Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32009O0011

    Linja ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 28 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/4 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f'euro mill-Eurosistema għal banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro, u għal organizzazzjonijiet internazzjonali (BĊE/2009/11)

    ĠU L 139, 5.6.2009, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018O0014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2009/429/oj

    5.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 139/34


    LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tat-28 ta’ Mejju 2009

    li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/4 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f'euro mill-Eurosistema għal banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro, u għal organizzazzjonijiet internazzjonali

    (BĊE/2009/11)

    (2009/429/KE)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 14.3 u l-Artikolu 23 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    It-tibdil tas-sistema ta’ żewġ livelli bil-qafas wieħed għal garanzija eliġibbli komuni għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema jeħtieġ l-emenda tad-definizzjoni ta’ “riżervi” fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/4 tas-7 ta’ April 2006 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f’euro mill-Eurosistema għal banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro, u għal organizzazzjonijiet internazzjonali (1).

    (2)

    Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/4 għandha tiġi emendata wkoll biex tipprovdi għal servizz tal-ġestjoni ta’ riżerva tal-Eurosistema speċifika, jiġifieri l-introduzzjoni ta’ servizzi ta’ depożitu b’terminu fiss fuq bażi prinċipali,

    ADDOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:

    Artikolu 1

    Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/4 hija emendata kif ġej:

    1.

    Id-definizzjoni ta’ “riżervi” fl-Artikolu 1 hija sostitwita b’li ġej:

    “—

    ‘riżervi’ għandha tfisser l-assi eliġibbli f’denominazzjoni euro tal-klijent, jiġifieri flus kontanti u kull titolu finanzjarju li huma inklużi fil-qafas wieħed stabbilit fid-database tal-assi eliġibbli tal-Eurosistema, li fiha l-assi li huma eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema u li hija ppubblikata u aġġornata kuljum fil-websajt tal-BĊE, ħlief għal dawn kollha li ġejjin: (i) kemm it-titoli finanzjarji li jaqgħu taħt il-‘grupp ta’ ħruġ 3 (jiġifieri kumpanniji li jagħmlu l-ħruġ u oħrajn)’ kif ukoll, għall-kumplament tal-gruppi ta’ ħruġ, it-titoli finanzjarji li jaqgħu taħt il-‘kategorija ta’ likwidità V’ (titoli sostnuti mill-assi); (ii) assi miżmuma esklussivament sabiex jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ pensjonijiet u obbligi relatati tal-klijent fir-rigward ta’ persunal li kien u li għadu jaħdem miegħu (iii) kontijiet dedikati miftuħin ma’ membru tal-Eurosistema minn klijent għall-iskopijiet tal-ippjanar mill-ġdid ta’ dejn pubbliku fi ħdan il-qafas ta’ ftehim internazzjonali (iv) dawk il-kategoriji ta’ assi denominati f’euro kif jiġi deċiż mill-Kunsill Governattiv minn żmien għal żmien.”

    2.

    L-Artikolu 2(4)(b) huwa mibdul b’li ġej:

    “(b)

    servizzi ta’ depożitu għal perjodu fiss:

    fuq bażi ta’ aġenzija, jew

    fuq bażi prinċipali;”

    Artikolu 2

    1.   Din il-Linja ta’ Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li adottaw l-euro.

    2.   Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2009.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, 28 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

    Il-President tal-BĊE

    Jean-Claude TRICHET


    (1)  ĠU L 107, 20.4.2006, p. 54.


    Fuq