EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32012D0012(01)
2012/386/EU: Decision of the European Central Bank of 3 July 2012 amending Decision ECB/2011/25 on additional temporary measures relating to Eurosystem refinancing operations and eligibility of collateral (ECB/2012/12)
2012/386/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2012/12)
2012/386/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2012/12)
ĠU L 186, 14.7.2012, p. 38–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 13/09/2012; Imħassar b' 32012D0017(01)
14.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186/38 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta’ Lulju 2012
li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral
(BĊE/2012/12)
(2012/386/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18.2 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-‘BĊNi’) jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq fuq kollateral adegwat. Il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma stabbiliti f’Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1). |
(2) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE iqis illi huwa meħtieġ li tiġi rieżaminata l-eċċezzjoni mill-projbizzjoni ta’ rabtiet mill-qrib stabbilita f’Taqsima 6.2.3.2. ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 fir-rigward ta’ bonds tal-banek tal-kontropartijiet iggarantiti mill-gvern li huma maħruġin u użati minnhom stess bħala kollateral minn kontropartijiet. |
(3) |
Kontropartijiet li jipparteċipaw f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema għandhom jitħallew iżidu l-livelli kurrenti tal-użu proprju ta’ bonds tal-banek iggarantiti mill-gvern suġġetti għall-approvazzjoni ex ante tal-Kunsill Governattiv f’cirkostanzi eċċezzjonali. |
(4) |
It-talbiet ippreżentati lill-Kunsill Governattiv għall-approvazzjoni ex ante jeħtieġu li jkunu akkumpanjati minn pjan ta’ finanzjament. |
(5) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2011/25 tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (2) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
L-Artikolu 4b li ġej huwa mdaħħal fid-Deċiżjoni BĊE/2011/25:
“Artikolu 4b
Aċċettazzjoni ta’ bonds tal-banek iggarantiti mill-gvern
1. Kontropartijiet illi joħorġu bonds tal-banek eliġibbli li huma ggarantiti minn entità tas-settur pubbliku taż-ŻEE bid-dritt li timponi taxxi ma jistgħux jippreżentaw dawn il-bonds jew bonds simili maħruġin minn entitajiet b’rabiet mill-qrib bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema f’ammont li jeċċedi l-valur nominali ta’ dawn il-bonds diġa ppreżentati bħala kollateral fil-jum li tidħol fis-seħħ din id-Deċiżjoni.
2. F’każijiet eċċezzjonali, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi dwar derogi mir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1. Talba għal deroga għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta’ finanzjament.”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta’ Lulju 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.
(2) ĠU L 341, 22.12.2011, p. 65.