EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32004O0004

2004/501/KE:
Linja ta’ gwida tal-bank ċnetrali ewropew tal-21 ta’ April, 2004 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2001/3 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET) (BĊE/2004/4)

ĠU L 205, 9.6.2004, p. 1–3 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 15/03/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2004/501/oj

9.6.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

L 205/1


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊNETRALI EWROPEW

tal-21 ta’ April, 2004

li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2001/3 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET)

(BĊE/2004/4)

(2004/501/KE)

IL-KUSNILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita` Ewropea, partikolarment l-Artiklu 105(2),

Wara li kkunsidra l-iStatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artiklu 3.1, l-Artiklu 12.1, l-Artiklu 14.3 u l-Artikli 17, 18 u 22,

Billi:

(1)

Ir-raba' subinċiż ta' l-Artiklu 105(2) tat-Trattat u r-raba' subinċiż ta' l-Artiklu 3.1 ta' l-iStatut jagħti s-setgħa lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) biex jippromwovu l-operat bla xkiel tas-sistemi ta' ħlas.

(2)

Skond l-Artiklu 22 ta' l-iStatut, il-BĊE u l-BĊNi jistgħu jipprovdu faċilitajiet biex jassiguraw sistemi effiċjenti u sodi ta' ikklerjar u ħlas ġewwa l-Komunita 'u ma' pajjiżi oħra.

(3)

Jinħtieġ li l-Linja ta' Gwida BĊE/2001/3 tas-of 26 ta' April, 2001 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET) (1) tiġi emendata biex tirrifletti dawn li ġejjin: l-ewwel, id-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv ta' l-24 ta' Ottubru, 2002, li l-BĊNi ta' l-għaxar pajjiżi li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju, 2004, għandhom ikollhom id-dritt biex jikkonnnettjaw mat-TARGET mingħajr ma jkunu obbligati biex jagħmlu dan; it-tieni, il-bidliet dwar it-tariffi pagabbli dwar l-iSkema ta' Kumpens tat-TARGET.

(4)

Skond l-Artiklu 12.1 u l-Artiklu 14.3 ta' l-iStatut, il-linji ta' gwida tal-BĊE jagħmlu parti integrali mil-liġi tal-Komunita'.

ADDOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ta’ emenda

Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2001/3 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artiklu 2 huwa emendat kif ġej:

L-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 hija sostituta b’dan li ġej:

“Is-sistema RTGS ta' l-Istati Membri li m' addottawx l-ewro jistgħu jikkonnettjaw mat-TARGET sakemm is-sistemi RTGS jikkonformaw mal-karatteristiċi komuni minimi stabbilti fl-Artiklu 3 u huma kapaċi biex jipproċessaw l-ewro bħala valuta barranija flimkien mal-valuta nazzjonali rispettiva tagħhom.’

(2)

B'effett mill-1 ta' Awwissu, 2004, l-Artiklu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa sostitut b’li ġej:

‘2.   Kundizzjonijiet għal kumpens

(a)

Fir-rigward ta' dak il-parteċipant fit-TARGET li jkun qed jibgħat, klejm għal tariffa amministrattiva u kumpens ta' imgħax għandha tiġi kkunsidrata jekk minħabba xi difett:

(i)

l-ipproċessar fl-istess ġurnata ta' xi ordni ta' ħlas ma tlestiex;

jew

(ii)

dan il-parteċipant fit-TARGET jista' juri li kellu l-intenzjoni biex idaħħal ordni ta' ħlas fit-TARGET imma ma setgħax jagħmel dan minħabba stop-sending status ta' xi sistema nazzjonali RTGS.

(b)

Fir-rigward ta' dak il-parteċipant fit-TARGET li jkun qed jirċievi, klejm għal tariffa amministrattiva għandha tiġi kkunsidrata jekk minħabba xi difett dak il-parteċipant fit-TARGET ma rċeviex xi ħlas tat-TARGET li kien qed jistenna li jirċievi fil-jum tad-difett. F’dan il-każ, klejm għal kumpens ta' imgħax għandha tiġi kkunsidrata wkoll jekk:

(i)

dan il-parteċipant fit-TARGET kellu rikors għall-faċilita' ta' self marġinali jew, jekk xi parteċipant fit-TARGET ma jkollux aċċess għall-faċilita' ta' self marġinali, dan il-parteċipant fit-TARGET spiċċa b' bilanċ ta' dejn, jew kellu xi spill-over mill-intraday credit fl-overnight credit fil-kont RTGS tiegħu fl-egħluq tan-negozju tat-TARGET, jew kellu jissellef ammonti mill-BĊN rispettiv;

u

(ii)

jew il-BĊN tas-sistema nazzjonali RTGS fejn id-difett ikun sar (“il-BĊN difettuż”) kien il-BĊNi li kien qed jirċievi, jew id-difett seħħ tant tard fil-jum ta' operazzjoni tat-TARGET li kien teknikament impossibbli jew imprattiku għal dak il-parteċipant fit-TARGET li jkun qed jirċievi biex ikollu rikors għas-suq tal-flus.’

(b)

Il-paragrafu 3.1 (b) huwa sostitut b’li ġej:

‘(b)

It-tariffa amministrattiva għandha tkun ta' EUR 50 għall-ewwel ordni ta' ħlas mhux kompluta fid-data ta' l-ipproċessar, u, fil-każ ta' aġġustamenti multipli, ta' EUR 25għal kull waħda minn dawn l-erba' ordnijiet ta' ħlas li jkunu jmissu, u EUR 12,50 għal kull ordni ta' ħlas oħra bħal dawn. It-tariffa amministrattiva għandha tiġi ddeterminata b’referenza għal kull parteċipant fit-TARGET li jirċievi.”

(c)

Il-paragrafu 3.2 huwa sostitut b’li ġej:

“3.2   Kumpens ta’ parteċipanti fit-TARGET li jirċievu

(a)

L-offerta ta' kumpens skond l-iSkema ta' Kumpens tat-TARGET għandha tikkonsisti biss f’tariffa amministrattiva jew tariffa amministrattiva u kumpens ta' imgħax.

(b)

l-ammont tat-tariffa amministrattiva għandu jkun iddeterminat skond il-paragrafu 3.1(b) u t-tariffa amministrattiva għandha tiġi ddeterminata b’referenza għal kull parteċipant fit-TARGET li jibgħat.

(ċ)

Il-metodu tal-kalkulazzjoni għall-kumpens ta' imgħax kif imsemmi fil-paragrafu 3.1(ċ) hawn fuq għandu japplika, ħlief li l-kumpens ta' imgħax għandu jiġi bbażat fuq id- differenza bejn ir-rata ta' self marġinali u r-rata ta' referenza, u għandu jiġi kkalkulat fuq l-ammont ta' rikors għall-faċilita' ta' self marġinali bħala riżultat tad-difett.

(d)

Fir-rigward ta' parteċipanti fit-TARGET li jirċievu tas-(i) sistemi nazzjonali RTGS ta' l-iStati Membri parteċipanti li mhumiex kontropartijiet għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja ta' l-Ewrosistema, u (ii) sistemi nazzjonali RTGS ta' l-iStati Membri mhux parteċipanti, sal-miżura li xi bilanċ ta' debitu jew xi spill-over mill-intraday credit fl-overnight credit jew il-ħtieġa biex jinsilfu ammonti mill-BĊN rispettiv tista' tiġi attribwita għad-difett, li parti tar-rata tal-penali applikabbli (kif stipulata bir-regoli applikabbli ta' RTGS f’dawn il-każijiet) li hija ogħla mir-rata ta' self marġinali, għandha tiġi maħfura (u injorata f’każijiet futuri ta'spill-over) u għal parteċipanti fit-TARGET tas-sistemi nazzjonali RTGS imsemmija (ii) hawn fuq, għandha tiġi injorata għall-iskop ta' l-aċċess għall-intraday credit u/jew parteċipazzjoni kontinwata fis-sistema nazzjonali RTGS interessata.’

(3)

L-Anness I huwa sostitut bit-test fl-Anness ma' din il-Linja ta' Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju, 2004.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-21 ta’ April, 2004.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 140, 24.5.2001, p. 72. Il-Linja ta' Gwida kif l-aħħar emendata bil-Linja ta' Gwida BĊE/2003/6 (ĠU L 113, 7.5.2003, p. 10).


ANNESS

SISTEMI NAZZJONALI RTGS

Stat Membru

Isem tas-sistema

Aġent regolatur

Post

Il-Belġju

Electronic Large-value Interbank Payment System (ELLIPS)

Banque Nationale de Belgique/Nationale Bank van België

Brussell

Il-Ġermanja

RTGSplus

Deutsche Bundesbank

Frankfurt

Il-Greċja

Hellenic Real-time Money Transfer Express System (HERMES)

Bank of Greece

Ateni

Spanja

Servicios de Liquidación del Banco de España (SLBE)

Banco de España

Madrid

Franza

Transferts Banque de France (TBF)

Banque de France

Pariġi

L-Irlanda

Irish Real-time Interbank Settlement System (IRIS)

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

Dublin

L-Italja

Sistema di regolamento lordo (BIREL)

Banca d’Italia

Ruma

Il-Lussemburgu

Luxembourg Interbank Payment Systems (LIPS-Gross)

Banque centrale du Luxembourg

Il-Lussemburgu

Il-Pajjiżi l-Baxxi

TOP

De Nederlandsche Bank

Amsterdam

L-Awstrija

Austrian Real-time Interbank Settlement System (ARTIS)

Oesterreichische Nationalbank

Vjenna

Il-Portugall

Sistema de Pagamentos de Grandes Transacções (SPGT)

Banco de Portugal

Lisbona

Il-Finlandja

Bank of Finland (BoF-RTGS)

Suomen Pankki

Ħelsinki


Fuq