(a)

kull tliet xhur, data dwar l-istock ta’ tmiem it-trimestru dwar l-attiv u l-passiv ta’ IFs, u aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali jew tranżazzjonijiet, fejn japplika; u

(b)

kull xahar, data dwar l-istock ta’ tmiem ix-xahar dwar ishma/units ta’ IF maħruġa, u l-aġġustamenti korrispondenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull xahar jew tranżazzjonijiet, jekk japplika.

2.   Suġġett għall-approvazzjoni minn qabel u skond l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tirrapporta informazzjoni statistika fuq il-bażi ta’ wieħed miż-żewġ metodi ta’ rappurtar speċifikati fl-Anness I, b’konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II.

3.   Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jiġbru d-data fil-paragrafu 1(a) kull xahar minflok kull tliet xhur.

Artikolu 7

Aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni jew tranżazzjonijiet

1.   Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tirrapporta aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni jew tranżazzjonijiet, skond l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, għall-informazzjoni aggregata rrappurtata skond il-metodu mħallat jew aggregat speċifikat fl-Anness I.

2.   Skond il-metodu mħallat speċifikat fl-Anness I, il-BĊNi jistgħu jew jiddeduċu approssimazzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet f’titoli mill-informazzjoni titolu b’titolu (t-b-t) jew jiġbru direttament tranżazzjonijiet titolu b’titolu.

3.   Obbligi u linji ta’ gwida oħra dwar il-kumpilazzjoni ta’ aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni jew tranżazzjonijiet huma stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 8

Regoli ta’ kontabilità

1.   Ir-regoli tal-kontabilità segwiti mill-IFs għall-finijiet tar-rappurtar skond dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-liġi nazzjonali relevanti li timplimenta lid-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (3), jew, jekk id-dispożizzjoni ta’ l-ewwel ma tapplikax, f’kull standards oħra nazzjonali jew internazzjonali li japplikaw għall-IFs.

2.   Bla ħsara għall-prattiċi tal-kontabilità u l-arranġamenti tan-netting li jiddominaw fl-Istati Membri parteċipanti, għall-finijiet statistiċi l-attiv u l-passiv finanzjarju kollu għandu jkun irrappurtat gross.

Artikolu 9

Puntwalità

1.   Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu meta huma għandhom bżonn li jirċievu data mill-aġenti ta’ rappurtar skond l-Artikolu 6 sabiex jissodisfaw l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 2.

2.   Il-BĊNi għandhom jittrasmettu lill-BĊE:

(a)

stocks trimestrali aggregati u aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni sa l-egħluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirreferi d-data, ibbażati fuq id-data trimestrali miġbura minn IFs; u

(b)

stocks ta’ kull xahar aggregati u aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni sa l-egħluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tax-xahar li għalih tirreferi d-data, ibbażati fuq id-data ta’ kull xahar dwar ishma/units ta’ IF maħruġa, miġbura minn Ifs, jew ibbażati fuq data attwali skond l-Artikolu 6(3).

Artikolu 10

Standards minimi u arranġamenti nazzjonali ta’ rappurtar

1.   L-informazzjoni statistika meħtieġa għandha tiġi rrappurtata mill-IF lill-BĊN relevanti skond l-istandards minimi għat-trasmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità kunċettwali u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.

2.   Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti ta’ rappurtar li għandhom jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta skond il-karatteristiċi nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti ta’ rappurtar jipprovdu l-informazzjoni statistika meħtieġa u jippermettu l-iċċekkjar preċiż tal-konformità ma’ l-istandards minimi għat-transmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità kunċettwali u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.

Artikolu 11

Għaqdiet, diviżjonijiet u riorganizzazzjonijiet

Fil-każ ta’ għaqda, diviżjoni jew riorganizzazzjoni li tista’ taffettwa s-sodisfazzjon ta’ l-obbligi statistiċi tiegħu, l-aġent ta’ rappurtar involut għandu jinforma lill-BĊN relevanti, ladarba l-intenzjoni biex jimplimenta dik l-operazzjoni tkun saret pubblika u fil-ħin qabel ma sseħħ, bil-proċeduri li huma ppjanati biex iwettaq l-obbligi ta’ rappurtar statistiku stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Verifika u ġbir obbligatorju

Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw d-drittijiet li jivverifikaw jew jiġbru b’mod obbligatorju l-informazzjoni li l-aġenti ta’ rappurtar jipprovdu skond dan ir-Regolament, bla ħsara għad-dritt tal-BĊE biex jeżerċita dawn id-drittijiet innifsu. Dawn id-drittijiet għandhom, b’mod partikolari, jiġu eżerċitati mill-BĊNi meta istituzzjoni inkluża fil-popolazzjoni attwali li tirrapporta ma tissodisfax l-istandards minimi għat-trasmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità kunċettwali u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.

Artikolu 13

L-ewwel rappurtar

L-ewwel rappurtar għandu jibda b’data ta’ kull xahar u trimestrali għal Diċembru 2008.

Artikolu 14

Dispożizzjoni finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 27 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 333, 17.12.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.


ANNESS I

OBBLIGI TA’ RAPPURTAR STATISTIKU

PARTI 1

Metodu ta’ rappurtar

1.

Il-BĊE għandu jipproduċi, fuq bażi regolari, l-ammont aggregat ta’ attiv u passiv għall-IFs mill-Istati Membri parteċipanti kollha, meqjusa bħala territorju ekonomiku wieħed, f’termini ta’ stocks u tranżazzjonijiet.

2.

Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tipprovdi l-informazzjoni statistika skond wieħed miż-żewġ metodi ta’ rappurtar li ġejjin:

(a)

Metodu mħallat: dan jikkonsisti f’li jiġi pprovdut:

kull tliet xhur: (i) informazzjoni titolu b’ titolu (t-b-t) għal titoli b’kodiċijiet ta’ identifikazzjoni disponibbli pubblikament miżmuma minn IFs; (ii) informazzjoni aggregata kklassifikata permezz ta’ kategoriji ta’ strumenti/maturita', valuti u kontropartijiet, għal attiv u passiv minbarra titoli u għal titoli mingħajr kodiċijiet ta’ identifikazzjoni disponibbli pubblikament; u (iii) jew t-b-t jew informazzjoni aggregata dwar detenturi ta’ ishma/units ta’ IF maħruġa, kif speċifikat aktar f’Parti 2 ta’ dan l-Anness. Il-BĊN relevanti jista’ jeħtieġ lill-aġenti ta’ rappurtar biex jirrappurtaw informazzjoni t-b-t għal titoli mingħajr kodiċijiet ta’ identifikazzjoni disponibbli pubblikament, jew informazzjoni partita b’partita għal attiv u passiv minbarra titoli; u

kull xahar, informazzjoni t-b-t li tidentifika separatament l-ishma/units kollha maħruġa minn IFs.

Kif stabbilit fit-Tabella 2, minbarra d-data fir-rigward ta’ l-entrati li għandhom jiġu rrappurtati fil-kuntest ta’ rappurtar t-b-t sabiex tiġi dedotta l-informazzjoni aggregata dwar it-titoli, il-BĊN relevanti jista’ jiddeċiedi wkoll biex jiġbor data dwar tranżazzjonijiet t-b-t.

Id-data aggregata għandha tiġi pprovduta f’termini ta’ stocks u, skond l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, f’termini ta’ jew: (i) rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju; jew (ii) tranżazzjonijiet.

Bil-kundizzjoni li jakkwista l-approvazzjoni minn qabel tal-BĊN, l-aġenti ta’ rappurtar li jipprovdu d-data trimestrali meħtieġa t-b-t, jistgħu jagħżlu li jirrappurtaw id-data ta’ kull xahar meħtieġa b’mod aggregat, minflok li jipprovdu informazzjoni t-b-t.

(b)

Metodu aggregat: dan jikkonsisti f’ li jiġi pprovdut:

kull tliet xhur, sett sħiħ ta’ informazzjoni aggregata, ikklassifikata permezz ta’ kategoriji ta’ strumenti/maturita', valuti u kontropartijiet dwar l-attiv u l-passiv ta’ IFs; u

kull xahar, informazzjoni aggregata dwar l-ishma/units maħruġa minn IFs.

L-informazzjoni trimestrali u ta’ kull xahar għandha tiġi rrappurtata f’termini ta’ stocks u, skond l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, f’ termini ta’ jew: (i) rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju; jew (ii) tranżazzjonijiet.

3.

L-informazzjoni li għandha tingħata lill-BĊN t-b-t skond il-metodu mħallat hija speċifikata fit-Tabella 2. L-obbligi ta’ rappurtar aggregat trimestrali għal stocks huma speċifikati fit-Tabella 1 u dawk għar-rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju jew tranżazzjonijiet huma speċifikati fit-Tabella 3. L-obbligi ta’ rappurtar aggregat ta’ kull xahar għal stocks u rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju jew tranżazzjonijiet huma speċifikati fit-Tabella 4.

PARTI 2

Residenza u settur ekonomiku tad-detenturi ta’ ishma/units ta’ IF

1.

L-aġenti ta’ rappurtar jirrappurtaw, kull trimestru, data dwar ir-residenza tad-detenturi ta’ ishma/units ta’ IF maħruġa minn IFs ta’ l-Istati Membri parteċipanti skond il-klassifikazzjoni ta’ l-Istati Membri domestiċi/Stati Membri oħra parteċipanti/il-bqija tad-dinja. Il-kontropartijiet domestiċi u ta’ Stati Membri oħra parteċipanti huma kklassifikati aktar fid-dettal skond is-settur.

2.

Fir-rigward ta’ ishma/units irreġistrati, il-IFs li joħorġuhom, jew il-persuni li jirrappreżentawhom legalment, jirrappurtaw data dwar il-klassifikazzjoni tar-residenza u tas-settur tad-detenturi ta’ l-ishma/units tagħhom maħruġa. Jekk xi IF li joħroġ ma jkunx direttament f’pożizzjoni biex jidentifika r-residenza u s-settur tad-detentur, huwa jirrapporta d-data relevanti skond l-informazzjoni disponibbli.

3.

Fir-rigward ta’ ishma/units bearer, l-aġenti ta’ rappurtar jirrappurtaw data dwar il-klassifikazzjoni tar-residenza u tas-settur tad-detenturi ta’ l-ishma/units ta’ IF skond il-metodu deċiż mill-BĊN relevanti. Dan l-obbligu huwa llimitat għal wieħed jew aktar “combination” mill-għażliet li ġejjin, biex jintgħażel/jintgħażlu wara li titqies l-organizzazzjoni tas-swieq relevanti u l-arranġamenti legali nazzjonali fl-Istat Membru rispettiv. Dan l-obbligu se jkun sorveljat perijodikament mill-BĊN.

(a)

IFs li joħorġu:

IFs li joħorġu, jew il-persuni li jirrappreżentawhom legalment, jew l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament, jirrappurtaw data dwar il-klassifikazzjoni tar-residenza u tas-settur tad-detenturi ta’ l-ishma/units tagħhom maħruġa. Din l-informazzjoni tista’ tasal mill-aġent li jiddistribwixxi l-ishma/units jew minn kull entità oħra involuta f’din il-ħarġa (issue), xiri mill-ġdid (buy-back) jew trasferiment ta’ l-ishma/units.

(b)

MFIs u OFIs bħala kustodji ta’ ishma/units ta’ IF:

Bħala aġenti ta’ rappurtar, MFIs u OFIs li jaġixxu bħala kustodji ta’ ishma/units ta’ IF jirrappurtaw data dwar il-klassifikazzjoni tar-residenza u tas-settur tad-detenturi ta’ l-ishma/units maħruġa minn IFs residenti u miżmuma f’kustodja f’isem id-detentur jew intermedjarju ieħor li jkun qed jaġixxi wkoll bħala kustodja. Din l-għażla hija applikabbli jekk: (i) il-kustodja jiddistingwixxi ishma/units ta’ IF miżmuma f’kustodja f’isem detenturi minn dawk miżmuma f’isem kustodji oħra; u (ii) ħafna mill-ishma/units IF ikunu fil-kustodja ta’ istituzzjonijiet domestiċi residenti li huma kklassifikati bħala intermedjarji finanzjarji (MFIs jew OFIs).

(ċ)

MFIs u OFIs bħala reporters ta’ tranżazzjonijiet ta’ residenti ma’ dawk li mhumiex residenti li jinvolvu ishma/units ta’ IF residenti:

Bħala aġent ta’ rappurtar, MFIs u OFIs li jaġixxu bħala reporters ta’ tranżazzjonijiet ta’ residenti ma’ dawk li mhumiex residenti li jinvolvu ishma/units ta’ IF residenti jirrappurtaw data dwar il-klassifikazzjoni tar-residenza u tas-settur tad-detenturi ta’ ishma/units maħruġa minn IFs residenti, li huma jinnegozjaw f’isem id-detentur jew intermedjarju ieħor ukoll involut fit-tranżazzjoni. Din l-għażla hija applikabbli jekk: (i) il-kopertura tar-rappurtar hija komprensiva, jiġifieri tkopri b’mod sostanzjali t-tranżazzjonijiet kollha mwettqa mill-aġenti ta’ rappurtar; (ii) tingħata data preċiża dwar xiri u bejgħ ma’ dawk li mhumiex residenti ta’ l-Istat Membru parteċipanti; (iii) id-differenzi bejn il-valur tal-ħruġ u l-valur ta' meta tifdi (redemption), esklużi t-tariffi, ta’ l-istess ishma/units huma minimi; u (iv) l-ammont ta’ ishma/units miżmuma minn dawk li mhumiex residenti ta’ l-Istati Membri parteċipanti maħruġa minn IFs residenti huwa baxx.

(d)

Jekk l-għażliet (a) sa (ċ) ma japplikawx, l-aġenti ta’ rappurtar, inklużi MFIs u OFIs li mhumiex IFs, jirrappurtaw id-data relevanti skond l-informazzjoni disponibbli.

4.

Jekk ishma/units rreġistrati jew bearer jinħarġu għall-ewwel darba, jew jekk l-iżviluppi tas-suq jeħtieġu bidla ta’ l-għażla jew “combination” ta’ għażliet, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi għal sena fir-rigward ta’ l-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

PARTI 3

Tabelli ta’ rappurtar

Tabella 1

Stocks

Data li għandha tingħata kull trimestru

 

A.

Domestiċi (total)

B.

Stati Membri parteċipanti oħra (total)

Ċ.

RoW (total)

D.

Mhux allokati

 

MFIs

Mhux-MFls-Total

 

MFIs

Mhux-MFls-Total

 

li tiegħu Stati Membri mhux parteċipanti

li tiegħu l-Istati Uniti

li tiegħu l-Ġappun

 

Gvern Ġenerali

Residenti oħra

 

Gvern Ġenerali

Residenti oħra

Total

Intermedjarji finanzjarji oħra + awżillarji finanzjarji (S. 123 + S. 124)

Korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S. 125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Households + instituzzjonijiet mhux profittabbli li jservu households (S. 14 + S. 15)

Total

Intermedjarji finanzjarji oħra + awżillarji finanzjarji (S. 123 + S. 124)

Korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S. 125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S. 11)

Households + instituzzjonijiet mhux profittabbli li jservu households (S. 14 + S. 15)

ATTIV

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.

depożitu u talbiet għal self

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Titoli minbarra ishma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2e.

Euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2x.

Valuti barranin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2t.

Total ta’ Valuti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.

Ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati, esklużi ishma /units ta’ IF u MMF

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma/units ta’ IF u MMF A27

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.

Derivattivi finanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.

Attiv mhux finanzjarju [inklużi assi fissi]+A29

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.

Attiv li jifdal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PASSIV

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7.

Self u depożiti riċevuti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8.

Ishma/units IF (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.

Derivattivi finanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10.

Passiv li jifdal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IFs li jsegwu l-metodu aggregat jirrappurtaw iċ-ċelel kolha, inklużi dawk suwed u griżi.

IFs li jsegwu l-metodu “combined” jirrappurtaw: (i) iċ-ċelel is-suwed; (ii) l-informazzjoni mitluba fit-Tabella 2 għal dawk it-titoli li jinġabru t-b-t; u (iii) iċ-ċelel il griżi għal dawk it-titoli li ma jinġabrux t-b-t.


Tabella 2

Informazzjoni meħtieġa titolu b’titolu

Meta jintuża l-metodu mħallat, għandha tiġi rrappurtata d-data għall-entrati fit-tabella hawn isfel għal kull titolu kklassifikat taħt il-kategoriji ta’ titoli “titoli minbarra ishma”, “ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra” u “ishma/units ta” fond ta’ investiment maħruġa skond ir-regoli li ġejjin.

(a)

Id-data għall-entrata 1 għandha tiġi rrappurtata.

(b)

Fil-każ li l-BĊN relevanti ma jiġborx direttament informazzjoni t-b-t dwar tranżazzjonijiet, id-data għal tnejn mit-tliet entrati 2, 3 u 4 għandha tiġi rrappurtata (jiġifieri entrati 2 u 3; entrati 2 u 4; jew entrati 3 u 4).

(ċ)

Fil-każ li l-BĊN relevanti jiġbor direttament informazzjoni t-b-t jew tranżazzjonijiet, għandha tiġi rrappurtata wkoll id-data għall-entrati li ġejjin:

(i)

entrata 5; jew entrati 6 u 7, u

(ii)

entrata 4; jew entrati 2 u 3.

(d)

Il-BĊN relevanti jista’ jitlob ukoll lill-aġenti ta’ rappurtar biex jirrappurtaw id-data għall-entrata 8.

(e)

Il-BĊN relevanti jista’ jagħżel li jiġbor biss data għall-entrata 2 fil-każijiet (b) u (ċ)(ii) hawn fuq. Jekk isir hekk, il-BĊN għandu jiċċekkja, u jinforma lill-BĊE, ta’ lanqas darba f’sena li l-kwalità tad-data aggregata rrappurtata mill-BĊN, inklużi l-frekwenza u d-daqs tar-reviżjonijiet, mhijiex affettwata.


Entrata

Titolu

1

Kodiċi għall-identifikazzjoni tat-titolu

2

Numru ta’ units jew ammont nominali aggregat

3

Prezz

4

Ammont totali

5

Tranżazzjonijiet

6

Titoli mixtrija (attiv) jew maħruġa (passiv)

7

Titoli mibjugħa (attiv) jew mifdija (passiv)

8

Valuta tar-reġistrazzjoni tat-titolu


Tabella 3

Aġġustamenti ta' rivalutazzjoni jew tranżazzjonijiet

Data li għandha tingħata kull trimestru

 

A.

Domestiċi (total)

B.

Stati Membri parteċipanti oħra (total)

Ċ.

RoW (total)

D.

Mhux allokati

 

MFIs

Mhux MFIs – total

 

MFIs

Mhux MFIs – total

 

Li tiegħu Stati Membri mhux parteċipanti

Li tiegħu l-Istati Uniti

Li tiegħu l-Ġappun

 

Gvern Ġenerali

Residenti oħra

 

Gvern Ġenerali

Residenti oħra

Total

Intermedjarji finanzjarji oħra + awżillarji finanzjarji (S. 123 + S. 124)

Korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi ta’ pensjoni (S. 125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S. 11)

Households + istituzzjonijiet mhux profittabbli li jservu households (s. 14 + S. 15)

Total

Intermedjarji finanzjarji oħra + awżillarji finanzjarji (S. 123 + S. 124)

Korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi ta’ pensjoni (S. 125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S. 11)

Households + istituzzjonijiet mhux profittabbli li jservu households (s. 14 + S. 15)

ATTIV

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.

depożitu u talbiet għal self

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Titoli minbarra ishma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2e.

Euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2x.

Valuti barranin A17

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2t.

Valuti totali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

MINIMU

 

MINIMU

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

 

MINIMU

 

MINIMU

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

aktar minn sena u sa sentejn

 

MINIMU

 

MINIMU

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

 

MINIMU

 

MINIMU

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

aktar minn sentejn

 

MINIMU

 

MINIMU

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

 

MINIMU

 

MINIMU

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

3.

Ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra

 

MINIMU

 

 

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

 

MINIMU

 

 

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

li minnhom ishma kkwotati, esklużi ishma /units ta’ IF u MMF

 

MINIMU

 

 

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

 

MINIMU

 

 

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

li minnhom ishma/units ta’ IF u MMF

 

MINIMU

MINIMU

 

 

 

 

 

 

 

MINIMU

MINIMU

 

 

 

 

 

 

MINIMU

MINIMU

MINIMU

MINIMU

 

4.

Derivattivi finanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MINIMU (3)

5.

Attiv mhux finanzjarju [inklużi assi fissi]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MINIMU (3)

6.

Attiv li jifdal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PASSIV

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7.

Self u depożiti riċevuti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8.

Ishma/units ta’ IF (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MINIMU

9.

Derivattivi finanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MINIMU (3)

10.

Passiv li jifdal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IFs li jsegwu l-metodu aggregat jirrappurtaw iċ- ċelel kollha mmarkati “MINIMU”. Il-BĊN jista’ jestendi dawn l-obbligi għaċ-ċelel suwed u griżi li ma jinkludux il-kelma “MINIMU”.

IFs li jsegwu l-metodu “combined” jirrapurtaw: (i) iċ-ċelel is-suwed mmarkati “MINIMU”; (ii) iċ-ċelel il-griżi mmarkati “MINIMU” għal dawk it-titoli li ma jinġabrux t-b-t; u (iii) fil-każ li xi BĊN relevanti jiġbor direttament informazzjoni t-b-t dwar tranżazzjonijiet, l-informazzjoni mitluba fit-Tabella 2 għal dawk it-titoli li jinġabru t-b-t.

Il-BĊNi jistgħu jestendu dawn l-obbligi għal: (i) iċ-ċelel li ma jinkludux il-kelma “MINIMU”; u (ii) iċ-ċelel il-griżi li ma jinkludux il-kelma “MINIMU” għal dawk it-titoli li ma jinġabrux t-b-t.


Tabella 4

Stocks, Aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni jew tranżazzjonijiet

Data li għandha tingħata kull xahar

 

A.

Domestiċi (total)

B.

Stati Mambri parteċipanti oħra (total)

Ċ.

RoW

D.

Mhux allokati

 

MFIs

Mhux MFIs – total

 

MFIs

Mhux MFIs – total

Total

 

Gvern Ġenerali

Residenti oħra

 

Gvern Ġenerali

Residenti oħra

Total

Intermedjarji finanzjarji oħra + awżillarji finanzjarji (S. 123 + S. 124)

Korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi ta’ pensjoni (S. 125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S. 11)

Households + istituzjonijiet mhux profittabbli li jservu households (s. 14 + S. 15)

Total

Intermedjarji finanzjarji oħra + awżillarji finanzjarji (S. 123 + S. 124)

Korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi ta’ pensjoni (S. 125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S. 11)

Households + istituzjonijiet mhux profittabbli li jservu households (s. 14 + S. 15)

PASSIV

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8.

Ishma/Units ta’ IF

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Jekk l-aġent ta' rappurtar mhuwiex f' pożizzjoni li jidentifika direttament ir-residenza u s-settur tad-detentur, huwa jirrapporta d-data relevanti skond l-informazzjoni disponibbli. Fil-każ ta' ishma bearer, l-informazzjoni tista' tinġabar minn MFls jew OFls, minbarra fondi ta'investiment (kif speċifikat fl-Artikolu 2(2) u l-paragrafu 3 f'Parti 2 ta' l-Anness l ma'dan ir-Regolament).

(2)  ‘Jekk l-aġent ta’ rappurtar mhuwiex f’pożizzjoni li jidentifika direttament ir-residenza u s-settur tad-detentur, huwa jirrapporta d-data relevanti skond l-informazzjoni disponibbli. Fil-każ ta’ ishma bearer, l-informazzjoni tista’ tinġabar minn MFIs jew OFIs, minbarra fondi ta’ investiment (kif speċifikat fl-artikolu 2(2) u l-paragrafu 3 f’Parti 2 ta’ l-Anness I ma’ dan ir-Regolament).

(3)  Il-BĊNi jistgħu jeżentaw IFs milli jirrapurtaw din il-partita, jekk l-istocks trimestrali mniżżla fit-tabella 1 jirrapreżentaw anqas minn 5 % ta’ l-ishma/units ta’ IF maħruġa.


ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET

Parti 1

Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strumenti

Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni dettaljata standard tal-kategoriji ta’ strumenti, li l-BĊNi jittrasponu f’kategoriji applikabbli fil-livell nazzjonali skond dan ir-Regolament (1). Id-definizzjonijiet jirreferu għas-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (l-ESA 95).

TABELLA A

Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strumenti ta’ l-attiv u l-passiv tal-IF

KATEGORIJI ta’ L-ATTIV

Kategorija

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali

1.

Depożiti u talbiet għal self

Għall-finijiet ta’ l-iskema ta’ rappurtar, din tikkonsisti f’fondi msellfa minn IFs lil min jissellef, li mhumiex attestati b’dokumenti jew huma rrappreżentati minn dokument wieħed (anke jekk ikun sar negozzjabbli). Tinkludi attiv fil-forma ta’ depożiti:

depożiti mqiegħda ma’ MFIs:

(a)

depożiti trasferibbli: depożiti (f’valuta nazzjonali jew barranija) li huma konvertibbli immedjatament f’valuta jew li huma trasferibbli permezz ta’ ċekk, ordni ta’ bank, entrata ta’ debitu jew mezz ieħor simili, it-tnejn li huma mingħajr xi tip ta’ restrizzjoni sinifikanti jew penali (l-ESA 95, il-paragrafi 5.42 sa 5.44);

(b)

depożiti oħra: il-holdings kollha f’depożiti minbarra depożiti trasferibbli. Depożiti oħra ma jistgħux jintużaw biex jaffettwaw ħlasijiet f’kull ħin u mhumiex konvertibbli f’valuta jew depożiti trasferibbli mingħajr xi tip ta’ restrizzjoni sinifikanti jew penali. Din is-subkategorija tinkludi depożiti marbutin għal perijodu ta’ żmien (time deposits) u depożiti ta’ tfaddil (savings deposits) (l-ESA 95, il-paragrafi 5.45 sa 5.49)

holdings ta’ titoli mhux negozjabbli.

Holdings ta’ titoli minbarra ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra li mhumiex negozjabbli u li ma jistgħux jiġu nnegozjati fi swieq sekondarji (ara wkoll “self innegozjat”)

self innegozjat (traded loans)

Self li de facto sar negozzjabbli għandu jiġi kklassifikat taħt il-partita ta’ l-attiv “depożiti u talbiet għal self” bil-kundizzjoni li jibqa’ attestat minn dokument wieħed u, bħala regola ġenerali, innegozjat ta’ kultant.

Talbiet taħt repos imreġġgħin lura (reverse repos)

Kontroparti ta’ flus kontanti mħallsa għal titoli mixtrija minn IFs bi prezz iffissat b’rabta soda biex wieħed ibiegħ mill-ġdid l-istess titoli (jew simili) bi prezz fiss f’data futura speċifikata (ara l-kategorija 7)

Din il-partita tinkludi wkoll holdings ta’ karti tal-flus u muniti fiċ-ċirkolazzjoni euro u ta’ valuta barranija li normalment jintużaw biex jaffettwaw ħlasijiet.

2.

Titoli minbarra ishma

Holdings ta’ titoli minbarra ishma jew parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra, li huma negozjabbli u normalment innegozjati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu paċuti fis-suq, u li ma jagħtux lid-detentur l-ebda drittijiet ta’ proprjetà fuq l-istituzzjoni li toħroġhom.

Din il-partita tinkludi:

holdings ta’ titoli (irrispettivament jekk humiex attestati jew le b’dokumenti) li jagħtu lid-detentur id-dritt inkondizzjonat għal dħul fiss jew iddeterminat kuntrattwalment fil-forma ta’ ħlasijiet ta’ imgħax u/jew somma fissa miftiehma u f’data speċifikata (jew dati) jew li jibda minn data definita fil-ħin tal-ħruġ;

self negozzjabbli li jkunu ġew irristrutturati f’numbru kbir ta’ dokumenti identiċi u li jkunu jistgħu jiġu nnegozjati fi swieq sekondarji (ara wkoll “self innegozjat” f’kategorija 1);

dejn subordinat fil-forma ta’ titoli ta’ dejn;

sabiex tinżamm il-konsistenza mat-trattament ta’ operazzjonijiet tat-tip repo, titoli msellfa f’operazzjonijiet ta’ self ta’ titoli jibqgħu fuq il-karta tal-bilanċ tas-sid oriġinali (u m’għandhomx jiġu ttrasferiti għall-karta tal-bilanċ ta’ l-akkwirent temporanju) fejn hemm rabta soda biex tiġi mreġġgħa lura l-operazzjoni u mhux sempliċiment b’mod fakultattiv (ara wkoll kategoriji 7).

Tinħtieġ klassifikazzjoni tal-maturità għal holdings ta’ titoli minbarra ishma. Dan ifisser maturità fil-ħin tal-ħruġ (maturità oriġinali), u tirreferi għall-perijodu fiss tat-tul taż-żmien ta’ strument finanzjarju li qabel ma igħaddi dan iż-żmien it-titolu ma jkunx jista’ jinfeda.

3.

Ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra

Holdings ta’ titoli li jirrappreżentaw drittijiet ta’ proprjetà f’korporazzjonijiet jew kważi-korporazzjonijiet. Dawn it-titoli ġeneralment jintitolaw id-detenturi sehem fil-profitti ta’ korporazzjonijiet jew kważi-korporazzjonijiet, u sehem fil-kapital tagħhom (own funds) fil-każ ta’ stralċ. Din il-kategorija tkopri erba’ subkategoriji prinċipali:

ishma/units ta’ IF u MMF;

ishma kwotati, esklużi ishma/units ta’ IF u MMF;

ishma mhux kwotati, esklużi ishma/units ta’ IF u MMF: ishma li mhumiex kwotati (l-ESA 95, il-paragrafi 5.90 sa 5.93);

parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra: il-forom kollha ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji minbarra dawk klassifikati fis-subkategoriji msemmija hawn fuq (l-ESA 95, il-paragrafi 5.94 u 5.95).

3a.

Ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra li minnhom huma kkwotati ishma, esklużi ishma/units ta’ IF u MMF

Ishma bi prezzijiet ikkwotati fuq borża rikonoxxuta jew forma oħra ta’ suq sekondarju (l-ESA 95, il-paragrafi 5.90 sa 5.93).

3b.

Ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra li minnhom ishma/units ta’ IF u MMF

Din il-partita ta’ l-attiv tinkludi holdings ta’ ishma/units maħruġa minn IFs u MMFs inklużi fil-lista ta’ IFs u MFIs għal finijiet ta’ statistika.

MMFs huma impriżi ta’ investiment kollettiv li l-ishma/units tagħhom huma, f’termini ta’ likwidita', sostituti mill-qrib għal depożiti, u li jinvestu primarjament fi strumenti tas-suq tal-flus u/jew f’ishma/units ta’ MMF u/jew fi strumenti ta’ debitu trasferibbli oħra b’maturità residwa li tammonta għal u li tinkludi sena, u/jew f’depożiti tal-bank, u/jew li jsegwu rata ta’ dħul li tqarreb ir-rati ta’ l-imgħax ta’ strumenti tas-suq tal-flus. MMFs huma ddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji.

IFs huma ddefiniti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

4.

Derivattivi finanzjarji

Skond standards internazzjonali eżistenti ta’ statistika, strumenti ta’ derivattivi finanzjarji li għandhom valur tas-suq għandhom fil-prinċipju jkunu suġġetti li jitniżżlu fil-karta tal-bilanċ. Id-derivattivi jkollhom valur tas-suq meta jiġu nnegozjati fi swieq organizzati, jiġifieri boroż, jew f’ċirkustanzi li fihom ikunu jistgħu jiġu paċuti regolarment fi swieq over-the-counter (OTC).

Skond din il-partita, għandhom ikunu rrappurtati d-derivattivi finanzjarji li ġejjin:

options, irrispettivament jekk humiex negozjabbli jew OTC;

warrants;

futures, imma biss jekk ikollhom valur tas-suq għax ikunu negozjabbli jew ikunu jistgħu jiġu paċuti; u

swaps, imma biss jekk ikollhom valur tas-suq għax ikunu negozjabbli jew ikunu jistgħu jiġu paċuti.

Id-derivattivi finanzjarji li huma suġġetti li jitniżżlu fil-karta tal-bilanċ għandhom jiddaħħlu skond il-valur tas-suq tagħhom, li huwa l-prezz tas-suq prevalenti jew ekwivalenti qrib (valur ġust (fair value)).

Id-derivattivi għandhom jitniżżlu fil-karta tal-bilanċ gross. Kuntratti individwali ta’ derivattivi b’valuri tas-suq pożittivi u gross għandhom jitniżżlu fuq in-naħa ta’ l-attiv tal-karta tal-bilanċ, u l-kuntratti b’valuri tas-suq negattivi u gross fuq in-naħa tal-passiv. Rabtiet futuri gross li joħorġu minn kuntratti ta’ derivattivi m’għandhomx jiddaħħlu bħala partiti ta’ fuq il-karta tal-bilanċ (on-balance sheet). Id-derivattivi finanzjarji jistgħu jitniżżlu nett skond metodi differenti ta’ valutazzjoni.

Fil-każ li jkunu disponibbli biss pożizzjonijiet netti, jew il-pożizzjonijiet ma jitniżżlux skond il-valur tas-suq imma b’valuri oħra, dawn il-pożizzjonijiet għandhom jiġu rrappurtati minflok.

5.

Attiv mhux finanzjarju (inklużi assi fissi)

Din il-partita tikkonsisti fi:

investimenti f’assi fissi tanġibbli (e.ż. residenzi, bini ieħor u strutturi, u bini mhux residenzjali) u oġġetti prezzjużi (e.ż. metalli prezzjużi); u

assi tanġibbli jew assi intanġibbli mhux finanzjarji, li huma maħsuba biex jintużaw ripetutament għal aktar minn sena minn IFs. Jinkludu art u bini okkupati mill-IFs, kif ukoll tagħmir, software u infrastruttura oħra.

6.

Attiv li jifdal

Din hija l-partita residwa fuq in-naħa ta’ l-attiv tal-karta tal-bilanċ, iddefinita bħala “attiv mhux inkluż xi mkien ieħor”. Il-BĊNi jistgħu jeħtieġu wkoll taħt din il-partita klassifikazzjonijiet individwali ta’ li ġej:

imgħax akkumulat riċevibbli fuq depożiti u self,

imgħax akkumulat fuq titoli minbarra ishma,

kera akkumulata fuq bini,

ammonti riċevibbli li m’għandhomx x’jaqsmu man-negozju prinċipali tal-IF.


KATEGORIJI TAL-PASSIV

Kategorija

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali

7.

Self u depożiti riċevuti

Ammonti dovuti lil kredituri minn IFs, minbarra dawk li jqumu mill-ħruġ ta’ titoli negozzjabbli. Din il-partita tikkonsisti f’:

self: self mogħti lil IFs li jirrappurtaw li mhuwiex attestat b’dokumenti jew huwa rrappreżentat b’dokument wieħed (saħansitra anke jekk ikun sar negozzjabli);

repos: il-kontroparti tal-flus kontanti riċevuti fi skambju għal titoli/deheb mibjugħa minn IFs bi prezz miftiehem skond rabta soda biex jinxtraw mill-ġdid l-istess titoli/deheb (jew simili) bi prezz fiss f’data futura specifikata. L-ammonti riċevuti minn IFs fi skambju għal titoli/deheb ittrasferiti lil terza persuna (“akkwirent temporarju”) għandhom jiġu kklassifikati taħt “ftehim ta" xiri mill-ġdid’ fejn ikun hemm rabta soda biex titreġġgħa lura l-operazzjoni u mhux meta jkun sempliċiment b’mod fakultattiv. Dan jimplika li IFs iżommu proprjetà effettiva (ekonomika) tat-titoli/deheb matul l-operazzjoni. F’dan ir-rigward, it-trasferiment tal-proprjetà legali mhijiex il-karatteristika relevanti biex jiġi ddeterminat it-trattament ta’ operazzjonijiet li jixbħu lir-repos. Meta l-akkwirent temporanju jbigħ it-titoli/deheb riċevuti permezz ta’ operazzjoni tar-repo, dan il-bejgħ għandu jkun irreġistrat bħala tranżazzjoni mill-ewwel f’titoli/deheb u mniżżel fil-karta tal-bilanċ ta’ l-akkwirent temporanju bħala pożizzjoni negattiva fil-portafoll tat-titoli/deheb.

It-tliet varjanti li ġejjin ta’ operazzjonijiet tat-tip tar-repo huma kollha strutturati b’mod li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiġu ttrattati bħala self iggarantit. Għalhekk l-ammonti riċevuti minn IFs (bi skambju għal titoli/deheb ittrasferiti temporanjament lil terza persuna) huma kklassifikati taħt “ftehim ta’ xiri mill-ġdid”:

ammonti riċevuti fi skambju għal titoli/deheb ittrasferiti temporanjament lil terza persuna fil-forma ta’ ftehim ta’ xiri mill-ġdid,

ammonti riċevuti fi skambju għal titoli/deheb ittrasferiti temporanjament lil terza persuna fil-forma ta’ self ta’ bonds (kontra garanzija fi flus kontanti),

ammonti riċevuti fi skambju għal titoli/deheb ittrasferiti temporanjament lil terza persuna fil-forma ta’ ftehim ta’ bejgħ/xiri mill-ġdid.

8.

Ishma/units ta’ IF

Ishma jew units, inklużi fil-forma ta’ kapital ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji, maħruġa minn IFs li huma inklużi fil-lista ta’ IFs għal finijiet ta’ statistika. Din il-partita tirrappreżenta l-passiv (liability) totali lejn l-azzjonisti tal-IF. Jiġu inklużi wkoll fondi li ġejjin minn benefiċċji mhux iddistribwiti jew fondi mwarrba minn IFs li jirrappurtaw fl-antiċipazzjoni tagħhom għal ħlasijiet futuri w obbligi probabbli.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

“Ishma/units ta’ IF irreġistrati” tfisser ishma/units ta’ IF li dwarhom, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, tinżamm dokumentazzjoni li tidentifika d-detenturi ta’ l-ishma/units tiegħu, inkluża l-informazzjoni dwar ir-residenza u s-settur tad-detentur;

“ishma/units bearer ta’ IF” tfisser ishma/units ta’ IF li dwarhom, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma tinżammx dokumentazzjoni li tidentifika d-detenturi ta’ l-ishma/units tiegħu, jew li dwarhom tinżamm dokumentazzjoni li ma tinkludix informazzjoni dwar ir-residenza u s-settur tad-detentur.

9.

Derivattivi finanzjarji

Ara l-kategorija 4

10.

Passiv li jibqa’

Din hija l-partita residwa fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ, iddefinita bħala “passiv mhux inkluż x’imkien ieħor”.

Il-BĊNi jistgħu jeħtieġu wkoll taħt din il-partita klassifikazzjonijiet individwali ta’ li ġej:

titoli ta’ dejn maħruġa

Titoli minbarra parteċipazzjonijiet azzjonarji maħruġa minn IFs, li huma strumenti normalment negozjabbli u negozjati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu paċuti fis-suq u li ma jagħtu lid-detentur l-ebda drittijiet ta’ proprjetà fuq l-istituzzjoni li toħroġhom

imgħax akkumulat pagabbli fuq self u depożiti,

ammonti pagabbli mhux relatati man-negozju prinċipali ta’ IF (ammonti dovuti lil fornituri, taxxi, pagi, kontribuzzjonijiet soċjali, eċċ.),

provvedimenti li jirrappreżentaw passivi kontra terzi persuni (pensjonijiet, dividendi, eċċ.),

pożizzjonijiet netti li jirriżultaw minn self ta’ titoli mingħajr garanzija fi flus kontanti,

ammonti netti pagabbli fir-rigward ta’ settlements futuri ta’ tranżazzjonijiet f’titoli.

Parti 2

Definizzjonijiet ta’ attributi titolu b’titolu

TABELLA B

Definizzjonijiet ta’ attributi titolu b’titolu

Entrata

Deskrizzjoni

Kodiċi għall- identifikazzjoni tat-titolu

Kodiċi li jidentifika titolu b’mod uniku. Jista’ jkun il-kodiċi ISIN jew kodiċi ieħor għall-identifikazzjoni ta’ titolu, suġġett għall-istruzzjonijiet tal-BĊN.

Numru ta’ units jew ammont nominali aggregat

Numru ta’ units ta’ xi titolu, jew ammont nominali aggregat fil-każ li t-titolu huwa negozjat f’ammonti aktar milli f’units.

Prezz

Prezz għal kull unit ta’ titolu, jew perċentwali ta’ l-ammont nominali aggregat fil-każ li t-titolu huwa negozjat f’ammonti aktar milli f’units. Il-prezz huwa normalment il-prezz tas-suq jew huwa qrib tal-prezz tas-suq. Il-BĊNi jistgħu jitolbu wkoll l-imgħax akkumulat taħt din il-pożizzjoni.

Ammont totali

Ammont totali għal titolu. Fil-każ ta’ titoli li huma nnegozjati f’units, dan l-ammont huwa l-istess daqs in-numru ta’ titoli multiplikat bil-prezz għal kull unit. Meta t-titoli huma nnegozjati f’ammonti aktar milli f’units, dan l-ammont huwa l-istess daqs l-ammont nominali aggregat multiplikat bil-prezz imfisser bħala perċentwali.

L-ammont totali huwa, fil-prinċipju, daqs il-valur tas-suq jew huwa qrib tal-valur tas-suq. Il-BĊNi jistgħu jitolbu wkoll l-imgħax akkumulat taħt din il-pożizzjoni.

Tranżazzjonijiet

Is-somma tax-xiri imnaqqsa bil-bejgħ (titoli fuq in-naħa ta’ l-attiv) jew il-ħarġiet (issues) imnaqqsa billi tifdi (redemptions) (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta’ titolu rreġistrat bil-valuri tat-tranżazzjoni.

Titoli mixtrija (attiv) jew maħruġa (passiv)

Is-somma tax-xiri (titoli fuq in-naħa ta’ l-attiv) jew ħarġiet (issues) (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta’ titolu rreġistrat bil-valuri tat-tranżazzjoni.

Titoli mibjugħa (attiv) jew mifdija (passiv)

Is-somma tal-bejgħ (titoli fuq in-naħa ta’ l-attiv) jew billi tifdi (redemptions) (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta’ titolu rreġistrat bil-valuri tat-tranżazzjoni.

Valuta tar-reġistrazzjoni tat-titolu

Kodiċi ISO jew ekwivalenti tal-valuta użata biex tfisser il-prezz u/jew l-ammont dovut tat-titolu.

Parti 3

Definizzjonijiet ta’ setturi

L-ESA 95 tipprovdi l-istandard għall-klassifikazzjoni tas-settur. Il-kontropartijiet li jinsabu fit-territorju ta’ l-Istati Membri parteċipanti huma identifikati skond is-settur tagħhom skond il-lista tal-IFs u l-MFIs għall-finijiet ta’ statistika, u l-gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-kontropartijiet ipprovduta fil-Manwal tal-BĊE dwar is-settur ta’ l-istatistika monetarja, ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq, Gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-klijenti.

TABELLA Ċ

Definizzjonijiet ta’ setturi

Settur

Definizzjoni

1.

MFIs

Banek ċentrali nazzjonali residenti, istituzzjonijiet ta’ kreditu residenti kif iddefiniti fil-liġi tal-Komunita', u istituzzjonijiet finanzjarji residenti oħra li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew jagħlqu sostituti għal depożiti minn entitajiet ħlief MFIs, u, għalihom innifishom (ta’ -anqas f’termini ekonomiċi), li jagħtu krediti u/jew li jinvestu f’titoli (Regolament (KE) Nru 2423/2001 BĊE/2001/13).

2.

Gvern ġenerali

Units residenti li prinċipalment huma ngaġġati fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux tas-suq maħsuba għall-konsum individwali u dak kollettiv, u/jew fir-ridistribuzzjoni tad-dħul nazzjonali u l-ġid (l-ESA 95, il-paragrafi 2.68 sa 2.70).

3.

Intermedjarji finanzjarji oħra + awżillarji finanzjarji

Korporazzjonijiet u kważi-korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi ta’ pensjoni) prinċipalment ingaġġati f’intermedjazzjoni finanzjarja billi jeħlu passiv f’forom minbarra valuta, depożiti u/jew sostituti qrib ta’ depożiti, minn units istituzzjonali minbarra MFIs, jew riżervi tekniċi ta’ assigurazzjoni (l-ESA 95, il-paragrafi 2.53 sa 2.56). Inklużi wkoll huma l-awżillarji finanzjarji li jikkonsistu fil-korporazzjonijiet finanzjarji u kważi-korporazzjonijiet kollha li huma prinċipalment ingaġġati f’attivitajiet finanzjarji awżillarji (l-ESA 95, il-paragrafi 2.57 sa 2.59). IFs kif iddefiniti f’dan ir-Regolament huma inklużi hawnhekk.

4.

Korporazzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni u fondi ta’ pensjoni

Korporazzjonijiet u kważi-korporazzjonijiet finanzjarji prinċipalment ingaġġati f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-pooling tar-riskji (l-ESA 95, il-paragrafi 2.60 sa 2.67).

5.

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Korporazzjonijiet u kważi-korporazzjonijiet li mhumiex ingaġġati f’intermedjazzjoni finanzjarja imma prinċipalment fil-produzzjoni ta’ oġġetti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji (l-ESA 95, il-paragrafi 2.21 sa 2.31).

6.

Households u u istituzzjonijiet mhux profittabbli li jservu households

Individwi jew gruppi ta’ individwi bħala konsumaturi, u produtturi ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji esklussivament għall-konsum finali tagħhom, u bħala produtturi ta’ oġġetti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji u finanzjarji, bil-kundizzjoni li l-attivitajiet tagħhom mhumiex dawk ta’ kważi-korporazzjonijiet. Jinkludu istituzzjonijiet mhux profittabbli li jservu households u li prinċipalment huma ngaġġati fil-produzzjoni ta’ oġġetti mhux tas-suq u servizzi maħsuba għal gruppi partikolari ta’ households (l-ESA 95, il-paragrafi 2.75 sa 2.88).


(1)  Jiġifieri dawn it-tabelli mhumiex listi ta’ strumenti finanzjarji individwali.


ANNESS III

AĠĠUSTAMENTI ta’ RIVALUTAZZJONI JEW TRANŻAZZJONIJIET

1.

Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tirrapporta aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni jew tranżazzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ li l-popolazzjoni attwali li tirrapporta, tirrapporta aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni, dawn ikopru jew rivalutazzjonijiet minħabba tibdil fil-prezz u fir-rata tal-kambju, jew tibdiliet biss fil-prezz fil-perijodu ta’ referenza, suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-BĊN relevanti. Fil-każ li l-aġġustament ta’ rivalutazzjoni jkopri biss rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz, il-BĊN relevanti jiġbor id-data meħtieġa, li għandha tkopri bħala minimu klassifikazzjoni tal-valuta f’liri sterlini, dollari Amerikani, jeni Ġappuniżi u franki Svizzeri, sabiex jiġu dedotti r-rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fir-rata tal-kambju.

2.

“Tranżazzjonijiet finanzjarji” jirreferu għal dawk it-tranżazzjonijiet li jqumu mill-ħolqien, il-likwidazzjoni jew it-tibdil fil-proprjetà ta’ attiv jew passiv finanzjarju. Dawn it-tranżazzjonijiet jitkejlu f’termini tad-differenza bejn il-pożizzjonijiet ta’ l-istock f’dati ta’ rappurtar ta’ tmiem il-perijodu, li minnha jitneħħa l-effett tat-tibdiliet minħabba influwenzi mill-“aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni” (ikkawżati minn tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju) u mir-“riklassifikazzjonijiet u aġġustamenti oħra”. Il-BĊE jeħtieġ informazzjoni statistika għall-iskop li jikkumpila tranżazzjonijiet fil-forma ta’ aġġustamenti li jkopru “riklassifikazzjonijiet u aġġustamenti oħra” u “rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju”. Tranżazzjonijiet finanzjarji għandhom fil-prinċipju jikkonformaw ma’ l-ESA 95, imma jistgħu jiddevjaw minħabba prattiċi nazzjonali.

3.

“Rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju” jirreferu għal ċaqliq fil-valutazzjoni ta’ l-attiv u tal-passiv li jirriżulta jew minn tibdiliet fil-prezzijiet ta’ l-attiv jew il-passiv u/jew mir-rati tal-kambju li jaffettwaw il-valuri mfissra f’euro ta’ l-attiv u l-passiv iddenominat f’valuta barranija. L-aġġustament fir-rigward tar-rivalutazzjoni tal-prezz ta’ l-attiv/passiv jirreferi għal ċaqliq fil-valutazzjoni ta’ l-attiv/passiv li jirriżulta minħabba bidla fil-prezz liema skond l-attiv/passiv huma rregistrati jew innegozjati. Ir-rivalutazzjonijiet tal-prezz jinkludu t-tibdiliet li jseħħu tul iż-żmien fil-valur ta’ l-istocks ta’ tmiem il-perijodu minħabba tibdiliet fil-valur ta’ referenza liema skond huma rreġistrati, jiġifieri qligħ/telf ta’ holding. Movimenti fir-rati tal-kambju kontra l-euro li jseħħ bejn id-dati ta’ rappurtar ta’ tmiem il-perijodu jwasslu għal aktar bidliet fil-valur ta’ l-attiv/passiv f’valuta barranija meta mfissra f’euro. Billi dawn it-tibdiliet jirrappreżentaw qligħ/telf ta’ holding u mhumiex minħabba tranżazzjonijiet finanzjarji, dawn l-effetti għandhom jitneħħew mid-data tat-tranżazzjonijiet. Fil-prinċipju, “rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju” jinkludu wkoll tibdiliet fil-valutazzjoni li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet fl-attiv/passiv, jiġifieri qligħ/telf realizzat; madankollu, hemm prattiċi nazzjonali diverġenti f’dan ir-rigward.


ANNESS IV

STANDARDS MINIMI BIEX JIĠU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI LI TIRRAPPORTA

L-aġenti ta’ rappurtar għandhom jissodisfaw l-istandards minimi li ġejjin biex jissodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE.

1.   Standards minimi għat-trasmissjoni.

(a)

Ir-rappurtar lill-BĊNi għandu jkun fil-ħin u fl-iskadenzi stabbiliti mill-BĊN relevanti;

(b)

rapporti statistiċi għandhom jieħdu l-forma u format tagħhom mill-obbligi ta’ rappurtar tekniku stabbiliti mill-BĊNi;

(ċ)

il-persuna(i) ta’ kuntatt fl-aġent ta’ rappurtar għandha/hom tkun ikunu identifikati;

(d)

għandhom jiġu segwiti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trasmissjoni tad-data lill-BĊNi; u

(e)

fil-każ ta’ rappurtar titolu b’ titolu, l-aġenti ta’ rappurtar għandhom, jekk il-BĊN rilevanti jitlob hekk, jipprovdu aktar informazzjoni (e.ż. isem ta’ min joħrog (issuer), data tal-ħruġ) meħtieġa biex jidentifikaw titoli li jkollhom il-kodiċi tagħhom għall-identifikazzjoni tat-titoli jew żbaljati jew mhumiex disponibbli pubblikament.

2.   Standards minimi għall-preċiżjoni

(a)

L-informazzjoni statistika għandha tkun korretta:

ir-restrizzjonijiet lineari kollha għandhom jiġu sodisfatti (e.ż. l-attiv u l-passiv għandhom jibbilanċjaw, is-subtotali għandhom jingħaddu mat-totali); u

Id-data għandha tkun konsistenti tul il-frekwenzi kollha;

(b)

l-aġenti tar-rappurtar għandhom ikunu kapaċi jipprovdu l-informazzjoni dwar l-iżviluppi implikati mid-data mogħtija;

(ċ)

l-informazzjoni statistika għandha tkun kompluta: lakuni eżistenti għandhom ikunu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊNi u, fejn japplika, jimtlew kemm jista’ jkun malajr;

(d)

l-informazzjoni statistika m’għandhiex tinkludi gaps kontinwi u strutturali;

(e)

l-aġenti ta’ rappurtar għandhom isegwu d-dimensjonijiet u d-deċimali stabbiliti mill-BĊNi għat-trasmissjoni teknika tad-data; u

(f)

l-aġenti ta’ rappurtar għandhom isegwu l-politika ta’ tqarrib stabbilita mill-BĊNi għat-trasmissjoni teknika tad-data.

3.   Standards minimi għal konformità kunċettwali

(a)

L-informazzjoni statistika għandha tikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li jinsabu fir-Regolament;

(b)

Fil-każ ta’ devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet, fejn japplika l-aġenti ta’ rappurtar għandhom jissorveljaw fuq bażi regolari u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-miżura użata u l-miżura li tinsab f’dan ir-Regolament; u

(ċ)

L-aġenti ta’ rappurtar għandhom ikunu kapaċi jispjegaw breaks fid-data mogħtija mqabbla mal-figuri tal-perijodi ta’ qabel.

4.   Standards minimi għar-reviżjonijiet

Għandhom jiġu segwiti l-politika u l-proċeduri tar-reviżjonijiet stabbiliti mill-BĊE u l-BĊNi. Ir-reviżjonijiet li jiddevjaw minn reviżjonijiet regolari għandhom ikunu akkompanjati b’noti spjegattivi.


Fuq