EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32013D0018(01)

2013/360/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 21 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (BĊE/2013/18)

ĠU L 187, 6.7.2013, p. 17–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2013; Imħassar b' 32013D0029(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/360/oj

6.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/17


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-21 ta’ Ġunju 2013

li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas

(BĊE/2013/18)

(2013/360/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 28.5 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/17 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-aġġustament tal-ippeżar assenjat lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn hawn ‘il quddiem l-‘ippeżar fl-iskema tal-kapital’ u l-‘iskema tal-kapital’ rispettivament) minħabba d-dħul tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea u li l-bank ċentrali nazzjonali tagħha (BĊN), Hrvatska narodna banka, jingħaqad fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta’ Lulju 2013. Dan l-aġġustament jeħtieġ illi l-Kunsill Governattiv jiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital bejnil-BĊNi li huma membri tas-SEBĊ fit-30 ta’ Ġunju 2013 sabiex jiġi żgurat illi t-tqassim ta’ dawn l-ishma jikkorrispondi għall-aġġustamenti magħmula. Bl-istess mod, hija meħtieġa l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2008/25 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (2) b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013.

(2)

Hrvatska narodna banka mhijiex ser tingħaqad mas-SEBĊ sal-1 ta’ Lulju 2013, li jfisser illi t-trasferiment ta’ kapital bis-saħħa tal-Artikolu 28.5 tal-Istatut tas-SEBĊ ma japplikax għaliha f’din l-okkażjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/19 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (3) tiddetermina kif u sa liema punt il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “BĊNi taż-żona tal-euro”) huma taħt obbligu biex iħallsu l-kapital tal-BĊE minħabba l-iskema tal-kapital estiża. Id-Deċiżjoni BĊE/2013/20 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (4) tiddetermina l-persentaġġ illi l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (minn hawn ‘il quddiem ‘BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro’) huma taħt obbligu illi jħallsu b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013 minħabba l-iskema tal-kapital estiża.

(4)

Il-BĊNi taż-żona tal-euro diġà ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif mitlub skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/27 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas taż-żieda fil-kapital tal-BĊE mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (5). Minħabba dan, l-Artikolu 2(1) ta’ Deċiżjoni BĊE/2013/19 jistipula illi l-BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jew jittrasferixxu ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievu ammont lura mingħand il-BĊE, skont il-każ, sabiex jaslu għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/19. Id-Deċiżjoni BĊE/2010/27 tissupplimenta d-Deċiżjoni BĊE/2008/24 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (6).

(5)

Bl-istess mod, il-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro, bl-eċċezzjoni ta’ Hrvatska narodna banka, diġà ħallsu persentaġġ tal-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif mitlub fid-Deċiżjoni BĊE/2010/28 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas taż-żieda fil-kapital tal-BĊE mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (7). Minħabba dan, l-Artikolu 2(1) ta’ Deċiżjoni BĊE/2013/20 jistipula illi kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mingħand il-BĊE, skont il-każ, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/20. L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/20 jistipula illi Hrvatska narodna banka għandu jittrasferixxi lill-BĊE l-ammont muri ħdejn ismu fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Artikolu 1 tal-istess Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Trasferiment tal-ishma fil-kapital

Meta wieħed iqis is-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN, bl-eċċezzjoni ta’ Hrvatska narodna banka, se jkun issottoskriva fit-30 ta’ Ġunju 2013, u s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN se jissottoskrivi b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013 bħala konsegwenza tal-aġġustament tal-ippeżar fl-iskema tal-kapital stipulat fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/17, dawn il-BĊNi għandhom jittrasferixxu l-ishma tal-kapital bejniethom permezz ta’ trasferimenti mingħand u lill-BĊE biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tal-ishma fil-kapital b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013 tikkorrispondi mal-ippeżar aġġustat. Għal dan il-għan, bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu u mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar formalità jew att, kull BĊN għandu jitqies bħala li ttrasferixxa jew irċieva, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013, is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal sehem fil-kapital li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN u “-” għal sehem fil-kapital li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

Meta wieħed iqis l-ammont tal-kapital tal-BĊE li tħallas minn kull BĊN u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN għandu jħallas b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013 bis-saħħa tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/19 għall-BĊNi fiż-żona tal-euro u tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/20 għall-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro rispettivament, fl-1 ta’ Lulju 2013 kull BĊN għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-ammont nett muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u s-sinjal “-” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil dak il-BĊN.

Artikolu 3

Disposizzjonijiet ġenerali

1.   It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom iseħħu permezz tat-TARGET2.

2.   Meta BĊN ma jkollux aċċess għat-TARGET2, l-ammonti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom jiġu ttrasferiti billi jiġi kkreditat kont li l-BĊE jew BĊN jidentifika fi żmien adegwat.

3.   F’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas fl-1 ta’ Lulju 2013, l-imgħax dovut mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-jum tal-ħlas għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum, billi jintuża l-metodu ta’ kalk ulazzjoni attwali fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għall-aħħar rata ta’ imgħax marġinali disponibbli wżata mill-Eurosistema fis-sejħiet għal offerti tagħha għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jakkumula l-imgħax. Il-ħlas tal-ammonti deskritti fl-Artikolu 2 u l-ħlasijiet tal-imgħax għandhom isiru f’żewġ tranżazzjonijiet separati.

4.   Il-BĊE u l-BĊNi li huma taħt obbligu li jagħmlu trasferiment skont l-Artikolu 2 għandhom, maż-żmien, jagħtu l-istruzzjonijiet neċessarji għat-twettiq ta’ dan it-trasferiment fil-ħin u kif għandu jkun.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u tħassir

1.   Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2008/25 hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013.

3.   Ir-referenzi għal Deċiżjoni BĊE/2008/25 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta’ Ġunju 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Ara paġna 15 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 71.

(3)  Ara paġna 23 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  Ara paġna 25 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 11, 15.1.2011, p. 54.

(6)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 69.

(7)  ĠU L 11, 15.1.2011, p. 56.


ANNESS I

KAPITAL SOTTOSKRITT TAL-BĊNI

(EUR)

 

Sehem sottoskritt fit-30 ta’ Ġunju 2013

Sehem sottoskritt mill-1 ta’ Lulju 2013

Sehem li jrid jiġi ttrasferit

BĊN taż-żona tal-euro

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

261 010 384,68

261 705 370,91

694 986,23

Deutsche Bundesbank

2 037 777 027,43

2 030 803 801,28

–6 973 226,15

Eesti Pank

19 261 567,80

19 268 512,58

6 944,78

Central Bank of Ireland

119 518 566,24

120 276 653,55

758 087,31

Bank of Greece

211 436 059,06

210 903 612,74

– 532 446,32

Banco de España

893 564 575,51

893 420 308,48

– 144 267,03

Banque de France

1 530 293 899,48

1 530 028 149,23

– 265 750,25

Banca d’Italia

1 344 715 688,14

1 348 471 130,66

3 755 442,52

Central Bank of Cyprus

14 731 333,14

14 429 734,42

– 301 598,72

Banque centrale du Lussemburgu

18 798 859,75

18 824 687,29

25 827,54

Bank Ċentrali ta’ Malta

6 800 732,32

6 873 879,49

73 147,17

De Nederlandsche Bank

429 156 339,12

429 352 255,40

195 916,28

Oesterreichische Nationalbank

208 939 587,70

209 680 386,94

740 799,24

Banco de Portugal

188 354 459,65

190 909 824,68

2 555 365,03

Banka Slovenije

35 381 025,10

35 397 773,12

16 748,02

Národná banka Slovenska

74 614 363,76

74 486 873,65

– 127 490,11

Suomen Pankki

134 927 820,48

134 836 288,06

–91 532,42

BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

93 467 026,77

93 571 361,11

104 334,34

Česká národní banka

155 728 161,57

157 384 777,79

1 656 616,22

Danmarks Nationalbank

159 634 278,39

159 712 154,31

77 875,92

Hrvatska narodna banka

0,00

64 354 667,03

64 354 667,03

Latvijas Banka

30 527 970,87

29 682 169,38

– 845 801,49

Lietuvos bankas

45 797 336,63

44 306 753,94

–1 490 582,69

Magyar Nemzeti Bank

149 099 599,69

148 735 597,14

– 364 002,55

Narodowy Bank Polski

526 776 977,72

525 889 668,45

– 887 309,27

Banca Națională a României

265 196 278,46

264 660 597,84

– 535 680,62

Sveriges riksbank

242 997 052,56

244 775 059,86

1 778 007,30

Bank of England

1 562 145 430,59

1 562 265 020,29

119 589,70

Total (1)

10 760 652 402,58

10 825 007 069,61

64 354 667,03


(1)  Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.


ANNESS II

KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNi

(EUR)

 

Sehem imħallas fit- 30 ta’ Ġunju 2013

Sehem imħallas mill-1 ta’ Lulju 2013

Ammont ta’ ħlas ittrasferit

BĊN taż-żona tal-euro

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

261 010 384,68

261 705 370,91

694 986,23

Deutsche Bundesbank

2 037 777 027,43

2 030 803 801,28

–6 973 226,15

Eesti Pank

19 261 567,80

19 268 512,58

6 944,78

Central Bank of Ireland

119 518 566,24

120 276 653,55

758 087,31

Bank of Greece

211 436 059,06

210 903 612,74

– 532 446,32

Banco de España

893 564 575,51

893 420 308,48

– 144 267,03

Banque de France

1 530 293 899,48

1 530 028 149,23

– 265 750,25

Banca d’Italia

1 344 715 688,14

1 348 471 130,66

3 755 442,52

Central Bank of Cyprus

14 731 333,14

14 429 734,42

– 301 598,72

Banque centrale du Lussemburgu

18 798 859,75

18 824 687,29

25 827,54

Central Bank of Malta/Bank Ċentrali ta’ Malta

6 800 732,32

6 873 879,49

73 147,17

De Nederlandsche Bank

429 156 339,12

429 352 255,40

195 916,28

Oesterreichische Nationalbank

208 939 587,70

209 680 386,94

740 799,24

Banco de Portugal

188 354 459,65

190 909 824,68

2 555 365,03

Banka Slovenije

35 381 025,10

35 397 773,12

16 748,02

Národná banka Slovenska

74 614 363,76

74 486 873,65

– 127 490,11

Suomen Pankki

134 927 820,48

134 836 288,06

–91 532,42

BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

3 505 013,50

3 508 926,04

3 912,54

Česká národní banka

5 839 806,06

5 901 929,17

62 123,11

Danmarks Nationalbank

5 986 285,44

5 989 205,79

2 920,35

Hrvatska narodna banka

0,00

2 413 300,01

2 413 300,01

Latvijas Banka

1 144 798,91

1 113 081,35

–31 717,56

Lietuvos bankas

1 717 400,12

1 661 503,27

–55 896,85

Magyar Nemzeti Bank

5 591 234,99

5 577 584,89

–13 650,10

Narodowy Bank Polski

19 754 136,66

19 720 862,57

–33 274,09

Banca Națională a României

9 944 860,44

9 924 772,42

–20 088,02

Sveriges riksbank

9 112 389,47

9 179 064,74

66 675,27

Bank of England

58 580 453,65

58 584 938,26

4 484,61

Total (1)

7 650 458 668,60

7 653 244 410,99

2 785 742,39


(1)  Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.


Fuq