EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32013O0011

2013/212/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 19 ta’ April 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2013/11)

ĠU L 118, 30.4.2013, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 007 P. 273 - 273

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2013/212/oj

30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/43


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta’ April 2013

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro

(BĊE/2013/11)

(2013/212/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 12.1 u 14.3 u l-Artikolu 16(1) tiegħu;

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar ta’ karti tal-flus tal-euro (1)

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-esperjenza fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Linja Gwida BĊE/2003/5 tal-20 ta’ Marzu 2003 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (2) u għall-finijiet ta’ referenza konsistenti għal karti tal-flus tal-euro ġenwini li huma valuta legali, huwa xieraq illi jintuża biss it-terminu “mħassin”.

(2)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2003/5 għandha tiġi emendata f’dan is-sens,.

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 4 tal-Linja Gwida BCE/2003/5 huwa mibdul b’dan li gej:

“Artikolu 4

Bdil ta’ karti tal-flus tal-euro danneġġjati

1.   Il-BĊNi għandhom jimplimentaw id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 kif imiss. (*)

2.   Meta jkunu qed jimplimentaw id-Deċiżjoni ECB/2013/10, u bla ħsara għal xi restrizzjonijiet legali, il-BĊNi jistgħu jeqirdu xi karti tal-flus euro danneġġjati jew xi partijiet minnhom, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet legali sabiex dawn jiġu ppreżervati jew imrodda lura lill-applikant.

3.   Il-BĊNi għandhom jaħtru entità jew korp wieħed biex jieħu deċiżjonijiet dwar l-iskambju ta’ karti tal-flus tal-euro danneġġati għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(b) tad-Deċiżjoni ECB/2013/10, u għandhom jinformaw lill-BĊE f’dan is-sens.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Artikolu 3

Indirizzati

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ April 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Ara paġna 37 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 78, 25.3.2003, p. 20


Fuq