Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32012D0006(01)
2012/235/EU: Decision of the European Central Bank of 29 March 2012 on the establishment of the TARGET2-Securities Board and repealing Decision ECB/2009/6 (ECB/2012/6)
2012/235/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Marzu 2012 dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2009/6 (BĊE/2012/6)
2012/235/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Marzu 2012 dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2009/6 (BĊE/2012/6)
ĠU L 117, 1.5.2012, p. 13–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 06/02/2019; Imħassar b' 32019D0003(01)
1.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/13 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta’ Marzu 2012
dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2009/6
(BĊE/2012/6)
(2012/235/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikli 3.1, 12.1 u 12.3 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2010/2 tal-21 ta’ April 2010 dwar TARGET2-Securities (1),
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2009/6 tad-19 ta’ Marzu 2009 fuq it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities (2),
Billi:
(1) |
Fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta’ Lulju, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li jesplora, f’kooperazzjoni mad-depożitarji ċentrali tat-titoli (CSDs) u parteċipanti oħrajn fis-suq, il-possibbiltà li jitwaqqaf servizz ġdid tal-Eurosistema għas-saldu tat-titoli msejjaħ TARGET2-Securities (T2S). Bħala parti mill-kompiti tagħha skont l-Artikoli 17, 18 u 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), l-Eurosistema ser twaqqaf it-T2S bħala servizz ibbażat fuq pjattaforma waħda li tippermetti s-saldu pan-Ewropew bażiku, newtrali u mingħajr fruntieri ta’ flus kontanti u titoli, li ser jiġi offrut lil CSDs biex ikunu jistgħu jipprovdu lill-klijenti tagħhom b’servizzi ta’ saldu abbażi ta’ kunsinna mal-ħlas li jkunu armonizzati u mhux iddifferenzjati fi flus ta’ bank ċentrali fi ħdan ambjent tekniku integrat. |
(2) |
Fis-17 ta’ Lulju 2008, il-Kunsill Governattiv iddecieda li jniedi t-T2S u jipprovdi r-riżorsi meħtiega sakemm jitlesta. Abbażi ta’ offerta magħmula mid-Deutsche Bundesbank, il-Banco de España, il-Banque de France u l-Banca d’Italia (minn hawn ’il quddiem il-“4CB”), il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li t-T2S ser ikun żviluppat u mħaddem minn dawn il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi). |
(3) |
Il-Bord tal-Programm T2S twaqqaf bħal korp ta’ mmaniġġar effiċjenti biex jiżviluppa proposti għall-Kunsill Governattiv dwar kwistjonijiet strateġiċi ewlenin u jeżegwixxi kompiti ta’ natura purament teknika u biex jipprovdi organizzazzjoni effettiva u effiċjenti tat-T2S li tinvolvi partijiet interessati kemm interni kif ukoll esterni. |
(4) |
Taħt il-prinċipju taċ-deċentralizzazzjoni stipulat fl-Artikolu 12.1 tal-Istatut tal-SEBC, sa fejn huwa meqjus possibbli u xieraq, il-BCNi jwettqu operazzjonijiet li jiffurmaw parti mill-kompiti tal-Eurosistema. Għaldaqstant il-banek ċentrali tal-Eurosistema ser jafdaw lill-Bord T2S b’ċerti kompiti sabiex ikun kompletament operattiv u jaġixxi f’isem l-Eurosistema kollha. |
(5) |
Skont il-qafas tal-Governanza T2S il-Bord T2S ser jieħu post il-Bord tal-Programm T2S. |
(6) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2009/6 għandha tiġi revokata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Termini użati f’din id-Deċiżjoni għandhom ikollhom l-istess tifsira bħal fil-Linja Gwida BĊE/2010/2 u fil-Ftehim dwar il-Qafas tat-T2S approvat mill-Kunsill Governattiv fis-17 ta’ Novembru 2011.
Artikolu 2
Il-Bord T2S
1. Il-Bord T2S għandu jiġi stabbilit bħala korp ta’ mmaniġġar effiċjenti tal-Eurosistema bil-kompitu li jiżviluppa proposti għall-Kunsill Governattiv fuq kwistjonijiet strateġiċi ewlenin u jeżegwixxi kompiti assenjati lilu mill-Kunsill Governattiv.
2. Il-mandat tal-Bord T2S, inkluż l-għanijiet, ir-responsabbilitajiet, il-kompiti, il-komposizzjoni, il-proċeduri tal-ħidma u l-baġit tiegħu, għandhom ikunu kif stipulat f’Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
3. Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Bord T2S għandhom ikunu stipulati f’Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
4. Il-Kodiċi tal-Bord T2S għall-membri tal-Bord T2S għandu jkun stipulat f’Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.
5. Il-proċeduri u r-rekwiżiti għall-għażla, il-ħatra u s-sostituzzjoni tal-membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali għandhom ikunu stipulati f’Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni.
6. Il-Bord T2S għandu jibda l-ħidma f’Lulju 2012.
Artikolu 3
Revoka
Id-Deċiżjoni BĊE/2009/6 hija revokata.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Il-membri tal-Bord tal-Programm T2S għandhom ikomplu jwettqu r-responsabbiltajiet u l-kompiti tagħhom sakemm ikunu nħatru l-membri kollha tal-Bord T2S li jivvotaw.
Artikolu 5
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Marzu 2012.
Maghmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Marzu 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 118, 12.5.2010, p. 65.
(2) ĠU L 102, 22.4.2009, p. 12.
ANNESS I
IL-BORD T2S
MANDAT
INTRODUZZJONI
B’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, l-Eurosistema ser toffri servizzi T2S lil depożitarji ċentrali tat-titoli (CSDs) fl-Ewropa. L-għan ġenerali tat-T2S huwa li jiffaċilita l-integrazzjoni wara n-negozju billi jappoġġa s-saldu pan-Ewropew bażiku, mingħajr konfini u newtrali ta’ flus kontanti u titoli fi flus ta’ bank ċentrali sabiex is-CSDs ikunu jistgħu jipprovdu lill-klijenti tagħhom b’servizzi ta’ saldu armonizzati u mhux iddifferenzjati f’ambjent tekniku integrat b’kapaċitajiet transkonfinali.
RESPONSABBILTAJIET TAL-BORD T2S
Mingħajr preġudizzju għas-setgħa aħħarija tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jieħu d-deċiżjonijiet, il-Kunsill Governattiv inkariga lill-Bord T2S bit-twettiq ta’ kompiti definiti b’mod ċar fir-rigward tal-Programm T2S u l-provvista ta’ servizzi T2S. Jekk u meta jinqalgħu kwistjonijiet ġodda fir-rigward tat-T2S, il-Kunsill Governattiv jista’ jassenja lill-Bord T2S aktar kompiti definiti b’mod ċar li normalment ikunu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Governattiv. Fid-dawl tal-kompetenza aħħarija tal-Kunsill Governattiv fi kwistjonijiet T2S, kull wieħed mill-kompiti fdati lil u mwettqa mill-Bord T2S jista' xorta jitwettaq mill-Kunsill Governattiv. Il-Bord T2S huwa wkoll ibbażat fuq Protokoll T2S iffirmat mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-Bord T2S jaġixxi fl-ambitu tal-qafas legali tat-T2S (b’mod partikolari l-Ftehim Qafas, il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tal-Munita, il-Ftehim Level2 – Level3 adottat fl-20 ta’ April 2011 u l-Linja Gwida BĊE/2010/2.
Il-Bord T2S jiżgura illi l-Programm T2S jiġi implimentat:
(a) |
skont l-aspettattivi tas-suq, kif riflessi fid-Dokument dwar ir-Rekwiżiti tal-Utent (URD); |
(b) |
fi ħdan ir-reġim finanzjarju tat-T2S; |
(c) |
fil-qafas ta’ żmien deċiż mill-Kunsill Governattiv. |
Il-Bord T2S huwa skedat li jassumi r-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-Bord tal-Programm T2S minn Lulju 2012. Dan il-mandat huwa validu sat-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni għat-T2S, u wara dan huwa ser ikun revedut.
Wara l-implimentazzjoni tal-Programm T2S, il-Bord T2S jiżgura l-operat bla xkiel tas-sistema T2S skont id-dokumenti tekniċi u legali relevanti. Huwa jiffaċilita wkoll l-adattament kontinwu tas-Servizzi T2S skont il-ħtiġijiet futuri tas-suq.
KOMPITI
Il-Bord T2S ġie fdat bil-kompiti li ġejjin mill-Kunsill Governattiv:
1. |
Elaborazzjoni ta’ proposti għal deċiżjoni mill-Kunsill Governattiv dwar:
|
2. |
Ġestjoni/tmexxija tat-T2S u r-relazzjonijiet mal-4BĊ Il-Bord T2S.
|
3. |
Relazzjonijiet ma’ partijiet interessati esterni Il-Bord T2S
|
4. |
Ir-reġim finanzjarju tat-T2S Il-Bord T2S jimmaniġġa r-reġim finanzjarju T2S kif stipulat fil-Linja Gwida BĊE/2010/2. Sa mill-bidu tal-fażi operattiva, fuq bażi regolari il-Bord T2S jipprovdi lis-CSDs kontraenti u lill-BĊNi kontraenti li mhumiex fiż-żona tal-euro b'rapporti finanzjarji li jirrappreżentaw b’mod ġust il-kundizzjonijiet finanzjarji u tan-negozju, ir-riżultati tal-operat u l-istat tal-irkupru tal-ispejjeż fir-rigward tat-T2S. Il-Grupp ta’ Tmexxija tas-CSD, il-Grupp ta’ Tmexxija tal-Muniti li Mhumiex l-Euro, il-Grupp Konsultattiv tat-T2S, kumitati relevanti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali huma kkonsultati qabel ma jsiru proposti dwar ir-reġim finanzjarju li jirriżultaw f’bidliet għall-Ipprezzar tat-T2S lill-Kunsill Governattiv. Sa fejn huwa meħtieġ, il-BĊE jipprovdi appoġġ xieraq lill-Bord T2S. L-ispejjeż kollha skattati minn dan l-appoġġ huma rrimborżati lill-BĊE. Barra minn dan, il-Bord T2S:
|
KOMPOŻIZZJONI
Il-membri kollha tal-Bord T2S jinħatru mill-Kunsill Governattiv. Il-membri jirrapportaw kollettivament u esklussivament lill-korpi tal-BĊE li jieħdu d-deċiżjonijiet meta jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ membri tal-Bord T2S u jikkonformaw mal-prinċipji stipulati fil-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Bord T2S stipulat f’Anness III. F’din il-kapaċità, il-membri mill-banek ċentrali tal-Eurosistema u minn banek ċentrali li mhumiex fiż-żona tal-euro jistgħu jieħdu parir mingħand impjegati oħra tal-istituzzjoni minn fejn joriġinaw. Fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjoni li joriġinaw minnha, jew jintrabtu li jieħdu pożizzjoni speċifika matul id-deliberazzjoni u l-vot tal-Bord T2S.
Il-Bord T2S huwa magħmul minn:
(a) |
iċ-Chairperson, li huwa maniġer anzjan fil-BĊE; |
(b) |
disa’ membri minn BĊNi oħra tal-Eurosistema, inkluż wieħed minn kull wieħed minn dawn li ġejjin: id-Deutsche Bundesbank, il-Banco de España, il-Banque de France u l-Banca d'Italia; |
(c) |
membru wieħed minn bank ċentrali li mhuwiex fiż-żona euro li jkun iffirma l-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tal-Munita (jew żewġ membri bħal dawn jekk il-volum ta’ saldu f’muniti li mhumiex l-euro huwa ta’ mill-anqas 20 % tal-volum taż-żona tal-euro); |
(d) |
żewġ membri tal-bord li mhumiex minn bank ċentrali (mingħajr id-dritt tal-vot) li ma joriġinawx minn banek ċentrali b’esperjenza kbira bħala uffiċjali anzjani fl-industrija tas-saldu ta’ titoli u, possibbilment, b’esperjenza fil-ġestjoni ta’ proġetti, li m’għandhom ebda kunflitt ta’ interess; |
Iċ-Chairperson huwa appoġġat minn Deputat Chairperson li jinħatar mill-Kunsill Governattiv. Id-Deputat Chairperson huwa membru li jkun lest jieħu post iċ-Chairperson f’każ ta’ assenza. Jekk il-volum Kunsinna kontra Ħlas (DVP) li jsir saldu tiegħu f’muniti li mhumiex l-euro fit-T2S jirrappreżenta mill-anqas 40 % tal-volum DvP li jkun sar saldu tiegħu f’euro, banek ċentrali parteċipanti li mhumiex fiż-żona tal-euro jistgħu jipproponu d-Deputat Chairperson.
Il-mandat ta’ membru tal-Bord TS idum 24 xahar u jista’ jiġġedded.
Il-Kunsill Governattiv jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tal-Bord T2S fuq bażi ta’ proposta mill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. Għal kategoriji (a) sa (c), l-applikazzjonijiet huma ppreżentati mill-Gvernatur/President tal-Bank Ċentrali rispettiv. Il-Bord Eżekuttiv jagħti preferenza lil kandidati li jirrapportaw direttament lill-ogħla korp ta’ governanza fil-bank ċentrali tagħhom. Fil-proposta tiegħu l-Bord Eżekuttiv jiżgura li jinżamm bilanċ xieraq bejn il-membri b’esperjenza fl-IT, bl-esperjenza fil-ġestjoni ta’ proġetti, u l-esperjenza fin-negozju tas-saldu ta’ titoli (jew bħala fornitur ta’ servizzi jew bħala utent ta’ dawk is-servizzi).
PROĊEDURI OPERATTIVI
1. Teħid ta’ deċizjonijiet
Jekk possibbli, il-Bord T2S jiddeċiedi b’konsensus. Madankollu, jekk il-konsensus ma jistax jintlaħaq f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, iċ-Chairperson jista’ jiddeċiedi li jsejjaħ vot ibbażat fuq proċedura ta’ votazzjoni b’maġġoranza sempliċi.
Ir-regoli li gejjin japplikaw:
(a) |
fil-prinċipju, għandu jkun hemm kworum ta’ mill-anqas seba’ membri biex il-Bord T2S jiddelibera b’mod validu: |
(b) |
il-membri tal-Bord T2S mill-kategoriji fuq imsemmija (a) sa (c) biss għandhom dritt għal vot; |
(c) |
f’każ ta’ assenza, membru li jivvota jista’ jiddelega l-vot tiegħu lil membru ieħor; ebda membru ma jista’ jwettaq aktar minn żewġ votazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni; |
(d) |
f’każ ta’ numru ugwali ta’ voti, iċ-Chairperson għandu vot deċisiv; |
(e) |
membri tal-Bord T2S ma jipparteċipawx fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u ma jivvutawx meta jkunu f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess; |
(f) |
il-membri jikkonformaw mal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Bord T2S. |
2. Volum ta’ xogħol u appoġġ
Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ta’ governanza tajba stipulati f’Artikolu 8 tal-Linja Gwida BĊE/2012/2:
(a) |
il-President jaħdem full time fuq il-kwistjonijiet T2S; il-membri l-oħra huma mistennija li jaħdmu fuq bażi ta’ 30%; |
(b) |
il-Bord T2S huwa appoġġat minn Uffiċċju tal-Programm T2S fil-BĊE; |
(c) |
il-Bord T2S jirċievi input mingħand kontrollur tal-programm; |
(d) |
il-Bord T2S huwa appoġġat minn Kumitat Tekniku li jfittex il-konsensus fuq kwistjonijiet tekniċi; jekk il-konsensus ma jistax jintlaħaq, il-kwistjonijiet jinġiebu lill-Bord T2S; |
(e) |
il-Bord T2S jista’ joħloq kumitati oħra. |
3. Rapportar u rappreżentazzjoni
Il-Bord T2S jirrapporta direttament lill-korpi tal-BĊE li jieħdu d-deċiżjonijiet, fuq bażi regolari u strutturata. F’dan ir-rigward, huwa jħejji r-rapporti għall-korpi tal-BĊE li jieħdu d-deċiżjonijiet kif meħtieġ. Dawn ir-rapporti jintbagħtu wkoll lill-Kumitat tat-Tmexxija tal-IT tal-Eurosistema (EISC), li jista’ jagħti parir lill-korpi tal-BĊE li jieħdu d-deċiżjonijiet. Il-Kumitat tas-Sistemi tal-Ħlas u Saldu (PSSC) jirċievi r-rapporti għal finijiet ta’ informazzjoni.
Iċ-Chairperson imexxi l-Grupp Konsultattiv tat-T2S u jirrappreżenta l-Bord T2S esternament, sakemm il-Bord T2S ma jiddeċidix mod ieħor.
4. Regoli tal-Proċedura
Id-dettalji tal-proċeduri tal-ħidma għandhom ikunu indirizzati fir-Regoli tal-Proċedura tal-Bord T2S stipulati f'Anness II.
ANNESS II
IL-BORD T2S
REGOLI TAL-PROĊEDURA
KAPITOLU I
IL-BORD T2S
Artikolu 1
Il-membri
1. Il-membri tal-Bord T2S (minn hawn ’il quddiem il-“membri”) jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom u fl-aħjar interess tal-Programm T2S, skont il-Prinċipji Ġenerali tat-T2S. Il-membri jieħdu l-pożizzjonijiet kompletament indipendenti tagħhom matul il-laqgħat tal-Bord T2S.
2. Il-membri minn bank ċentrali jridu jingħataw ħin biżżejjed mill-banek ċentrali tagħhom, u l-membri tal-bord li mhumiex minn bank ċentrali għandhom jiżguraw illi għandhom ħin biżżejjed, sabiex ikunu involuti b’mod attiv fil-ħidma tal-Bord T2S (fil-prinċipju 30 % tal-ħin tax-xogħol tagħhom għall-membri kollha minbarra l-President).
3. Il-membri m’għandhomx ikunu involuti direttament fis-sorveljanza tat-T2S jew ta’ depożitarji ċentrali tat-titoli li jesternalizzaw l-operazzjonijiet ta’ saldu lit-T2S. Il-membri ma jistgħux ikunu parti minn kumitat tal-Eurosistema/tas-SEBĊ li jkollu kwalunkwe mill-fuq imsemmija responsabbiltajiet ta’ sorveljanza. Il-membri m’għandhomx ikunu parti mill-Kumitat tat-Tmexxija IT tal-Eurosistema (EISC) jew tal-Kumitat tal-Awdituri Interni (IAC). Huma m'għandhomx ikunu involuti f'attivitajiet ta' Livell 3 fuq bażi ta’ kuljum.
4. Il-membri għandhom jikkonformaw mal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Bord T2S (minn hawn ’il quddiem il-“Kodiċi”), stipulat f’Anness III.
Artikolu 2
Iċ-Chairperson u d-Deputat Chairperson
1. Iċ-Chairperson huwa membru full time tal-Bord T2S.
2. Iċ-Chairperson, b’kooperazzjoni mal-membri l-oħra, jiżgura l-funzjonament tal-Bord T2S, it-twettiq tal-mandat tal-Bord T2S, il-konformità mar-regoli tal-proċedura, u t-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod effiċjenti. B’mod partikolari, iċ-Chairperson:
(a) |
jipproponi l-aġendi tal-laqgħat tal-Bord T2S u jippresedihom; |
(b) |
jipproponi l-iskeda annwali tal-laqgħat; |
(c) |
jittratta d-deċiżjonijiet amministrattivi kollha li jikkonċernaw l-Uffiċċju tal-Programm T2S. |
3. Iċ-Chairperson huwa appoġġat minn Deputat Chairperson li jieħu post iċ-Chairperson f’każ ta’ assenza. Iċ-Chairperson għandu jinnotifika lid-Deputat Chairperson b’din l-assenza mill-aktar fis possibbli.
Artikolu 3
Is-Segretarjat
1. Iċ-Chairperson għandu jaħtar membru mill-istaff tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) b’esperjenza kbira bħala Segretarju tal-Bord T2S. Iċ-Chairperson jista’ jaħtar ukoll Segretarju alternattiv.
2. Is-Segretarju għandu jassisti liċ-Chairperson u jaħdem taħt it-tmexxija tiegħu/tagħha. Is-Segretarju jiġġestixxi l-fluss ta’ informazzjoni, b’mod f’waqtu: (a) bejn il-membri; u (b) bejn il-Bord T2S u partijiet interessati oħra, inkluż b’mod partikolari kumitati oħra tal-Eurosistema jew tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.
KAPITOLU II
LAQGĦAT TAL-BORD T2S
Artikolu 4
Data u Post tal-laqgħat tal-Bord T2S
1. Il-Bord T2S jiddeċiedi dwar id-dati tal-laqgħat tiegħu fuq proposta tal-President. Il-Bord T2S għandu jiltaqa’ regolarment abbażi ta’ skeda li huwa jħejji fi żmien biżżejjed qabel il-bidu ta’ kull sena. Il-frekwenza tal-laqgħat hija determinata mill-ħtiġijiet tal-Pjan tal-Programm T2S.
2. Iċ-Chairperson jista' jsejjaħ laqgħat straordinarji tal-Bord T2S kull meta jidhirlu li jkun meħtieġ. Iċ-Chairperson għandu jsejjaħ laqgħa straordinarja jekk talba għal laqgħa bħal din tiġi ppreżentata minn tal-anqas tliet membri.
3. Il-laqgħat tal-Bord T2S ġeneralment jinżammu fil-bini tal-BĊE.
4. Il-laqgħat jistgħu jsiru wkoll permezz ta’ telekonferenza, sakemm ma joġġezzjonawx tliet membri jew aktar.
Artikolu 5
Parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Bord T2S
1. Skont il-prinċipji ta' governanza tajba, il-membri għandhom jipparteċipaw regolarment fil-laqgħat tal-Bord T2S. Il-parteċipazzjoni hija strettament fuq bażi personali; il-membri ma jistgħux jinbidlu.
2. L-attendenza fil-laqgħat tal-Bord T2S hija limitata għal membri u persuni oħra mistednin miċ-Chairperson.
Artikolu 6
Tmexxija tal-laqgħat tal-Bord T2S
1. Il-lingwa li jaħdem biha l-Bord T2S hija l-Ingliż.
2. Il-Bord T2S jaddotta aġenda ghal kull laqgħa. Bħala regola, is-Segretarju jħejji aġenda provviżorja, taħt ir-responsabbiltà taċ-Chairperson, u jibgħatha lill-membri tal-anqas ħamest ijiem qabel laqgħa. Il-Bord T2S jista' jiddeċiedi li jneħħi punti minn, jew li jżid punti ma’, l-aġenda provviżorja fuq proposta taċ-Chairperson jew ta’ xi membru ieħor. Punt għandu jitneħħa mill-aġenda fuq talba ta’ mill-anqas tliet membri jew aktar jekk id-dokumenti relatati ma jkunux ġew ippreżentati lill-membri fil-ħin dovut.
3. Bħala regola, is-Segretarju jibgħat dokumenti għad-diskussjoni lill-membri ħamest ijiem tax-xogħol qabel laqgħa. Madankollu, dokumenti qosra jistgħu jintbagħtu jum tax-xogħol bil-quddiem. Dokumenti mibgħuta anqas minn jumejn tax-xogħol qabel huma meqjusa “table documents” li ma jistgħux iwasslu għal deċiżjoni tal-Bord T2S, sakemm il-membri kollha ma jaqblux mod ieħor.
4. Wara kull laqgħa tal-Bord T2S, is-Segretarju jħejji abbozz tal-minuti li jirreġistra t-temi li kienu kkunsidrati u r-riżultati tad-diskussjoni. L-abbozz tal-minuti jinkludi pożizzjonijiet espressi matul il-laqgħa minn membri individwali meta mitluba. L-abbozz tal-minuti jiġi ċċirkolat lill-membri fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mil-laqgħa.
5. Ukoll wara kull laqgħa tal-Bord T2S, is-Segretarju jħejji abbozz ta’ lista ta’ azzjonijiet li jridu jittieħdu li jkun fiha l-kompiti u l-iskadenzi li jkunu ġew allokati u miftiehma matul dik il-laqgħa, li jiġi ċċirkolat lill-membri fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mil-laqgħa.
6. Il-membri jipprovdu lis-Segretarju b’kummenti dwar l-abbozz tal-minuti u l-lista ta’ azzjonijiet li jridu jittieħdu fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jirċevuha. L-abbozz tal-minuti u l-lista ta’ azzjonijiet li jridu jittieħdu jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni lill-Bord T2S fil-laqgha ta’ wara (jew, jekk meħtieġ, qabel permezz ta’ proċedura bil-miktub) u jiġi ffirmat miċ-Chairperson.
Artikolu 7
Teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Bord T2S
1. Sa fejn huwa possibbli, id-deċiżjonijiet tal-Bord T2S jittieħdu permezz ta’ konsensus.
2. Biex il-Bord T2S ikun jista’ jiddelibera b’mod validu, għandu jkun hemm kworum ta’ mill-anqas seba’ membri. Jekk il-kworum ma jintlaħaqx, iċ-Chairperson jista' jsejjaħ laqgħa straordinarja li fiha d-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu mingħajr l-osservanza tal-kworum.
3. Jekk meħtieġ, il-Bord T2S jipproċedi għall-vot fuq talba taċ-Chairperson. Iċ-Chairperson iniedi wkoll proċedura ta’ votazzjoni fuq talba ta’ kwalunkwe membru bid-dritt li jivvota. B-konformità mal-Kodiċi, membru m’għandux jivvota jekk ikollu kunflitt ta’ interess, kif deskritt fil-Kodiċi. F’każ ta’ assenza, membru li jivvota jista’ jiddelega l-vot tiegħu lil membru ieħor li jivvota; ebda membru ma jista’ jeżerċita aktar minn żewġ voti dwar kwalunkwe kwistjoni.
4. Iċ-Chairperson jista' jaghti bidu ghal votazzjoni sigrieta jekk mitlub jaghmel dan minn tal-anqas tliet membri.
5. Id-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu wkoll permezz ta’ proċedura bil-miktub, sakemm ma joġġezzjonawx tliet membri jew aktar. Proċedura bil-miktub għandha teħtieġ: (i) normalment mhux anqas minn jumejn tax-xogħol għall-kunsiderazzjoni minn kull Membru, u (ii) nota ta' kwalunkwe deċiżjoni bħal din fil-konklużjonijiet tal-laqgħa ta' wara tal-Bord T2S.
6. Proposta li tirċievi maġġoranza sempliċi ta’ voti hija meqjusa bħala approvata. F’każ ta’ numru ugwali ta’ voti, iċ-Chairperson għandu vot deċisiv. Fl-assenza taċ-Chairperson, id-Deputat Chairperson m’għandux vot deċisiv.
KAPITOLU III
KOMUNIKAZZJONI U TRASPARENZA
Artikolu 8
Komunikazzjoni esterna
1. Iċ-Chairperson regolarment jinforma lill-partijiet interessati relevanti dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Programm T2S. Bl-għajnuna tas-Segretarju, iċ-Chairperson jiżgura t-trasparenza permezz tal-pubblikazzjoni f’waqtha u konsistenti tad-dokumentazzjoni relevanti fuq il-websajt tat-T2S, mingħajr ħsara għall-obbligi tal-kunfidenzjalità stipulati fil-Kodiċi.
2. Il-membri għandhom jinformaw liċ-Chairperson bil-quddiem qabel ma jassumu kwalunkwe rappreżentazzjoni esterna relevanti u sostanzjali fir-rigward tar-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-Bord T2S, bħal ma huma li jitkellmu fuq it-T2S f’konferenzi jew laqgħat ma’ partijiet interessati tat-T2S, u għandhom jipprovdu lill-Bord T2S b’sommarju bil-miktub fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-okkażjoni. Kwalunkwe komunikazzjoni esterna sostanzjali għandha tkun fl-interess tal-Eurosistema u tal-Programm T2S u għandha tirrispetta kwalunkwe deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv u tal-Bord T2S.
3. Il-Bord T2S jindika membru/membri u/jew staff tal-BĊE/ta’ bank ċentrali nazzjonali (BĊN) li jappoġġa t-T2S biex jipparteċipaw f’inizjattivi pubbliċi u privati fir-rigward tal-ikklerjar u s-saldu ta’ titoli u biex possibbilment jirrappreżentaw lit-T2S f’kumitati jew gruppi ta’ ħidma relevanti. Membru tal-istaff tal-BĊE jew ta’ BĊN jista’ jkun indikat b’dan il-mod biss jekk jiġi stabbilit illi huwa jikkonforma mal-obbligi fir-rigward tal-kunfidenzjalità u l-kunflitt ta’ interess li huma tal-anqas ekwivalenti għall-obbligi tal-Kodiċi.
Artikolu 9
Komunikazzjoni interna
1. Membri tal-Bord T2S li mhumiex parti mill-Eurosistema jirċievu, taħt kundizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità, id-dokumentazzjoni kollha dwar it-T2S ippreżentata lill-Kunsill Governattiv wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv, kif ukoll il-punti deċiżi dwar it-T2S tal-minuti tal-Kunsill Governattiv.
2. BĊNi tal-Eurosistema li m’għandhomx membru mill-persunal fuq il-Bord T2S għandhom aċċess awtomatiku għad-dokumentazzjoni kollha tal-Bord T2S. Huma jistgħu wkoll jagħmlu talba liċ-Chairperson biex jipparteċipaw f’kumitat tal-Bord T2S jekk ikollhom interess partikolari f’suġġett. Membru wieħed ser ikun responsabbli biex jinforma lil dawn il-BĊNi tal-Eurosistema jekk ikun ikkunsidrat li jistgħu jkollhom interess partikolari. Dan il-membru jista’ jressaq ukoll kwalunkwe punt imqajjem minn BĊN tal-Eurosistema bħal dan quddiem il-Bord T2S.
KAPITOLU IV
REĠIM FINANZJARJU
Artikolu 10
Funzjonament tal-kont tal-proġett T2S
1. Il-Bord T2S iħaddem kont tal-proġett T2S f’isem l-Eurosistema, li jinżamm fil-kotba tal-BĊE u li għandu l-istatus ta’ kont ta’ tranżitu. Il-kont tal-proġett T2S jintuża biex: (a) jiġu ġestiti flussi finanzjarji (b’mod partikolari l-ġbir ta' fondi u l-ħlas ta’ pagamenti akkont) bejn il-banek ċentrali tal-Eurosistema li jirriżultaw mill-baġit T2S; u (b) jiġu ġestiti flussi finanzjarji fir-rigward tat-tariffi tas-servizz T2S. Il-Bord T2S jiżgura illi l-bilanċ tal-kont tal-proġett huwa “nil” jew “pożittiv” f’kull ħin.
2. Il-President jistieden b'mod tempestiv lill-BĊNi tal-Eurosistema biex jibbaġitjaw għall-ishma tagħhom fil-kost (skont l-iskema tal-allokazzjoni tal-kost T2S) u biex iħallsu l-ishma tagħhom fil-kost lill-kont tal-proġett T2S skont l-iskeda għall-ħlas approvata mill-Kunsill Governattiv.
3. Il-President jordna l-ħlas tal-pagamenti akkont mill-kont tal-proġett T2S, mingħajr ħsara għall-approvazzjoni minn qabel tal-Bord T2S. Il-ħlas ta’ pagament akkont lill-4BĊ huwa meqjus bħala approvat formalment mill-Bord T2S la darba huwa jkun ivvalida u aċċetta prodott finali tal-4BĊ u din il-validazzjoni u aċċettazzjoni hija formalment approvata fil-minuti tal-laqgħa tal-Bord T2S. Il-ħlas ta’ pagament akkont lill-BĊE iseħħ fil-bidu ta’ kull sena skont il-ftehim stabbilit fl-allokazzjoni finanzjarja.
KAPITOLU V
VERIFIKA
Artikolu 11
Verifika
L-attivitajiet tal-Bord T2S huma soġġetti għar-rieżami tal-IAC.
ANNESS III
BORD T2S
KODIĊI TA’ KONDOTTA
Introduzzjoni
Il-Bord T2S huwa kompost minn membri maħtura mill-Kunsill Governattiv. Il-membri għandhom jaġixxu biss fl-aqwa interess tal-Programm T2S, skont il-Prinċipji Ġenerali tat-T2S, u għandhom jallokaw ħin biżżejjed għax-xogħol marbut mal-Programm T2S.
Il-Bord T2S jassisti lill-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) biex jiżguraw it-tlestija b’suċċess u f’waqtha tal-Programm T2S u jirrapporta lill-Kunsill Governattiv. Huwa essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet informati u indipendenti tal-Kunsill Governattiv illi x-xogħol tal-Bord T2S ma jkunx effettwat minn kwalunkwe ċirkostanzi li jistgħu joħolqu kunflitt ta’ interess ta’ xi membru.
Huwa wkoll essenzjali għar-reputazzjoni tajba u l-kredibbiltà tal-Eurosistema/Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) u għas-sodizza legali tal-Programm T2S illi l-membri huma ggwidati u jidhru bħala li jkunu ggwidati mill-interess ġenerali tal-Eurosistema, u mill-interess tal-Programm T2S b’mod partikolari. Għaldaqstant il-membri għandhom bżonn: (a) jevitaw sitwazzjonijiet fejn jeżistu jew jidhru li jeżistu kunflitti ta’ interess; (b) jaġixxu biss fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti tal-Eurosistema u tat-T2S fit-trattattivi tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi, banek ċentrali, rappreżentanti tal-industrija u partijiet oħra interessati esterni involuti fid-disinn, l-iżvilupp u t-tħaddim tat-T2S; u (c) jiżguraw l-oġġettività, in-newtralità u l-kompetizzjoni ġusta bejn il-fornituri potenzjali b’interess fil-programm T2S.
L-obbligu tas-segretezza professjonali ddikjarat f’Artikolu 37.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) japplika kemm għall-istaff tal-BĊE kif ukoll għal staff ta’ bank ċentrali nazzjonali (BĊN) li jwettaq kompiti tas-SEBĊ, u jkopri informazzjoni kunfidenzjali li tirrigwarda s-sigrieti tan-negozju jew informazzjoni li għandha valur kummerċjali. Obbligu ekwivalenti japplika għall-membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali. Membri tal-bord li mhumiex minn bank ċentrali għandhom jikkonformaw ukoll ma’ kwalunkwe regoli ta’ kondotta addizzjonali li għalihom jista’ jkun hemm provvediment fl-ittra tal-ħatra tagħhom u fil-kuntratt tagħhom mal-BĊE.
Huwa xieraq u skont il-prattiċi ta’ amministrazzjoni tajba li jiġu stabbiliti standards ta’ etika li jikkonċernaw l-integrità professjonali, il-prinċipju tal-kompetizzjoni ġusta, l-iskansament ta' kunflitti ta' interess u l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali prodotta mill-Eurosistema jew ipprovduta minn partijiet terzi, filwaqt illi jiġu ppreservati l-kompetenza u l-esperjenza fl-oqsma relevanti tal-Programm T2S fi ħdan il-Bord T2S għall-benefiċċju ġenerali tal-Eurosistema/tas-SEBĊ. Barra minn dan, huwa xieraq u skont il-prattiċi ta’ amministrazzjoni tajba illi l-Kundizzjonijiet tal-Impieg applikabbli għall-membri li huma membri tal-istaff tal-BĊE, u d-dispożizzjonijiet ekwivalenti applikabbli għal membri li huma membri tal-istaff ta’ BĊN, għandhom jipprovdu għal kumpens legali għal ksur ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta (minn hawn ’il quddiem il-“Kodiċi”). Dispożizzjoni ekwivalenti tapplika għall-membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali.
Dan il-Kodiċi huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżiti li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet ta’ etika oħrajn li jistgħu jkunu applikabbli għall-membri tal-Bord T2S fil-funzjoni tagħhom bħala membri tal-istaff tal-BĊE jew ta' BĊN.
1. Definizzjonijiet
Ghall-finijiet ta’ dan il-Kodiċi:
(a) |
‘Chairperson’ tfisser il-persuna maħtura mill-Kunsill Governattiv biex tippresiedi l-Bord T2S; |
(b) |
‘Deputat Chairperson’ tfisser il-persuna maħtura mill-Kunsill Governattiv biex tieħu post iċ-Chairperson f’każ ta’ assenza; |
(c) |
‘informazzjoni kunfidenzjali’ tfisser, mingħajr preġudizzju għall-obbligu tas-segretezza professjonali fl-Artikolu 37.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jew ta’ dokumenti kklassifikati skont ir-reġim tal-kunfidenzjalità li huma pprovduti lil kull membru tal-Bord T2S: (c) sigrieti tan-negozju tal-Eurosistema jew ta’ partijiet terzi u kull informazzjoni li għandha valur kummerċjali ħlief għall-finijiet tax-xogħol tal-Bord T2S; (ii) kull informazzjoni li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħha jista’ jagħmel ħsara lill-interessi essenzjali tal-Eurosistema; u (iii) kwalunkwe informazzjoni illi persuna raġonevoli tqis bħala kunfidenzjali; 'informazzjoni kunfidenzjali' ma tinkludix informazzjoni li: (i) hija jew issir ġeneralment disponibbli għall-pubbliku, minbarra permezz ta' ksur ta' dan il-Kodiċi; jew (ii) hija żviluppata indipendentement minn parti terza mingħajr ebda aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali; jew (iii) billi hija soġġetta għal Taqsima 3, tenħtieġ li tiġi żvelata mil-liġi; |
(d) |
‘membru tal-bord li mhuwiex minn bank ċentrali’ tfisser membru tal-Bord T2S li mhuwiex membru tal-istaff tal-BĊE jew ta’ BĊN; |
(e) |
‘mandat’ tfisser il-mandat stipulat f’Anness I; |
(f) |
‘membru’ tfisser membru tal-Bord T2S, inkluż iċ-Chairperson; |
(g) |
‘fornituri potenzjali’ tfisser entitajiet kummerċjali li għandhom interess fil-provvista ta’ merkanzija u/jew servizzi relatati mat-T2S lil bank ċentrali taż-żona tal-euro jew li mhuwiex fiż-żona tal-euro li intrabat li jagħmel saldu tal-munita nazzjonali permezz tat-T2S. |
2. Evitar ta' kunflitti ta’ interess
2.1 |
Kunflitt ta’ interess jirriżulta fir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija u/jew servizzi relevanti għall-mandat tal-Bord T2S fejn membru għandu interess kummerċjali jew professjonali, jew sehem, f’fornitur potenzjali, kemm permezz ta’ proprjetà, kontroll, investiment jew mod ieħor, li jinfluwenza jew jista’ jinfluwenza t-twettiq imparzjali u oġġettiv tad-dmirijiet tiegħu bħala membru. |
2.2 |
Il-membri jaġixxu fl-interess ġenerali tal-Eurosistema u tal-Programm T2S. Huma jevitaw kwalunkwe sitwazzjonijiet li x’aktarx twassal għal kunflitt ta’ interess. |
2.3 |
Jekk jirriżulta jew x’aktarx jirriżulta kunflitt ta’ interess b’konnessjoni mal-kompiti tal-Bord T2S, il-membru kkonċernat għandu jgħarraf b’dan il-kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali lill-awtorità għall-konformità tal-bank ċentrali tiegħu (jew, f’każ ta’ membru li mhuwiex minn bank ċentrali, lill-Uffiċjal għall-Etika tal-BĊE) permezz tal-formola stipulata f’Appendiċi 2 u fl-istess ħin jinforma liċ-Chairperson b’dan. Jekk l-awtorità għall-konformità (jew, f’każ ta’ membru li mhuwiex minn bank ċentrali, l-Uffiċjal għall-Etika tal-BĊE) tikkonkludi illi jeżisti kunflitt ta’ interess, hija tagħti r-rakkomandazzjoni tagħha lill-Gvernatur tal-bank ċentrali kkonċernat (jew f’każ ta’ membru li mhuwiex minn bank ċentrali, lill-President tal-BĊE) fir-rigward tal-ġestjoni xierqa tal-kunflitt ta’ interess, u l-Gvernatur/President jinforma liċ-Chairperson b’dan mingħajr dewmien żejjed. Il-Gvernatur/President jipprovdi d-dettalji neċessarji sabiex iċ-Chairperson ikun jista’ jkollu opinjoni informata dwar il-ġestjoni xierqa tal-kunflitt ta interess. |
2.4 |
Jekk, matul laqgħa tal-Bord T2S, membru jkollu raġuni biex jemmen illi l-parteċipazzjoni ta membru ieħor fid-diskussjoni, votazzjoni jew proċedura bil-miktub tal-Bord T2S tista’ toħloq kunflitt ta' interess, huwa għandu jinforma liċ-Chairperson immedjatament. |
2.5 |
Iċ-Chairperson jistieden lill-membru li jkun identifika kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali skont it-Taqsima 2.3 jew li dwaru jkun tqajjem tħassib dwar kunflitt ta’ interess skont it-Taqsima 2.4 biex jiddikjara jekk jeżistix kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali. Jekk iċ-Chairperson ma jkunx kuntent bid-dikjarazzjoni tal-membru, kull punt relevanti jiġi rtirat mill-aġenda. Iċ-Chairperson jinforma lill-awtorità għall-konformità tal-bank ċentrali kkonċernat (jew f'każ ta' membru tal-bord li mhuwiex minn bank ċentrali, lill-Uffiċjal għall-Etika tal-BĊE) dwar kull każ bħal dan mingħajr dewmien żejjed u, jekk meqjus neċessarju, lill-Kunsill Governattiv. |
2.6 |
Jekk iċ-Chairperson huwa mħasseb dwar Taqsimiet 2.3, 2.4 jew 2.5, iċ-Chairperson għandu jinforma lid-Deputat Chairperson. |
2.7 |
Membru m’għandux jivvota dwar kwistjoni li fir-rigward tagħha għandu kunflitt ta interess. Dan japplika wkoll għal membru li huwa membru tal-istaff tal-4BĊ jekk il-Bord T2S qed jiddeċiedi dwar il-validazzjoni tal-prodotti tal-4BĊ. |
3. Użu tajjeb ta’ informazzjoni kunfidenzjali.
3.1 |
Il-membri jużaw l-informazzjoni kunfidenzjali għall-finijiet ta’ u fl-interessi tal-Eurosistema u l-Programm T2S biss u skont il-mandat tal-Bord T2S. |
3.2 |
Il-membri m’għandhomx jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali lil partijiet terzi u, f’dak li jirrigwarda membri li huma membri tal-istaff tal-BĊE jew ta’ BĊN, huma jistgħu jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali lil membri biss. Informazzjoni kunfidenzjali mmarkata “membri biss” tista’ fil-prinċipju ma tiġix żvelata minn membri lil membri tal-istaff tal-bank ċentrali tagħhom jew lil banek ċentrali oħrajn sakemm ma jkun ġie miftiehem mod ieħor mill-Bord T2S. |
3.3 |
Il-membri kollha jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jipprevjenu l-iżvelar aċċidentali ta’ jew l-aċċess mhux awtorizzat għall-informazzjoni kunfidenzjali. |
3.4 |
Il-membri m’għandhomx jużaw l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni kunfidenzjali għall-benefiċċju ta’ entità barra l-Eurosistema jew mingħajr ġustifikazzjoni adegwata għall-benefiċċju tal-bank ċentrali tagħhom. |
3.5 |
Sa fejn membru huwa ordnat minn qorti jew awtorità regolatorja, superviżorja jew kompetenti oħra li għandha ġurisdizzjoni fuq dak il-membru sabiex jiżvela jew jagħmel disponibbli informazzjoni kunfidenzjali, huwa għandu:
Jekk iċ-Chairperson huwa mħasseb minn din it-Taqsima, huwa jinforma lill-Viċi Chairperson. |
4. Trasparenza u onestà
4.1 |
Bla ħsara għar-rekwiżiti li jirrigwardaw l-informazzjoni kunfidenzjali, fil-kuntatti tagħhom ma’ fornituri potenzjali jew għaqdiet tan-negozju li jirrappreżentaw fornituri potenzjali, il-membri jħabirku biex tinżamm kompetizzjoni ġusta u jipprovdu informazzjoni oġġettiva u pertinenti lil dawn il-fornituri potenzjali jew rappreżentanti b’mod ikkoordinat u mhux diskriminatorju. Skont l-informazzjoni li għandha tingħata, dan il-għan jista’ jinkiseb billi huma jiġu involuti fi djalogu kostruttiv u billi tinqasam id-dokumentazzjoni magħhom fi gruppi konsultattivi. |
4.2 |
Membru jagħti l-kunsiderazzjoni xierqa lil kull komunikazzjoni bil-miktub indirizzata lilu minn fornituri potenzjali jew organizzazzjonijiet tan-negozju li jirrappreżentaw lil fornituri potenzjali. Il-membri jittrattaw dawn il-komunikazzjonijiet bħala kunfidenzjali, sakemm ma jiġix espressament iddikjarat il-kuntrarju mill-fornitur potenzjali jew ir-rappreżentant. |
4.3 |
It-Taqsimiet 4.1 u 4.2 m’għandhomx ikunu miftehma bħala li jimpedixxu kuntatti bejn il-Bord T2S u fornituri potenzjali jew għaqdiet tan-negozju li jirrappreżentaw fornituri potenzjali. Madankollu, il-membri jwettqu skambji regolari ta' informazzjoni fi ħdan l-Eurosistema fir-rigward tal-kuntatti tagħhom ma’ dawn il-fornituri potenzjali jew rappreżentanti. |
5. Parir fuq mistoqsijiet ta’ etika
Jekk membru jkollu xi mistoqsija dwar l-applikazzjoni tal-Kodiċi, huwa għandu jitlob parir mingħand l-Uffiċjal għall-Etika tal-BĊE.
6. Sanzjonijiet u dispożizzjonijiet finali
6.1 |
Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-proċeduri dixxiplinari inklużi fil-kundizzjonijiet tal-impieg tagħhom jew għal kull penali kriminali, dixxiplinari, amministrattiva jew kuntrattwali applikabbli, membru li jikser dan il-Kodiċi għandu jitkeċċa immedjatament mill-Bord T2S u mibdul skont il-proċeduri stabbiliti f’Anness I. |
6.2 |
Meta membru jkun waqaf minn dmirijietu, huwa għandu jkompli jkun marbut minn Taqsima 3. |
6.3 |
Min kien membru ma għandux juża informazzjoni kunfidenzjali sabiex jikseb impieg ma’ fornitur potenzjali, jew jiżvela jew juża informazzjoni kunfidenzjali miksuba permezz tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-Bord T2S bħala impjegat ta’ fornitur potenzjali. |
6.4 |
Matul l-ewwel sena wara li jkunu waqfu minn dmirijiethom, il-membri jkomplu jevitaw kull kunflitt ta’ interess li jista’ jinqala’ minħabba attività professjonali ġdida jew ħatra. B’mod partikolari, huma għandhom jinformaw bil-miktub lill-Bord T2S dwar jekk għandhomx il-ħsieb jinvolvu ruħhom f'xi attività professjonali jew jaċċettaw ħatra, u għandhom jitolbu l-parir tal-Bord T2S qabel ma jintrabtu. |
6.5 |
Jekk ex membru ma jirrispettax ir-rekwiżiti stipulati f’Taqsimiet 6.3 u 6.4, il-Bord T2S jista’ jinforma lil min iħaddmu illi jirriżulta kunflitt ta’ interess bejn il-pożizzjoni l-ġdida tiegħu u dik li kellu qabel. |
7. Indirizzati u distribuzzjoni
Dan il-Kodiċi huwa indirizzat lill-membri tal-Bord T2S. Titqassam kopja lil kull membru eżistenti u lil membri ġodda mal-ħatra. Il-Membri huma mitluba jiffirmaw l-Appendiċijiet 1 u 2 qabel ma jipparteċipaw f’laqgħat tal-Bord T2S
Appendiċi 1
DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ MAL-KODIĊI TA’ KONDOTTA
B’din id-Dikjarazzjoni, jiena naċċetta l-Kodiċi anness u nirrikonoxxi l-obbligi tiegħi hawn taħt, b’mod partikolari l-obbligu tiegħi biex (a) inżomm il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kunfidenzjali miksuba minni; u (b) nevita u niddikjara sitwazzjonijiet li jistgħu jinvolvu kunflitt ta’ interess fit-twettiq ta’ dmirijieti bħala membru tal-Bord T2S fir-rigward tal-Programm T2S.
…
(Firma u data)
…
(Isem sħiħ)
…
(Indirizz)
…
…
…
Appendiċi 2
DIKJARAZZJONI TAL-INTERESSI (1)
…
(Isem sħiħ)
…
(Indirizz)
…
(Xogħol)
Il-Programm T2S huwa effettwat direttament jew indirettament (eż. fir-rigward ta’ membru tal-familja) mill-interessi ta’ flus u/jew mhux ta’ flus, li jistgħu joħolqu kunflitt ta’ interess fi ħdan it-tifsira ta’ dan il-Kodiċi (2):
Investiment (eż. dirett jew indirett f’entità kummerċjali, inkluż sussidjarji jew entitajiet oħra li jappartjenu għall-istess grupp korporattiv, li għandu interess bħala fornitur potenzjali lill-Programm T2S, sakemm ma jkunx miżmum permezz ta’ fondi ta’ investiment jew tal-pensjonijiet jew xi ħaġa simili):
…
…
…
Pożizzjoni (eż. kurrenti jew preċedenti, imħallsa jew mhux imħallsa, ma’ entità kummerċjali illi għandha interess bħala fornitur potenzjali lill-Programm T2S):
…
…
…
Introjtu jew rigali (eż. remunerazzjoni kurrenti, preċedenti jew mistennija, inkluż benefiċċji differiti, għażliet li għandhom jiġu eżerċitati fi stadju aktar tard u trasferimenti ta’ drittijiet tal-pensjoni, jew rigali, riċevuti mingħand entità kummerċjali li għandha interess bħala fornitur potenzjali lill-Programm T2S):
…
…
…
Oħrajn:
…
…
…
Jien b’dan niddikjara, fuq l-unur tiegħi, illi sa fejn naf jien l-informazzjoni żvelata hija vera u kompleta.
…
(Firma u data)
…
(Isem sħiħ)
(1) Jekk membru m’għandu ebda interess relevanti, dan għandu jkun indikat billi jiddikjara “l-ebda” fil-parti(jiet) relevanti.
(2) Membru b’interess relevanti għandu jiddeskrivi l-fatti u ċ-ċirkostanzi relevanti kollha, billi juża wkoll spazju addizzjonali jekk meħtieġ.
ANNESS IV
PROĊEDURI U REKWIŻITI GĦALL-GĦAŻLA, IL-ĦATRA U L-BIDLA TAL-MEMBRI TAL-BORD T2S LI MHUMIEX MINN BANK ĊENTRALI
1. Avviż ta’ Kompetizzjoni
1.1 |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jippubblika avviż ta’ kompetizzjoni sabiex jinħatru esperti bħala membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali u għall-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva. L-avviż ta' kompetizzjoni għandu jsir skont id-Deċiżjoni BĊE/2007/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi r-Regoli dwar l-Akkwisti (1) u kif implimentata aktar f’Kapitolu 8 tal-Business Practice Handbook tal-BĊE. Madankollu, sa ċertu punt huwa jiddevja, b’mod partikolari, minn Artikolu 16a tad-Deċiżjoni BĊE/2007/5 u għandu jirrispetta tal-anqas il-prinċipji ewlenin tal-akkwist pubbliku u jiżgura kompetizzjoni xierqa u trasparenti. |
1.2 |
L-avviż ta’ kompetizzjoni jistabbilixxi, inter alia: (a) l-irwol tal-Bord T2S; (b) l-irwol tal-membri li mhumiex minn bank ċentrali fi ħdan il-Bord T2S; (c) il-kriterji tal-għażla; (d) l-aspetti ekonomiċi tal-mandat; u (e) il-proċedura tal-applikazzjoni, inkluż skadenza għar-riċevuta tal-applikazzjonijiet. |
1.3 |
L-avviż ta’ kompetizzjoni tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq il-websajt tal-BĊE fl-istess ħin. Fejn xieraq, il-BĊE jista’ juża mezzi addizzjonali biex jirriklama l-avviż ta’ kompetizzjoni. F’każ ta’ diskrepanzi, il-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropew għandha tieħu l-preċedenza fuq verżjonijiet oħra. |
1.4 |
L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet tal-kandidati għandha tkun tal-anqas 21 jum kalendarju wara l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ kompetizzjoni f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea. |
2. Il-proċedura tal-għażla
2.1 |
Il-Kunsill Governattiv jiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni tal-Bord T2S abbażi ta’ proposta tal-Bord Eżekuttiv u jaħtar il-membri kollha tal-Bord T2S |
2.2 |
F’dak li jirrigwarda l-membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali, il-Kunsill Governattiv jevalwa l-kandidati skont il-kriterji tal-għażla f’Taqsima 3. |
2.3 |
Iċ-Chairperson tal-Bord T2S, rappreżentanti mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema, u staff tal-BĊE jistgħu jagħtu appoġġ lill-Bord Eżekuttiv fil-mili tal-formoli għall-evalwazzjoni tal-kandidati, li jinkludu sommarju tal-merti u n-nuqqasijiet fir-rigward tal-kriterji tal-għażla u rakkomandazzjoni dwar jekk kandidat huwiex adatt biex jinħatar. |
2.4 |
Bil-kontra tal-Artikolu 16a(6) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/5, żewġ kandidati għandhom jinħatru immedjatament u għandha tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għal kandidati potenzjali għal postijiet fil-futur. |
3. Il-kriterji tal-għażla
Il-kriterji tal-għażla huma:
(a) |
kompetenza fin-negozju tas-saldu ta’ titoli, jew bħala fornitur ta’ servizz jew bħala utent ta’ servizzi f’dan il-qasam, kif ukoll kompetenza fir-rigward tas-settur finanzjarju aktar wiesgħa tal-Unjoni; |
(b) |
mill-anqas 10 snin esperjenza ta’ interazzjoni mal-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji tal-Unjoni; |
(c) |
preferibbilment esperjenza fil-ġestjoni ta’ proġett; |
(d) |
Il-lingwa li biha jaħdem il-Bord T2S hija l-Ingliż; għalhekk, il-membri li mhumiex minn bank ċentrali għandhom ikunu kapaċi jikkomunikaw bl-Ingliż b’mod effettiv. |
4. Lista ta’ riżerva
4.1 |
Il-BĊE ser iżomm lista ta’ riżerva ta’ kandidati potenzjali. |
4.2 |
F’każ ta’ post battal fil-Bord T2S, il-Bord Eżekuttiv jista’ jagħżel kandidat mil-lista ta’ riżerva skont il-klassifikazzjoni tagħhom f’din il-lista ta’ riżerva u jipproponihom lill-Kunsill Governattiv bħala membru tal-Bord T2S għal mandat ta’ sentejn, li jista’ jiġġedded darba. |
4.3 |
Il-lista ta’ riżerva tibqa’ valida għal perjodu ta' sentejn la darba tkun ġiet approvata mill-Kunsill Governattiv. Il-validità tal-lista ta’ riżerva tista’ tiġġedded jekk meħtieġ, għal perijodu ieħor ta’ sentejn. |
4.4 |
Bil-kontra tal-Artikolu 16a(7) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/5, il-lista ta’ riżerva mhijiex miftuħa għal applikanti ġodda. |
4.5 |
B’devjazzjoni minn Artikolu 16a(8) ta’ Deċiżjoni BĊE/2007/5, il-kandidati jistgħu jaċċessaw, jaġġornaw jew jikkoreġu d-dejta tagħhom iżda ma jistgħux jaġġornaw jew jikkoreġu l-kriterji tal-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla tagħhom wara d-data tal-għeluq tal-avviż ta’ kompetizzjoni. |
5. Ħatra
5.1 |
Il-membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali jinħatru f’kapaċità personali. Huma ma jistgħux jiddelegaw ir-responsabbiltajiet tagħhom lil membru ieħor jew parti terza. |
5.2 |
Il-ħatriet kollha huma soġġetti għall-firma minn min jinħatar ta’ kuntratt tal-ħatra mingħand iċ-Chairperson tal-Bord T2S, ta’ kuntratt mal-BĊE dwar l-indennizz u r-rimborż tal-ispejjeż, u tad-dikjarazzjonijiet imsemmija f’Taqsima 6.1. |
5.3 |
Il-Kunsill Governattiv jaħtar membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali bħala membri mingħajr vot tal-Bord T2S għal mandat ta’ sentejn, li jiġġedded darba. |
6. Dikjarazzjonijiet
6.1 |
Il-membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali jintrabtu li jimxu mal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Bord T2S. Għal dan il-għan, huma mitlubin jiffirmaw id-‘Dikjarazzjoni ta’ konformità mal-Kodiċi ta’ Kondotta’ f’Appendiċi 1 ta’ Anness III u li jimlew u jiffirmaw id-‘Dikjarazzjoni tal-interessi’ f’Appendiċi 2 ta’ Anness III. |
6.2 |
Il-membri tal-Bord T2S li mhumiex minn bank ċentrali huma mitlubin ukoll jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet ipprovduti mal-avviż. |
7. Terminazzjoni u bidla
7.1 |
Il-Kunsill Governattiv jista’ jittermina l-mandat ta’ membru tal-Bord T2S li mhuwiex minn bank ċentrali f’każ ta’ kunflitt ta’ interess, ksur ta’ dmir, l-inabbiltà li jwettaq dmirijietu, ksur tal-Kodiċi ta' Kondotta jew nuqqas serju fl-imġieba. |
7.2 |
Il-mandat jitqies bħala itterminat meta l-membru li mhuwiex minn bank ċentrali jirriżenja jew jiskadilu l-mandat mingħajr ma jiġi mġedded. |
7.3 |
Jekk mandat jiġi tterminat qabel ma jintemm perjodu ta’ sentejn, japplikaw it-Taqsimiet 4.2 u 4.3. |