EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32009D0013

2009/465/KE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (BĊE/2009/13)

ĠU L 151, 16.6.2009, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 014 P. 78 - 78

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 19/03/2023; Impliċitament imħassar minn 32022D0911

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/465/oj

16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/39


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-9 ta’ Ġunju 2009

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE

(BĊE/2009/13)

(2009/465/KE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.6 u l-Artikoli 17, 22 u 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (1).

(2)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE adotta l-Linja ta’ Gwida BĊE/2009/9 tas-7 ta’ Mejju 2009 li tmenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (2) fost l-oħrajn biex jingħata aċċess lit-TARGET2 minn istituzzjonijiet ta’ kreditu pubbliċi li, minħabba n-natura istituzzjonali speċifika tagħhom taħt id-dritt Komunitarju, huma suġġetti għal skrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(3)

Id-definizzjoni tat-terminu istituzzjoni ta’ kreditu fl-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 għandha tinbidel minħabba l-emendi riċenti magħmulin fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-definizzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu fl-Artikolu 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 tinbidel b’dan li ġej:

“—

‘credit institution’ means either: (a) a credit institution within the meaning of § 1(1) of the KWG; or (b) another credit institution within the meaning of Article 101(2) of the Treaty that is subject to scrutiny of a standard comparable to supervision by a competent authority.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għadha tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 9 ta’ Ġunju 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71.

(2)  ĠU L 123, 19.5.2009, p. 94.


Fuq