EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32004D0005(01)

2004/502/: 2004/502/KE:
Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew tat-22 ta’ April, 2004 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2004/5)

ĠU L 205, 9.6.2004, p. 5–6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2006; Imħassar b' 32006D0021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/502/oj

9.6.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

L 205/5


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta’ April, 2004

dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2004/5)

(2004/502/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikoli 29.4 u 49.3,

Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skond ir-raba' subinċiż ta' l-Artikolu 47.2 ta' l-Istatut,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta’ Diċembru, 2003, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), stabbiliet b’effett mill-1 ta' Jannar, 2004, il-proporzjonijiet assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) li kienu parti mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta' Jannar, 2004 fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa' l quddiem “il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali” u “l-iskema kapitali” rispettivament).

(2)

Minħabba s-sħubija tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Rpubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, u tal-fatt li l-BĊNi rispettivi tagħhom se jsiru parti mis-SEBĊ fl-1 ta' Mejju, 2004, il-kapital sottoskritt tal-BĊE għandu jiżdied awtomatikament skond l-Artikolu 49.3 ta' l-iStatut. Din iż-żieda teħtieġ il-kalkulazzjoni tal-proporzjon fl-iskema kapitali ta' kull BĊNi li jkun parti mis-SEBĊ fl-1 ta' Mejju, 2004, b’analoġija ma' l-Artikolu 29.1 u b’konformita' ma' l-Artikolu 29.2 ta' l-iStatut. L-iskema kapitali estiża tal-BĊE u l-proporzjon ta' l-iskema kapitali ta' kull BĊN japplika b' effett mill-1 ta' Mejju, 2004.

(3)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal-15 ta' Lulju, 2003, dwar id-data statistika li għandha tintuża għall-aġġustament ta' l-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), il-Kummisjoni Ewropea pprovdiet lill-BĊE bid-data statistika li għandha tintuża fid-determinazzjoni ta’ l-iskema kapitali estiża.

(4)

Minħabba l-Artikolu 3.3 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew, u minħabba l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali għal din id-Deċiżjoni, il-Gvernaturi taċ-Česká národní banka, ta' l-Eesti Pank, tas-Central Bank of Cyprus, tal-Latvijas Banka, tal-Lietuvos bankas, tal-Magyar Nemzeti Bank, tal-Bank Ċentrali ta' Malta, tan-Narodowy Bank Polski, tal-Banka Slovenije u tan-Národná banka Slovenska kellhom l-opportunita' biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet dwar din id-Deċiżjoni qabel ma tiġi addottata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Aġġustament

Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi data statistika riveduta biex tintuża fl-aġġustament ta' l-iskema kapitali u l-figuri ma jlaħħqux għall-100 %, id-differenza għandha tkun kumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun anqas minn 100 %, billi jiżdied 0,0001 ta' punt peċentwali ma' l-iżgħar sehem (ishma) f’ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti, jew (ii) jekk it-total ikun iżjed minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta' punt peċentwali f’ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti.

Artikolu 2

Il-Proporzjonijiet fl-iskema kapitali

Il-proporzjonijiet assenjati lil kull BĊN fl-iskema kapitali deskritta fl-Artikolu 29 ta' l-Istatut, għandhom, b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004, ikunu kif ġej:

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

2,5502  %

Česká národní banka

1,4584  %

Danmarks Nationalbank

1,5663  %

Deutsche Bundesbank

21,1364  %

Eesti Pank

0,1784  %

Bank of Greece

1,8974  %

Banco de España

7,7758  %

Banque de France

14,8712  %

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

0,9219  %

Banca d’Italia

13,0516  %

Central Bank of Cyprus

0,1300  %

Latvijas Banka

0,2978  %

Lietuvos bankas

0,4425  %

Banque centrale du Luxembourg

0,1568  %

Magyar Nemzeti Bank

1,3884  %

Bank Ċentrali ta’ Malta

0,0647  %

De Nederlandsche Bank

3,9955  %

Oesterreichische Nationalbank

2,0800  %

Narodowy Bank Polski

5,1380  %

Banco de Portugal

1,7653  %

Banka Slovenije

0,3345  %

Národná banka Slovenska

0,7147  %

Suomen Pankki

1,2887  %

Sveriges Riksbank

2,4133  %

Bank of England

14,3822  %

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April, 2004.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2003/17 hija bil-preżenti rrevokata b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-22 ta’ April, 2004.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 9, 15.1.2004, p. 27.

(2)  ĠU L 181, 19.7.2003, p. 43.


Fuq