EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32005O0004

Linjagwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Frar, 2005 li temenda l-Linjagwida BĊE/2003/2 dwar ċerti ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew u dwar il-proċeduri għar-rapportar ta’ l-informazzjoni statistika fil-qasam ta’ l-istatistika monetarja u bankarja mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2005/4)

ĠU L 109, 29.4.2005, p. 6–80 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 007 P. 8 - 82
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 007 P. 8 - 82

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 02/09/2007; Impliċitament imħassar minn 32007O0009

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2005/326/oj

29.4.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

6


LINJAGWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta’ Frar, 2005

li temenda l-Linjagwida BĊE/2003/2 dwar ċerti ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew u dwar il-proċeduri għar-rapportar ta’ l-informazzjoni statistika fil-qasam ta’ l-istatistika monetarja u bankarja mill-banek ċentrali nazzjonali

(BĊE/2005/4)

(2005/326/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ċENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 5.1, Artikolu 12.1 u Artikolu 14.3,

Billi:

(1)

Wara reviżjoni tal-Linjagwida BĊE/2003/2 tas-6 ta’ Frar 2003, dwar ċerti ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew u dwar il-proċeduri għar-rapportar ta’ l-informazzjoni statistika fil-qasam ta’ l-istatistika monetarja u bankarja (1), mill-banek ċentrali nazzjonali, instab li kienu meħtieġa ċerti emendi.

(2)

Hemm bżonn ta’ xi emendi għat-termini ta’ promulgament u għall-Annessi I u II minħabba t-tneħħija ta’ l-Anness III, li kien fih il-kalendarji ta’ meta kellhom jiġu ppreżentati tipi varji ta’ statistika. L-Anness III ġie rrevokat minħabba li fil-futur, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) sejjer jikkomunika dawn il-kalendarji lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) kull sena sa l-aħħar ta’ Settembru fir-rigward tat-trasmissjoni ta’ data tas-sena ta’ wara.

(3)

L-Anness V għandu jiġi emendat sabiex iġib l-iskema ta’ rapportar għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu konformi ma’ dik użata għall-BĊN u għal istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra.

(4)

Fl-Anness VI, it-terminu “indikaturi statistiċi strutturali” għandu jiġi sostitwit b’ “indikaturi finanzjarji strutturali” sabiex ma jkunx hemm konfużjoni. Din il-konfużjoni tista’ tinħoloq minħabba li l-Eurostat tipproduċi sett ta’ indikaturi strutturali li huma wkoll maħżunin f’bażi ta’ data tal-BĊE.

(5)

L-Anness VII għandu jiġi emendat sabiex il-partita “karti tal-flus u muniti tal-euro miżmuma mill-gvern ċentrali” ssir partita tal-memorandum ta’ prijorità għolja. Dan igħin fit-titjib tal-kalkolazzjoni ta’ l-aggregati monetarji.

(6)

L-Anness IX għandu jiġi emendat sabiex jinkludi ħtieġa li jiġu rrapportati l-partiti tal-memorandum ta’ l-istatistika monetarja u bankarja meħtieġa għall-produzzjoni ta’ kull tliet xhur tal-kontijiet finanzjarji ta’ l-unjoni monetarja (MUFA).

(7)

L-Anness X jeħtieġ li jiġi emendat wara emenda għar-Regolament BĊE/2001/13 tat-22 ta’ Novembru 2001 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (2) fir-rigward tar-regoli ta’ valutazzjoni li għandhom jintużaw fil-valutazzjoni ta’ ċerti strumenti finanzjarji. Barra minn hekk, it-Tabella 5 għandha tiġi emendata sabiex tinkludi aġġustamenti tal-partiti tal-memorandum ta’ kull tliet xhur.

(8)

L-Anness XIII għandu jiġi emendat sabiex jagħti kas ta’ l-aġġustamenti tal-partiti tal-memorandum ta’ kull tliet xhur il-ġodda issa meħtieġa taħt l-Anness X.

(9)

L-Anness XVI għandu jiġi emendat sabiex il-kalendarju tal-preżentazzjoni tad-data li għandha tiġi rrapportata taħtu jaqbel ma’ dak għal statistiċi bażi ta’ riserva.

(10)

L-Anness XVIII għandu jiġi emendat sabiex jinkludi ħtieġa ġdida li tiġi pprovduta data dwar it-transazzjonijiet u data dwar il-bejgħ u x-xiri ta’ unitajiet/ishma maħruġin minn fondi ta’ investiment. Barra minn hekk, għandha tiġi nkluża ħtieġa għal serje temporali ġdida li tintuża fil-kumpilazzjoni tal-MUFA.

(11)

L-Anness XIX għandu jiġi emendat sabiex jinkludi formoli għall-valutazzjoni ta’ bonds mingħajr kupun.

(12)

Wara r-reviżjoni hemm bżonn ta’ aktar emendi, inter alia minħabba l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri l-ġodda nhar l-1 ta’ Mejju 2004, u minħabba l-iskadenza ta’ ċerti arranġamenti u derogi ta’ rapportar transizzjonali.

(13)

Skond l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta’ l-Istatut, il-Linji ta’ Gwida tal-BĊE jiffurmaw parti integrali mil-liġi tal-Komunità,

ADOTTA DIN IL-LINJAGWIDA:

Artikolu 1

Linjagwida BĊE/2003/2 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b’li ġej:

“1.   Il-BĊN għandhom jikkumpilaw u jirrapportaw żewġ karti tal-bilanċ separati tas-subsetturi ‘bank ċentrali’ u ‘IFM oħra’ ta’ l-Istat Membru rispettiv tagħhom, skond ir-Regolament BĊE/2001/13. B’mod partikolari, l-informazzjoni statistika meħtieġa dwar il-karta tal-bilanċ tal-bank ċentrali hija ddefinita aktar fid-dettall fit-tabelli ta’ assoċjazzjoni għal statistika monetarja u bankarja hekk kif stabbilit fl-Anness I. Il-BĊE, għal skopijiet ta’ rapportar statistiku, jikseb data mill-karta tal-bilanċ tiegħu stess, li tikkorrespondi għad-data miksuba mill-BĊN mill-karti tal-bilanċ tagħhom stess. Bħala kumpilaturi tal-karti tal-bilanċ tagħhom stess, il-BĊN għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fl-Anness II fil-monitoraġġ regolari tagħhom għall-konsistenza bejn il-karta tal-bilanċ aggregata ta’ l-aħħar tax-xahar ta’ l-Ewrosistema u d-dikjarazzjoni finanzjarja ta’ kull ġimgħa tagħha u fir-rapportar regolari tagħhom lill-BĊE tar-riżultat tal-monitoraġġ tagħhom. Bħala l-kumpilatur tal-karta ta’ bilanċ tiegħu stess, il-BĊE isegwi l-istess proċedura. Din l-informazzjoni statistika għandha tiġi rrapportata skond is-sena kalendarja stabbilita mill-BĊE u kkomunikata lill-BĊN sa l-aħħar ta’ Settembru kull sena.”

2.

L-Artikolu 7(1) huwa sostitwit b’li ġej:

“1.   Għall-produzzjoni regolari mill-BĊE ta’ statistika dwar ir-rata ta’ l-imgħax ta’ l-IFM, il-BĊN għandhom jirrapportaw l-informazzjoni statistika skond l-Anness XX. Din l-informazzjoni statistika għandha tiġi rrapportata skond il-kalendarju annwali stabbilit mill-BĊE u kkomunikat lill-BĊN sa l-aħħar ta’ Settembru kull sena.”

3.

L-Annessi I, II, V, VII, X, XV, XVI, XIX u XX huma emendati skond l-Anness I ta’ din il-Linjagwida.

4.

L-Anness III huwa rrevokat.

5.

L-Anness VI huwa sostitwit bl-Anness II ta’ din il-Linjagwida.

6.

L-Anness IX huwa sostitwit bl-Anness III ta’ din il-Linjagwida.

7.

L-Anness XIII huwa sostitwit bl-Anness IV ta’ din il-Linjagwida.

8.

L-Anness XVIII (minbarra (i) it-tabella intitolata “Serje fuq IFO barra fondi ta’ investiment li għandhom jiġu trasmessi lill-BĊE (indikaturi prinċipali/partiti tal-memorandum)” fl-Appendiċi 1 tiegħu; u (ii) fl-Appendiċi 2 tiegħu) huwa mibdul bl-Anness V ta’ din il-Linjagwida.

Artikolu 2

Din il-Linjagwida għandha tidħol fis-seħħ nhar is-17 ta’ Frar, 2005.

Artikolu 3

Din il-Linjagwida hija indirizzata lill-BĊN ta’ l-Istati Membri li adottaw il-munita waħdanija skond it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-15 ta’ Frar, 2005.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 241, tas-26.9.2003, p. 1. Il-Linjagwida kif emendata bil-Linjagwida BĊE/2004/1 (ĠU L 83, ta’ l-20.3.2004, p. 29).

(2)  ĠU L 333, tas-17.12.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament BĊE/2004/21 (ĠU L 371, tat-18.12.2004, p. 42).


ANNESS I

L-Annessi I, II, V, VII, X, XV, XVI, XIX u XX għal-Linjagwida BĊE/2003/2 huma emendati kif ġej:

1.

Fl-Anness I, l-ewwel paragrafu huwa mibdul b’li ġej:

“Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), bħala kompilaturi ta' l-informazzjoni statistika tal-karta ta’ bilanċ tagħhom stess, jużaw it-tabelli ta’ assoċjazzjoni li ġejjin fil-monitoraġġ regolari tagħhom tal-konsistenza bejn il-karta ta’ bilanċ aggregata ta’ l-aħħar tax-xahar ta’ l-Ewrosistema għal għanijiet statistiċi u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ kuljum għal għanijiet ta’ ġestjoni tal-kontabilità u tal-likwidità. Din l-informazzjoni statistika għandha tiġi rrapportata skond il-kalendarju ta’ kull sena stabbilit mill-BĊE u kkomunikat lill-BĊN sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ kull sena.”

2.

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Sezzjonijiet 1-6 huma mibdulin b’li ġej:

“1.

Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li għandha tiġi segwita mill-kompilaturi tal-karti ta’ bilanċ tal-Bank Ċentrali Ewropew’s (BĊE)/banek ċentrali nazzjonali’ (BĊN’) sabiex tiġi mmonitorjata l-konsistenza bejn il-karta ta’ bilanċ aggregata ta’ l-aħħar tax-xahar ta’ l-Ewrosistema għal għanijiet statistiċi u d-dikjarazzjoni finanzjarja ta’ kull ġimgħa (WFS) tagħha. Isir tqabbil bejn id-data tal-kontabilità u l-partiti statistiċi li jikkorrespondu.

2.

Tfasslet lista ta’ kontrolli għall-konsistenza (ara Appendiċi 1). Jekk hemm xi diskrepanzi bejn iż-żewġ settijiet ta’ data, dawn għandhom jiġu spjegati. Appendiċi 2 jipprovdi noti ta’ spjega dwar dawn il-kontrolli. L-aggregati statistiċi wżati fit-tqabbil huma elenkati fl-Appendiċi 3, li jipprovdi rabta bejn dawn l-aggregati u d-data elementari tal-karta ta’ bilanċ (1). Fir-rigward tad-deskrizzjoni tad-data tal-kontabilità, il-Linjagwida BĊE/2002/10 tal-5 ta’ Diċembru 2002 dwar il-qafas legali għar-rapportar kontabilistiku u finanzjarju fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (2) tipprovdi informazzjoni sħiħa ta’ l-isfond dwar l-istruttura, il-konvenzjonijiet kontabilistiċi wżati u l-kontenut tal-WFS.

3.

Il-kompilaturi huma mitlubin li jwettqu dawn il-kontrolli fuq bażi ta’ kull xahar, sabiex jiżguraw il-konsistenza bejn id-data elementari tal-BĊN, pajjiż, pajjiż, u l-karta ta’ bilanċ tal-BĊE. Huwa mifhum li jista’ jkun hemm rabta preċiża bejn iż-żewġ settijiet ta’ data biss meta d-data ta’ għeluq tal-WFS kontabilistika taqbel mad-data ta’ referenza tar-rapporti statistiċi (iġifieri l-aħħar tax-xahar). Fil-perjodi l-oħra ta’ rapportar, dawn il-kontrolli jiżguraw konsistenza qrib iżda mhux perfetta bejn id-data kontabilistika u dik statistika. F’dawk il-perjodi ta’ rapportar li fihom iż-żewġ dati ma jaqblux, il-BĊN jista’ jagħmel tqabbil tad-data statistika mal-‘karta ta’ bilanċ ta’ kuljum’ hekk kif ippreżentata nhar l-aħħar jum ta’ xogħol tax-xahar.

4.

Il-kompilaturi huma mitlubin jinnotifikaw lill-BĊE (Diviżjoni ta’ l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Monetarji u Statistiċi tas-Swieq (MFMD)) bir-riżultat ta’ dawn il-kontrolli. In-notifika għandha tiġi trasmessa qabel jew flimkien mad-data statistika, iġifieri, sa 15-il jum xogħol wara d-data ta’ referenza. Jekk il-kontrolli jidentifikaw diskrepanzi, il-kompilaturi huma mitlubin jibagħtu nota ta’ spjega lill-MFMD, li għandu jkun fiha għallinqas deskrizzjoni tal-kontrolli involuti, in-natura tad-diskrepanzi, l-impatt li jista’ jkun hemm fuq is-serje ta’ data antika u t-tendenza futura mistennija tad-diskrepanza kif din se tidher fir-rapporti futuri.

5.

Sabiex il-piż fuq il-BĊN jitnaqqas kemm jista’ jkun, huwa rrakkomandat li tiġi kkompilata nota ta’ spjega sħiħa, normalment darba fis-sena biss. Fix-xhur interim, il-BĊN huma mitlubin biss li jimlew verżjoni ssimplifikata tan-nota ta’ spjega li fiha huma sempliċiment jimmarkaw id-differenzi strutturali bejn il-WFS u r-rapport statistiku. Bħala gwida, in-noti ta’ spjega għandhom jiġu kkompilati skond it-templates mehmużin. L-ewwel template (Appendiċi 4) turi b’mod komplut ir-riżultat tal-kontrolli ta’ konsistenza. It-tieni template (Appendiċi 5) turi r-riżultati tal-kontrolli b’mod issimplifikat.

6.

Huwa importanti li l-BĊN kollha (u d-Direttorat tal-Finanzi Interni tal-BĊE) jibagħtu noti ta’ spjega sħaħ fl-istess żmien tas-sena. B’hekk l-MFMD tkun tista’ tħejji rapport dettaljat darba fis-sena li jiddeskrivi d-diskrepanzi identifikati. Għas-sena 2005, l-iskeda li ġejja turi liema template hija rrakkommandata li tintuża u meta. B’mod partikolari, it-template komprensiva li jmiss għandha tintbagħat f’Ottubru 2005 b’referenza għad-data ta’ l-aħħar ta’ Settembru ta’ l-2005.

Perjodu ta’ rapporar

L-aħħar WFS tax-xahar

Id-dati tal-WFS u tar-rapporti statistiċi jikkoinċidu

Tip ta’ template

Jannar 2005

28 ta’ Jannar 2005

Le

Simplifikata

Frar 2005

25 ta’ Frar 2005

Le

Simplifikata

Marzu 2005

25 ta’ Marzu 2005

Le

Simplifikata

April 2005

29 ta’ April 2005

Iva

Simplifikata

Mejju 2005

27 ta’ Mejju 2005

Le

Simplifikata

Ġunju 2005

24 ta’ Ġunju 2005

Le

Simplifikata

Lulju 2005

29 ta’ Lulju 2005

Iva

Simplifikata

Awwissu 2005

26 ta’ Awwissu 2005

Le

Simplifikata

Settembru 2005

30 ta’ Settembru 2005

Iva

Komprensiva

Ottubru 2005

28 ta’ Ottubru 2005

Le

Simplifikata

Novembru 2005

25 ta’ Novembru 2005

Le

Simplifikata

Diċembru 2005

30 ta’ Diċembru 2005

Iva

Simplifikata

(1)  Deskrizzjoni sħiħa tad-data tal-karta ta ’ bilanċ konsolidata tinsab fil-Parti III ta’ l-Anness I għar-Regolament BĊE/2001/13."

(2)  ĠU L 58, tat-3.3.2003, p. 1.”"

(b)

Fit-Tabella fl-Appendiċi 1, l-intestatura “Partita tat-Tabella 2.1 tal-Bulletin ta’ kull xahar” u “Partita tat-Tabella 1.1 tal-Bulletin ta’ kull xahar” huma mibdulin bl-intestaturi “Partita statistika” u “Partita kontabilistika” rispettivament.

(c)

Fit-Tabella fl-Appendiċi 3, l-intestatura “Bulletin ta’ kull xahar tal-BĊE– Partiti tat-Tabella 2.1” hija mibdula bl-intestatura “Partiti statistiċi — karta ta’ bilanċ aggregata ta’ l-Ewrosistema”.

3.

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

Sezzjonijiet 1-11 huma mibdulin b’li ġej:

“1.

Data minn karti ta’ bilanċ separati li għandha x’taqsam mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)/banek ċentrali nazzjonali (BĊN) u istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM) oħra, fil-preżent qegħda tiġi rrapportata skond it-Tabelli 1 sa 4 tar-Regolament BĊE/2001/13. Madankollu din id-data mhijiex biżżejjed għall-għanijiet ta’ analiżi makro-prudenti għal dawk il-pajjiżi fejn il-popolazzjoni ta’ rapportar ta’ IFM oħra hija magħmula minn kemm istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll minn fondi tas-swieq monetarji (FSM) u l-impatt ta’ dan ta’ l-aħħar huwa sinifikanti (3). F’dawn il-każijiet, hemm bżonn ta’ skema ta’ rapportar separata għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu biss sabiex tkun tista’ ssir l-analiżi makro-prudenti tas-sistema bankarja ta’ l-Unjoni Ewropea u sabiex jiġu kkalkolati l-indikaturi makro-prudenti (MPI) li għandhom x’jaqsmu mas-subsett ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Skema ta’ Rapportar

2.

Sabiex jikkalkolaw l-MPIs, dawk il-BĊN li jissodisfaw il-kriterji meħtieġa jirrapportaw data separata li tirreferi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu biss fir-rigward ta’ Tabelli 1, 2 u 4 tar-Regolament BĊE/2001/13. Data mitluba taħt it-Tabella 4 hija rrapportata sa mix-xahar ta’ referenza Marzu 2005. Ebda data ma hija mitluba taħt Tabella 3 (għaldaqstant ma hija meħtieġa ebda data statistika addizzjonali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu). Data fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu hija rrapportata bi frekwenza ta’ kull tliet xhur, kemm għall-istokks u, fejn addattat, fir-rigward ta’ l-aġġustamenti għall-flussi.

3.

Id-data tiġi rrapportata kull erba’ xhur, fi żmien 28 ġurnata xogħol mit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza.

4.

Fuq talba ta’ l-utenti tad-data, il-BĊN jirrapportaw ukoll, bħala partiti tal-memorandum, passività ta’ depożitu. Dan ir-rapportar isir skond analiżi ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (minbarra l-banek ċentrali)/IFM/mhux IFM oħra. Fejn din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-utenti qablu li jżommu l-kunċett ta’ ‘depożiti minn IFM’, minħabba li dan jista’ jinkiseb mit-Tabella 1 (iġifieri, mingħajr ebda distinzjoni oħra fi ħdan is-settur ta’ l-IFM).

5.

Ħtiġijiet makro-prudenti huma data bħala stokks u bħala flussi, dawn ta’ l-aħħar irreġistrati bħala valuri ta’ transazzjoni. Dan jimplika l-ħtieġa għal ’l hekk imsejħa data ta’ aġġustament. Fil-preżent, din id-data hija disponibbli biss għal data ta’ stokks li tinsab fit-Tabelli 1 u 2, iżda mhijiex disponibbli għat-Tabella 4. F’dan il-kuntest, il-ħtieġa li tiġi pprovduta data ta’ aġġustament għat-Tabella 4 għadha qegħda tiġi investigata. Fl-istess waqt, l-utenti se jiddependu biss fuq id-differenzi fl-istokks aġġustati għall-bidliet fir-rata tal-kambju (li huma kkalkolati mill-BĊE).

Kopertura

6.

Fil-prinċipju, id-data supplementari rrapportata fir-rigward tal-karta ta’ bilanċ ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandha tkopri 100 % ta’ l-istituzzjonijiet li huma kklassifikati f’dan is-settur. F’dawk il-każijiet fejn il-kopertura attwali tar-rapportar hija inqas minn 100 % minħabba l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ eżenzjoni mir-rapportar sħiħ għal IFM żgħar (cutting-off-the-tail principle), il-BĊN huma mitlubin li jingrossaw id-data fornuta sabiex jiżguraw kopertura ta’ 100 %. Dan itejjeb il-komparabbiltà ta’ l-indikaturi bejn l-Istati Membri u jiżgura l-konsistenza mad-data tal-karta ta’ bilanċ tas-settur ta’ l-IFM li huma ngrossati wkoll.

Ħtieġa ta’ Rapportar

7.

Data separata tal-karta tal-bilanċ fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu hija rrapportata, skond l-iskemi ta’ rapportar fl-Appendiċijiet 1 u 2, mill-BĊN f’dawk il-pajjiżi fejn il-popolazzjoni tar-rapportar ta’ IFM oħra hija magħmula minn kemm istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll minn FSM u l-impatt tal-FSM huwa meqjus bħala wieħed statistikament importanti fejn iż-żewġ kriterji li ġejjin jiġu ssodisfatti simultanjament:

Kriterju 1: Id-differenza bejn il-karta ta’ bilanċ totali tas-settur ta’ l-IFM u l-karta ta’ bilanċ totali tas-subsett tagħha ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu hija aktar minn EUR 5 biljun fuq bażi kontinwa.

u

Kriterju 2: IFM għajr istituzzjonijiet ta’ kreditu (iġifieri FSM) għandhom impatt fuq aktar minn partita waħda fuq kull naħa tal-karta ta’ bilanċ tas-settur ta’ l-IFM (4).

(3)  Dwar is-sinifikanza ta’ l-impatt tal-FSM fuq data oħra ta’ l-IFM, ara taħt. Barra minn hekk, f ’xi pajjiżi hemm numru żgħir ta’ istituzzjonijiet oħra kklassifikati bħala IFM; madankollu, dawn l-istituzzjonijiet mhumiex sinifikanti minn perspettiva kwantitattiva."

(4)  Per eżempju, dan il-kriterju jiġi sodisfatt meta l-karta ta’ bilanċ tal-FSM jkollha impatt fuq partita waħda tal-passività (‘ishma/unitajiet tal-FSM’) u fuq żewġ partiti jew aktar ta’ l-attività (eż. ‘titoli għajr ishma ddenominati f’euro maħruġin mill-gvern ġenerali domestiku’ u ‘titoli għajr ishma ddenominati f’euro maħruġin mill-IFM domestiċi’). Jiġi sodisfatt ukoll meta l-karta ta’ bilanċ tal-FSM jkollha impatt fuq żewġ partiti tal-passività (eż. ‘ishma/unitajiet tal-FSM’ u ‘depożiti ddenominati f’euro mpoġġija minn IFM domestiċi’’) u fuq partita waħda ta’ l-attività (eż. ‘titoli għajr ishma ddenominati f’euro maħruġin mill-gvern ġenerali domestiku’). Bil-kontra, dan il-kriterju ma jiġix issodisfat meta l-karta ta’ bilanċ tal-FSM jkollha impatt fuq partita waħda tal-passività u fuq partita waħda ta’ l-attività.”"

(b)

Appendiċi 1 huwa mibdul b’li ġej:

“PROĊEDURI GĦAT-TRASMISSJONI TA’ DATA mill-BĊN GĦALL-BĊE

Skema ta’ rapportar għal istituzzjonijiet ta’ kreditu

1.

L-iskema ta’ rapportar stabbilita fl-Appendiċi 2 tapplika għal istituzzjonijiet ta’ kreditu biss, filwaqt li t-Tabelli 1 sa 4 tar-Regolament BĊE/2001/13 ikopru data tal-karta ta’ bilanċ tas-settur sħiħ ta’ l-IFM oħra.

2.

Il-kodiċi wżati għall-partiti fl-iskema ta’ rapportar jappartienu għall-familja prinċipali tal-partiti tal-karti ta’ bilanċ, li d-dimensjonijiet u l-attributi tagħha huma ppreżentati fl-Anness XIII. Jekk jogħġbok innota li:

minħabba li data tal-karta ta’ bilanċ għal istituzzjonijiet ta’ kreditu biss għandha tiġi rrapportata fi frekwenza ta’ kull tliet xhur, dimensjoni Nru 1 (frekwenza) hija dejjem ‘Q’ (kull tliet xhur),

dimensjoni Nru 4 (analiżi tas-settur ta’ referenza fil-karta ta’ bilanċ) hija ‘R’ (istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal ħtiġijiet minimi ta’ riserva) għall-partiti kollha.

3.

L-iskema ta’ rapportar hija magħmula minn seba’ Tabelli: Tabella 1_istituzzjonijiet ta’ kreditu (stokks), Tabella 2_istituzzjonijiet ta’ kreditu (stokks), Tabella 4_istituzzjonijiet ta’ kreditu (stokks), Tabella 1_istituzzjonijiet ta’ kreditu klassifikazzjonijiet mill-ġdid, Tabella 1_istituzzjonijiet ta’ kreditu valutazzjonijiet mill-ġdid, Tabella 2_istituzzjonijiet ta’ kreditu klassifikazzjonijiet mill-ġdid u Tabella 2_istituzzjonijiet ta’ kreditu valutazzjonijiet mill-ġdid.

4.

Tabella 1_istituzzjonijiet ta’ kreditu (stokks) tirrifletti t-Tabella 1 tar-Regolament BĊE/2001/13 ta’ kull xahar li tikkorrispondi, bl-eċċezzjoni tal-partita ‘ishma/unitajiet tal-FSM’ fuq in-naħa tal-passività tal-karta ta’ bilanċ.

5.

Tabella 2_istituzzjonijiet ta’ kreditu (stokks) tirrifletti t-Tabella 2 tar-Regolament BĊE/2001/13 ta’ kull tliet xhur li tikkorrispondi.

6.

Tabella 4_istituzzjonijiet ta’ kreditu (stokks) tirrifletti t-Tabella 4 tar-Regolament BĊE/2001/13 ta’ kull tliet xhur li tikkorrispondi

7.

L-erba’ tabelli li jibqa’ li għandhom x’jaqsmu mad-data ta’ aġġustament huma rrapportati skond il-metodoloġija stabbilita fl-Anness X.”

(c)

Fl-Appendiċi 2, Stokks, it-tabella 4 (istituzzjonijiet ta’ kreditu (stokks)) hija mibdula b’li ġej:

“TABELLA 4

Istituzzjonijiet ta’ kreditu (stokks)

Partiti tal-karti ta’ bilanċ

Il-muniti kollha flimkien

Euro

Muniti oħra ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE

Muniti oħra (tinkludi muniti oħra ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE għajr DKK, SEK, GBP)

CZK

DKK

EEK

CYP

LVL

LTL

HUF

MTL

PLN

SIT

SKK

SEK

GBP

Total (5)

USD

JPY

CHF

Il-bqija tal-muniti flimkien (5)

PASSIVITÀ

Depożiti

A.   Domestiċi

minn IFM

Tabella 1

Tabella 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

minn mhux IFM

Tabella 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.   Stati Membri parteċipanti oħra

minn IFM

Tabella 1

Tabella 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

minn mhux IFM

Tabella 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ċ.   Bqija tad-dinja

sa sena

Tabella 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sena

Tabella 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

minn banek

Tabella 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

minn mhux banek

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Titoli ta’ dejn maħruġin

Tabella 1

Tabella 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kapital u riservi

Tabella 1

 

Bqija tal-passività

Tabella 1

 

ASSI

Self

A.   Domestiċi

lil IFM

Tabella 1

 

lil mhux IFM

Tabella 1

Tabella 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.   Stati Membri parteċipanti oħra

lil IFM

Tabella 1

 

lil mhux IFM

Tabella 1

Tabella 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ċ.   Bqija tad-dinja

sa sena

Tabella 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sena

Tabella 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

lil banek

Tabella 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

lil mhux banek

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Titoli għajr ishma

A.   Domestiċi

maħruġin mill-IFM

Tabella 1

Tabella 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

maħruġin minn mhux IFM

Tabella 1

Tabella 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.   Stati Membri parteċipanti oħra

maħruġin mill-IFM

Tabella 1

Tabella 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

maħruġin minn mhux IFM

Tabella 1

Tabella 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ċ.   Bqija tad-dinja

maħruġin minn banek

Tabella 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

maħruġin minn mhux banek

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ishma/unitajiet tal-FSM

A.

Domestiċi

Tabella 1

 

B.

Stati Membri parteċipanti oħra

Tabella 1

 

Ċ.

Bqija tad-dinja

Tabella 1

 

Bqija ta’ l-attività

Tabella 1

 

4.

L-Anness VII huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu introduttorju li ġej huwa mdaħħal wara t-titlu tas-Sezzjoni 2:

“Id-definizzjonijiet ta’ l-aggregati monetarji taż-żona tal-euro huma bbażati fuq definizzjoni armonizzata tas-setturi ta’ ħruġ tal-flus u ta’ żamma tal-flus kif ukoll fuq kategoriji armonizzati tal-passività ta’ l-IFM. Is-settur taż-żamma tal-flus jinkludi r-residenti kollha mhux IFM fiż-żona ta’ l-euro, għajr is-settur tal-gvern ċentrali. Għalhekk, għall-għanijiet tal-kompilazzjoni ta’ l-aggregati monetarji, il-partita ‘karti tal-flus u muniti ta’ l-euro miżmuma mill-gvern ċentrali’ hija rrapportata bħala partita tal-memorandum ta’ prijorità għolja. Il-BĊE se jaċċetta stimi li jużaw data disponibbli (eż. data annwali u/jew ta’ kull tliet xhur tal-kontijiet finanzjarji ta’ l-unjoni monetarji). Din il-partita għandha tiġi rrapportata fuq bażi ta’ kull xahar u bl-istess perjodiċità ta’ l-istatistiċi tal-karta ta’ bilanċ ta’ l-IFM mandatarji ta’ kull xahar skond ir-Regolament BĊE/2001/13.”

(b)

Is-Sezzjoni 2.2 hija mibdula b’li ġej:

“2.2   Ishma tal-gvern ċentrali ta’ strumenti maħruġin mill-IFM taż-żona ta’ l-euro

Titoli ta’ dejn u ishma tal-fondi tas-swieq monetarji maħruġin mill-IFM taż-żona ta’ l-euro u miżmumin mill-gvern ċentrali.”

5.

L-Anness X huwa emendat kif ġej:

(a)

In-nota tal-qiegħ tal-paġna 4 hija mibdula b’li ġej:

“4

Ippubblikata l-ewwel mill-BĊE f’Diċembru 1999.”

(b)

Il-paragrafu 10.1 huwa mibdul b’li ġej:

“10.1

Il-valur transazzjonali ta’ depożiti/self (Regolament BĊE/2001/13, Anness I, Parti 2, Tabella A, partiti 2 and 9) jirrappreżenta l-ammont li IFM tirċievi (bħala depożitu) jew tipprovdi (bħala self), għajr drittijiet eċċ (7). Il-valur ta’ transazzjoni jeskludi l-imgħax dovut li huwa riċevibbli (fuq self) jew pagabbli (fuq depożiti) iżda li jkun għadu ma ġiex riċevut jew imħallas. Minflok, l-imgħax dovut fuq is-self/depożiti huwa rreġistrat taħt ‘bqija ta' l-attività’ jew ‘bqija tal-passività’, hekk kif addattat. (7a)

(7)  Madankollu, huwa rikonoxxut li l-kanċellamenti assoċjati mat-transazzjonijiet mhumiex irrapportati dejjem; dan jimplika devjazzjoni minn dan il-prinċipju li hija aċċettata fir-Regolament BĊE/2001/13 u n-noti ta’ gwida għalih."

(7a)  Ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-valutazzjoni statistika ta’ self u depożiti jinsabu fl-Anness I, Part 1, Sezzjoni III, paragrafi 15 u 16 (data ta’ kull xahar) u Anness I, Parti 1, Sezzjoni IV, paragrafu 10 (data ta’ kull tliet xhur) għal Regolament BĊE/2001/13.”"

(c)

Il-paragrafi 26 u 27 huma rrevokati.

(d)

Il-paragrafu 51.1 huwa mibdul b’li ġej:

“51.1

L-ewwel pass huwa li jiġu identifikati l-bilanċi ddenominati f’kull waħda mill-muniti barranin prinċipali (USD, JPY u CHF) u fil-muniti ta’ Stati Membri ta’ l-UE mhux parteċipanti (14). Minħabba li analiżi separata munita b’munita hija disponibbli biss fuq bażi ta’ kull tliet xhur (fit-tmiem tal-perjodi ta’ tliet xhur), l-analiżi ta’ l-aħħar tax-xahar hija kkalkolata billi jintużaw proporzjonijiet miksubin minn data disponibbli għat-tmiem tal-perjodu ta’ tliet xhur preċedenti.

(14)  Ma jsir ebda aġġustament għal bilanċi ddenominati fil-bqija tal-muniti. Id-data fuq USD, JPY u CHF ġiet irrapportata skond it-Tabella 5 tar-Regolament BĊE/1998/16 ta’ l-1 ta’ Diċembru 1998 dwar il-karta ta’ bilanċ konsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji ĠU L 356, tat-30.12.1998, p. 7, sa minn Diċembru 1998 u fuq bażi volontarja mill-BĊN billi ntużaw sorsi ta’ data nazzjonali oħra sa minn Settembru 1997. Data fuq il-GBP ġiet irrapportata lill-BĊE mill- BĊN fuq bażi volontarja sa minn Awissu 2001, fejn tista’ tkun inkluża data antika, bi struttura simili għar-rapportar ta’ muniti oħra fit-Tabella 4 tar-Regolament BĊE/2001/13 u minn Jannar 2003 bħala parti mit-Tabella 4 tar-Regolament BĊE/2001/13. Il-BĊE jikkalkula l-aġġustament tal-munita barranija għall-bqija tal-muniti ta’ Stati Membri ta’ l-UE ukoll.”"

(e)

Paragrafu 51.3 huwa mibdul b’li ġej:

“51.3

Huwa mifhum li d-daqs tal-muniti għajr l-euro (USD, JPY, CHF u l-muniti ta’ Stati Membri ta’ l-UE mhux parteċipanti) fil-karta ta’ bilanċ ta’ l-IFM huwa żgħir. Barra minn hekk, data dettaljata munita b’munita hija disponibbli biss fir-rigward ta’ l-analiżi limitata tar-Regolament BĊE/2001/13, Anness I, Parti 2, Tabella 4. Sabiex tingħeleb din id-diffikultà, huma applikati l-istess proporzjonijiet tal-munita kkalkolati fir-rigward tal-partiti f’din it-Tabella għall-analiżi aktar dettaljata li tinsab fl-Anness I, Parti 2, Tabella 1.”

(f)

Paragrafu 55 huwa mibdul b’li ġej:

“55

Aġenti ta’ rapportar huma soġġetti għal ħtieġa ta’ rapportar iffurmata mill-‘ħtiġijiet minimi’ identifikati fir-Regolament BĊE/2001/13, Anness I, Parti 2, Tabella 1A, għalkemm il-BĊN mhumiex permessi jiġbru data addizzjonali mhux koperta mill-‘ħtiġijiet minimi’. Fi kwalunkwe każ, il-BĊN jikkompilaw sett sħiħ ta’ data sabiex jintbagħat lill-BĊE skond it-Tabella 5, kolonna E. F’dan il-proċess, il-BĊN jista’ jeħtieġ li jikkalkula u/jew jistma l-aġġustamenti fir-rigward ta’ xi wħud mill-analiżi mhux irrapportati mill-IFM minħabba li mhumiex meqjusin bħala ‘ħtiġijiet minimi’. Il-kontroparti ta’ l-aġġustament tal-kanċellamenti/żvalutazzjonijiet tkun waħda jew l-oħra tal-partiti ‘kapital u riservi’/‘bqija tal-passività’, skond il-prattiċi tal-kontabilità nazzjonali.”

(g)

Paragrafu 62 huwa mibdul b’li ġej:

“62

Fuq in-naħa tal-passivi tal-karta tal-bilanċ, il-valutazzjonijiet mill-ġdid jistgħu jiġu rrapportati wkoll fir-rigward tat-titoli ta’ dejn maħruġin. Madankollu, f’dan ir-rigward, ma hija introdotta ebda bidla fl-obbligi ta’ rapportar ta’ l-IFM, minħabba li valutazzjoni mill-ġdid tal-prezz tat-titoli tas-sigurtà maħruġin tibqa’ barra mill-‘ħtiġijiet minimi’ stabbiliti fir-Regolament BĊE/2001/13.”

(h)

Is-Sezzjoni 4.5 “Perjodu transizzjonali fuq l-aġġustament ta’ valutazzjoni mill-ġdid” hija mħassra.

(i)

Is-Sezzjoni 5.3 li ġejja hija miżjuda:

“5.3   Partiti tal-memorandum

87

Il-flussi huma kkalkolati wkoll fir-rigward ta’ partiti tal-memorandum ta’ perjodi ta’ tliet xhur għall-kompilazzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta’ l-unjoni monetarja taż-żona ta’ l-euro. Sabiex ma jkunx hemm żjieda fil-piż ta’ rapportar dawn il-partiti tal-memorandum ġew integrati fil-qafas statistiku eżistenti għall-produzzjoni regolari ta’ statistiċi monetarji u bankarji. Għal din ir-raġuni, aġġustamenti ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid u valutazzjoni mill-ġdid huma kkalkolati fir-rigward ta’ dawn il-partiti tal-memorandum. Dawn id-data huma rrapportati kif stabbilit fit-Tabella 5a.”

(j)

Fl-Appendiċi 1, ġie mdaħħal il-paragrafu 16a:

“Perjodu transizzjonali dwar l-aġġustament ta’ valutazzjoni mill-ġdid

16a

Regolament BĊE/2001/13 stabbilixxa li, għal perjodu transizzjonali ta’ 12-il xahar, il-ħtiġijiet ta’ kanċellamenti/żvalutazzjonijiet ta’ self u valutazzjonijiet mill-ġdid tal-prezz fuq data tat-titoli jistgħu jiġu rrapportati lill-BĊE b’dewmien ta’ xahar ieħor mill-għeluq tan-negozju fil-15-il jum ta’ xogħol mit-tmiem tax-xahar li għandha x’taqsam miegħu id-data. Madankollu, il-BĊN li applikaw id-dispożizzjoni transizzjonali baqgħu jibagħtu data fuq is-serje ta’ aġġustamenti ta’ valutazzjoni mill-ġdid ta’ kull xahar li qabel kienu koperti mil-Linjagwida BĊE/2002/5 bl-istess perjodiċità tas-serje ta’ l-istokk li tikkorrispondi. Kellhom l-għażla li jipprovdu data proviżorja jew stmata li mbagħad kienet tiġi riveduta fit-trasmissjoni tad-data ta’ kull xahar ta’ wara.”

(k)

It-Tabella 5a li ġejja hija miżjuda:

“TABELLA 5A

Speċifikazzjoni dettaljata tad-data tal-flussi ta’ kull tliet xhur għall-kompilazzjoni tal-MUFA — partiti tal-memorandum

BĊE R = Data ta’ Regolament tal-BĊE

BĊE G = Data ta’ Linjagwida tal-BĊE

BĊN = Data addizzjonali fornuta mill-BĊN

BĊE = Data kkalkolata mill-BĊE

BĊE kodiċi R (ara Tabella 2)

Karta ta’ bilanċ fl-aħħar tax-xahar ta’ rappurtar

Karta ta’ bilanċ fl-aħħar tax-xahar ta’ qabel

Klassifikazzjonijiet mill-ġdid u aġġustamenti oħra (+/–)

Aġġustament fir-rata tal-kambju (+/–)

Aġġustament fir-valutazzjoni mill-ġdid (+/–)

Flussi (+/–)

A

B

C

D

E

F = [A – B] – C – D – E

PASSIVI

14   Bqija tal-passività

Ekwità netta ta’ djar f’fondi tal-pensjoni riservi

D. -

Mhux allokata

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

ASSI

3   Titoli għajr ishma (il-muniti kollha)

sa sena

A. -   

Domestiċi — mhux IFM

---

Gvern ċentrali

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

B. -   

SM parteċipanti oħra — mhux IFM

---

Gvern ċentrali

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

Ċ. -

Bqija tad-dinja

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

aktar minn sena

A. -   

Domestiċi — mhux IFM

---

Gvern ċentrali

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

B. -   

SM parteċipanti oħra — mhux IFM

---

Gvern ċentrali

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

Ċ. -

Bqija tad-dinja

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

3e   Titoli mhux ishma (Euro)

sa sena

A. -   

Domestiċi — mhux IFM

---

Gvern ċentrali

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

B. -   

SM parteċipanti oħra — mhux IFM

---

Gvern ċentrali

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

Ċ. -

Bqija tad-dinja

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

aktar minn sena

A. -   

Domestiċi — mhux IFM

---

Gvern ċentrali

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

B. -   

SM parteċipanti oħra — mhux IFM

---

Gvern ċentrali

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

Ċ. -

Bqija tad-dinja

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

5   Ishma u ekwità oħra

Ishma kkwotati

A. -

Domestiċi

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

B. -

SM parteċipanti oħra

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

Ċ. -

Bqija tad-dinja

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

Ishma tal-fondi ta’ investiment (mhux FSM)

A. -

Domestiċi

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

B. -

SM parteċipanti oħra

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

Ċ. -

Bqija tad-dinja

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE

7   Bqija ta’ l-attività

Ħlas minn qabel ta’ primjums fuq l-assigurazzjoni u riservi għal talbiet pendenti

D. -

Mhux allokata

- -

BĊE G

BĊE G

BĊE G

BĊE

BĊE G

BĊE”

6.

Anness XV huwa emendat kif ġej:

(a)

Is-sezzjoni intitolata “Rapportar regolari tad-data” hija mibdula b’li ġej:

“L-istatistiċi tal-bażi ta’ riserva fihom sitt serje temporali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirreferu għall-figuri ta’ l-aħħar tax-xahar li għandhom jiġu trasmessi lill-BĊE, fuq bażi ta’ kull xahar, mhux aktar tard mil-jum tan-negozju tal-BĊN ta’ qabel il-bidu tal-perijodu ta’ manteniment, permezz tas-sistema ta’ skambju ta’ data tas-SEBĊ. Istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-tail (iġifieri dawk eżentati minn rapportar sħiħ ta’ kull xahar) jirrapportaw analiżi limitata lill-BĊE fuq bażi ta’ kull tliet xhur. Għal dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu tat-tail, jintużaw statistiċi ssimplifikati tal-bażi ta’ riserva għal tliet perjodi ta’ manteniment ta’ riserva, u l-BĊN jinkludu data għal istituzzjonijiet ta’ kreditu tat-tail skond l-iskeda ta’ rapportar tagħhom (5).

(5)  Il-BĊN jużaw id-data tal-bażi ta’ riserva ta’ kull tliet xhur mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fit-tail għal figuri ta’ kull xahar irrapportati lill-BĊE fit-tliet trasmissjonijiet ta’ data wara li jiġu ppubblikati.”"

(b)

Is-sezzjoni intitolata “Politika ta’ reviżjoni” hija mibdula b’li ġej:

“Reviżjonijiet mill-istituzzjonijet ta’ rapportar lill-bażi ta’ riserva/ħtiġijiet ta’ riserva li jseħħu wara li jkun beda l-perjodu ta’ manteniment (reviżjonijiet tard), ma għandhomx iwasslu għal reviżjonijiet għall-istatistiċi fuq il-bażi ta’ riserva u fuq il-ħtiġijiet ta’ riserva.”

7.

Fl-Anness XVI, is-sezzjoni intitolata “Rapportar regolari tad-data” hija mibdula b’li ġej:

“It-tliet serje temporali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirreferu għall-istokks ta’ l-aħħar tax-xahar, huma trasmessi lill-BĊE fi frekwenza ta’ kull xahar, mill-jum ta’ negozju tal-BĊN ta’ qabel il-bidu tal perijodu ta’ manteniment.

Is-serje huma trasmessi anki jekk il-BSI relatati mhumiex applikabbli fl-Istat Membru, sabiex ikun jista’ jsir trattament konsistenti tal-partiti fil-qafas tal-karta ta’ bilanċ konsolidata (3).

(3)  Ir-rapportar korrett tal-KBBI mhux applikabbli huwa deskritt fl-Anness XIII.”"

8.

L-Anness XIX huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel paragrafu tas-Sezzjoni 2 “Qafas kunċettwali u ġbir ta’ data” huwa mibdul b’li ġej:

“Dijagramma 1 tagħti fil-qosor il-qafas kunċettwali li fi ħdanu, il-BĊN jissottomettu statistiċi li għandhom x’jaqsmu mat-titoli lill-BĊE. Id-distinzjoni prinċipali hija fuq il-bażi tar-residenza tal-mittent (2). Il-BĊN jirrapportaw il-kwistjonijiet kollha. It-12-il BĊN ta’ l-Ewrosistema flimkien ikopru l-kwistjonijiet kollha mir-residenti taż-żona ta’ l-ewro. Il-Bank għas-Saldi Internazzjonali (BIS) jirrapporta kwistjonijiet mill-‘Bqija tad-dinja’ (minn hawn iżjed ’il quddiem RoW), filwaqt li jgħaddi lir-residenti mhux taż-żona ta’ l-euro, dawk il-kwistjonijiet tar-residenti ta’ kull wieħed mill-Istati Membri mhux parteċipanti li mhumiex parti mill-pajjiżi l-oħra tal-RoW (3).

(2)  Definita fis-Sezzjoni 3."

(3)  Ir-rapportar mill-BIS huwa inkluż f’din il-Linjagwida kull meta jkun hemm bżonn għal raġunijiet ta’ sħuħija u ċarezza. Madankollu, din il-Linjagwida mhijiex indirizzata lill-BIS.”"

(b)

Dijagramma 1 hija mibdula b’li ġej:

“Dijagramma 1: Taqsira tal-qafas kunċettwali

Kwistjonijiet relatati mat-titoli

 

Minn residenti taż-żona tal-euro

(kull BĊN li jirrapporta fuq ir-residenti domestiċi tiegħu)

Minn residenti tal-RoW

(BIS/BĊN)

BE

DE

GR

ES

FR

IE

IT

LU

NL

AT

PT

FI

Stati Membri mhux parteċipanti

Pajjiżi oħra

F’denominazzjonijiet ta’ l-euro/nazzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Blokk A

Blokk B

 

 

 

 

 

 

F’muniti oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Blokk D

mhuwiex meħtieġ”

Blokk C

 

 

 

 

(c)

L-ewwel paragrafu tas-Sezzjoni 6.2 “Ħtiġijiet ta’ Rapportar” huwa mibdul b’li ġej:

“Għal data storika ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 1999, ‘denominazzjonijiet ta’ l-euro/nazzjonali’ li hemm referenza għalihom fl-ECU u għall-muniti nazzjonali ta’ l-Istati Membri parteċipanti. Sa mill-1 ta’ Jannar 1999, kienet tirreferi għall-euro u għad-denominazzjonijiet nazzjonali tagħha. ‘Muniti oħra’ tirreferi għall-muniti l-oħra kollha, inklużi l-muniti nazzjonali ta’ Stati Membri mhux parteċipanti.”

(d)

Sezzjoni 10.1 hija mibdula b’li ġej:

“10.1   Valutazzjoni tal-prezz

Stokks u flussi ta’ ishma kkwotati huma rrapportati fil-valur tas-suq, stokks u flussi ta’ titoli ta’ dejn mhux ishma fil-valur li jidher. Issir eċċezzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ l-istokks u flussi ta’ titoli ta’ dejn mhux ishma fil-valur li jidher fir-rigward ta’ bonds skontati sewwa u bonds mingħajr kupun, fejn il-ħruġ huwa rreġistrat bl-ammont effettiv imħallas, iġifieri, il-prezz skontat fil-ħin tax-xiri u l-fidi mal-maturità fil-valur. L-ammonti pendenti ta’ bonds skontati sewwa u bonds mingħajr kupun huma l-ammont effittiv imħallas miżjud bl-imgħax dovut kif muri taħt. Fidi bikri jiġi rreġistrat fil-valur li jidher ta’ l-ammont effettiv imħallas miżjud bl-imgħax dovut hekk kif ikun fil-ħin tal-fidi.

Formula

fejn

A

=

ammont effettiv imħallas u imgħax dovut

E

=

valur effettiv (ammont imħallas fl-ħin tal-ħruġ)

P

=

valur hekk kif jidher (imħallas sa l-aħħar tal-maturità)

T

=

żmien sal-maturità mid-data tal-ħruġ (f’jiem)

t

=

żmien mid-data tal-ħruġ (f’jiem)

Ċerti differenzi fil-proċedura tal-valutazzjoni tal-prezz użata madwar il-pajjiżi huma aċċettati. Kull pajjiż li jirrapporta jispeċifika fid-dettall fin-noti ta’ spjega, il-proċedura ta’ valutazzjoni wżata għal 1) titoli ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir; 2) titoli ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien twil; 3) bonds skontati; u 4) ishma kkwotati. Jekk il-valutazzjoni tkun differenti għall-istokks u għall-flussi, din tiġi spjegata wkoll.

Il-valutazzjoni tal-prezz skond l-ESA 95, li teħtieġ għal titoli ta’ dejn u ishma li l-flussi jiġu rreġistrati fil-valur tat-transazzjoni u l-istokks fil-valur tas-suq, mhijiex applikata f’dan il-kuntest.

Ir-regoli ta’ valutazzjoni eżistenti tal-BIS huma valur tal-wiċċ għal titoli ta’ dejn u joħorġu prezz għal ishma kkwotati. Għal bonds skontati sewwa u bonds mingħajr kupun, l-imgħax dovut jiġi kkalkolat fejn dan jista’ jsir mill-BĊN li jirrapporta.”

(e)

It-tieni parti tat-tieni paragrafu tas-Sezzjoni 10.2 “Rapportar tal-valutazzjoni tal-munita u tar-rata tal-kambju” hija mibdula b’li ġej:

“Ħruġ gross u fidi għandhom jiġu maqlubin f’denominazzjonijiet ta’ l-euro/nazzjonali li jużaw ir-rata tal-kambju medjana tas-suq li tkun predominanti fil-ħin tal-ħlas. Jekk ma jkunx possibbli li tiġi identifikata r-rata tal-kambju preċiża applikabbli għall-kambju, tista’ tintuża rata tal-kambju li tkun kemm jista’ jkun qrib ir-rata medjana tas-suq fil-ħin tal-ħlas.”

(f)

Sezzjoni 13.1.2 hija mibdula b’li ġej:

“13.1.2   Dimensjoni Nru 2: Żona ta’ referenza (REF_AREA; tul: żewġ ittri)

Din id-dimensjoni tirrappreżenta l-pajjiż ta’ residenza tas-settur mittent (48). Il-lista tal-kodiċi assoċjata ma’ dan il-kunċett hija CL_AREA_EE. Subsett biss tal-valuri huwa wżat sabiex jiddefinixxi ż-żona ta’ referenza għall-familja tal-kodiċi tal-ħruġ ta’ titoli, minħabba li l-pajjiżi tal-ħruġ huma l-Istati Membri ta’ l-UE u l-RoW.

(48)  Għall-BĊN, il-pajjiż ta’ residenza tas-settur tal-ħruġ huwa l-pajjiż ta’ residenza tal-BĊN.”"

(g)

Sezzjoni 13.1.7 hija mibdula b’li ġej:

“13.1.7   Dimensjoni Nru 7: Munita ta’ transazzjoni (CURRENCY_TRANS; tul: tliet ittri)

Din id-dimensjoni tiddeskrivi l-munita li fiha jinħarġu t-titoli u hija assoċjata mal-lista tal-kodiċi CL_CURRENCY. Għall- familja tal-kodiċi tal-ħruġ ta’ titoli, jintuża subsett biss tal-valuri mil-lista tal-kodiċi. Titoli maħruġin f’euro jew fid-denominazzjonijiet nazzjonali tagħha huma rrapportati mad-dimensjoni tal-munita EUR (49), filwaqt li titoli maħruġin f’muniti oħra mhux euro huma rrapportati b’Z06. Valuri addizzjonali (eż. DKK, SEK, GBP) huma diġà nklużi fil-lista tal-kodiċi minħabba li dawn jistgħu jkunu meħtieġa għat-trasmissjoni tad-data minn Stati Membri mhux parteċipanti.

(49)  Dan huwa konsistenti ma’ l-istatistiċi tal-karta ta’ bilanċ.”"

(h)

Is-Sezzjoni 13.1.9 hija mibdula b’li ġej:

“13.1.9   Dimensjoni Nru 9: Suffiss tas-serje fil-kuntest tat-titoli (SEC_SUFFIX; tul: karattru wieħed)

Din id-dimensjoni ġiet imfassla apposta sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-familja tal-kodiċi tal-ħruġ tat-titoli skond metodu fuq perjodu ta’ żmien qasir. F’dan il-kuntest, tippermetti żviluppi ġodda jew estensjonijiet speċifiċi għal statistiċi tal-ħruġ tat-titoli li jistgħu jkunu meħtieġa fil-futur. Iż-żewġ valuri (P) ‘perċentwali’ u (Z) ‘mhux speċifikat’ qegħdin jintużaw fil-preżent għal din il-familja tal-kodiċi, marbutin mal-lista tal-kodiċi CL_SEC_SUFFIX.”

(i)

Fl-Appendiċi 1, is-Sezzjoni 13 hija mibdula b’li ġej:

13.   Stima tal-kopertura għal kull strument maħruġ mir-residenti domestiċi: Il-BĊN jagħtu stimi nazzjonali tal-kopertura tat-titoli għal kull kategorija ta’ ħruġ minn residenti domestiċi, iġifieri, ħruġ ta’ titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir, u ishma kkwotati f’munita lokali, mhux euro/denominazzjonijiet nazzjonali inkluż l-ECU, u muniti oħra. L-istimi għall-‘kopertura f’%’ jindikaw is-sehem tat-titoli kopert f’kull kategorija ta’ strument bħala perċentwali tal-ħruġ totali (magħmul kemm minn ħruġ domestiku kif ukoll minn ħruġ internazzjonali), li idejalment għandu jiġi rrapportat taħt l-intestatura relevanti billi jiġu segwiti r-regoli ta’ rapportar. F’ ‘kummenti’ jistgħu jingħataw deskrizzjonijiet qosra. Il-BĊN jindikaw ukoll kull tibdil fil-kopertura bħala riżultat ta’ l-unjoni monetarja.

 

Kopertura f’%

Kummenti

Ħruġ f’euro/denominazzjonijiet nazzjonali

Denominazzjoni lokali

STS

 

 

LTS

 

 

QUS

 

 

Euro/denominazzjonijiet nazzjonali barra mill-munita lokali, inkluża l-ECU

STS

 

 

LTS

 

 

F’muniti oħra

STS

 

 

LTS

 

 

STS

=

titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir mhux ishma

LTS

=

titoli fuq perjodu ta’ żmien twil mhux ishma

QUS

=

ishma kkowtati”

9.

L-Anness XX huwa emendat kif ġej:

(a)

Fis-Sezzjoni 4.1, id-Dimensjoni Nru 2 hija mibdula b’li ġej:

“Dimensjoni Nru 2: Żona ta’ referenza (REF_AREA; tul: żewġ karattri)

Din id-dimensjoni tirrappreżenta l-pajjiż ta’ residenza ta’ l-istituzzjoni ta’ rapportar. Il-lista tal-kodiċi assoċjata CL_AREA_EE fiha l-lista tal-pajjiż ta’ l-ISO standard. Is-subsett tal-valur tal-kodiċi wżat fil-familja tal-kodiċi BĊE_MIR1 jikkorrispondi għall-Istati Membri taż-żona ta’ l-euro.”

(b)

Fis-Sezzjoni 4.2.2, “Attributi fil-livell tas-serje temporali”, “Obbligatorji”, l-ewwel paragrafu huwa mibdul b’li ġej:

“ĠBIR (lista tal-kodiċi: CL_COLLECTION): Dan l-attribut jipprovdi spjega taż-żmien meta ġew miġbura l-osservazzjonijiet (eż. bidu, nofs jew tmiem ta’ perjodu) jew indikazzjoni ta’ jekk id-data hijiex il-medja fuq xahar jew osservazzjoni ta’ l-aħħar tax-xahar. Sakemm il-BĊN ma jgħidux mod ieħor, il-BĊE jistabbilixxi l-attribut ‘ġbir’ b’default għal ‘E’ (= tmiem ta’ perjodu) għal rati ta’ imgħax ta’ l-IFM fuq ammonti pendenti, u għal ‘A’ (= medja ta’ osservazzjonijiet fuq perjodu) għal rati ta’ imgħax ta’ l-IFM fuq negozju ġdid. Għal volumi ta’ negozju fuq ammonti pendenti id-default għall-attribut ‘ġbir’ huwa ‘E’ ukoll (= tmiem tal-perjodu), filwaqt li volumi ta’ negozju ġdid huma murija bħala 4‘S’ (= total ta’ osservazzjonijiet fuq perjodu).”

(c)

Is-Sezzjoni 4.2.3 hija mibdula b’li ġej:

“4.2.3   Attributi fil-livell ta’ osservazzjoni

Obbligatorji:

OBS_STATUS (5) (lista tal-kodiċi: CL_OBS_STATUS): Il-BĊN jirrapportaw valur ta’ status ta’ osservazzjoni mehmuż ma’ kull osservazzjoni skambjata. Dan l-attribut huwa mandatorju u għandu jiġi pprovdut ma’ kull trasmissjoni ta’ data għal kull osservazzjoni individwali. Meta l-BĊN jirrevedu l-valur ta’ dan l-attribut, kemm il-valur ta’ osservazzjoni (anki jekk mhux mibdul) kif ukoll il-marka indikattiva ta’ l-istatus ta’ osservazzjoni l-ġdid jiġu trasmessi mill-ġdid.

Il-lista ta’ hawn taħt tispeċifika l-valuri mistennija (skond il-ġerarkija miftehma) għal dawn l-attributi għall-għanijiet ta’ l-istatistiċi tal-MIR:

‘A’

=

valur normali,

‘B’

=

valur ta’ l-interruzzjoni,

‘M’

=

id-data ma teżistix (għal data mhux applikabbli, eż. meta kategorija ta’ strument mhijiex applikabbli fil-livell nazzjonali) (6),

‘P’

=

valur proviżorju (7),

‘E’

=

valur stmat.

Kondizzjonali:

OBS_CONF (5) (lista tal-kodiċi: CL_OBS_CONF): Jekk BĊN ikun irid jagħmel differenza bejn l-istatus tal-kunfidenzjalità ta’ osservazzjoni speċifika waħda jew aktar, jista’ juża l-attribut ‘kunfidenzjalità ta’ l-osservazzjoni’. Il-valur ta’ dan l-attribut (jekk addattat) jista’ jiġi mmodifikat meta d-data tiġi trasmessa minn min jibgħat l-informazzjoni. Meta dan l-attribut ma jkunx stabbilit, ma jiġu ssoponuti ebda restrizzjonijiet fuq il-kunfidenzjalità (OBS_CONF = ‘F’ (ħielsa)).

OBS_PRE_BREAK (5) (mhux ikkodifikata): Dan l-attribut fih il-valur ta’ osservazzjoni ta’ qabel l-interruzzjoni, li hija field numerika bħall-osservazzjoni. Jiġi pprovdut meta sseħħ qasma fis-serje (u l-istatus ta’ osservazzjoni jiġi ffissat għal ‘B’).

OBS_COM (mhux ikkodifikata): Dan l-attribut jista’ jintuża sabiex jipprovdi kummenti testwali (test ta’ mhux aktar minn 350 karattru) fil-livell ta’ osservazzjoni (eż. Jiddeskrivi l-istima jew is-suppożizzjoni magħmula għal osservazzjoni speċifika minħabba nuqqas ta’ data, jispjega r-raġuni għal osservazzjoni mhux normali li tista’ sseħħ jew jagħti dettalji ta’ bidla fis-serje temporali rrapportati).

(5)  L-erba’ oġġetti, valur ta’ osservazzjoni flimkien ma’ OBS_STATUS, OBS_CONF u OBS_PRE_BREAK huma ttrattati bħala entità waħda. Dan ifisser li l-BĊN huma obbligati jibagħtu l-informazzjoni kumplimentari kollha għal osservazzjoni. (Meta l-attributi mhumiex irrapportati, il-valuri preċendenti tagħhom jiġu kkanċellati u l-valuri default jinkitbu minflokhom.)"

(6)  Meta, minħabba l-prattiċi tas-suq lokali jew minħabba l-qafas legali, serje temporali (jew parti minnha) ma tkunx applikabbli (il-fenomenu bażi ma jkunx jeżisti), jiġi rrapportat valur nieqes (‘-’) bi status ta’ osservazzjoni ‘M’. Osservazzjoni nieqsa qatt ma għandha tiġi rrapportata bħala ‘żero’, minħabba li żero huwa valur numeriku li jindika rata ta’ imgħax preċiża jew li jindika ebda volum ta’ negozju."

(7)  Dawn l-osservazzjonijiet jieħdu valuri definiti (status ta’ osservazzjoni ‘A’) f’fażi aktar tard. Il-valuri riveduti l-ġodda jinkitbu minflok l-osservazzjonijiet proviżorji preċedenti.”"

(5)  L-erba’ oġġetti, valur ta’ osservazzjoni flimkien ma’ OBS_STATUS, OBS_CONF u OBS_PRE_BREAK huma ttrattati bħala entità waħda. Dan ifisser li l-BĊN huma obbligati jibagħtu l-informazzjoni kumplimentari kollha għal osservazzjoni. (Meta l-attributi mhumiex irrapportati, il-valuri preċendenti tagħhom jiġu kkanċellati u l-valuri default jinkitbu minflokhom.)"

(5)  L-erba’ oġġetti, valur ta’ osservazzjoni flimkien ma’ OBS_STATUS, OBS_CONF u OBS_PRE_BREAK huma ttrattati bħala entità waħda. Dan ifisser li l-BĊN huma obbligati jibagħtu l-informazzjoni kumplimentari kollha għal osservazzjoni. (Meta l-attributi mhumiex irrapportati, il-valuri preċendenti tagħhom jiġu kkanċellati u l-valuri default jinkitbu minflokhom.)"


(5)  Muniti oħra ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE (minbarra DKK, SEK, GBP) huma nklużi taħt din il-kolonna.”


ANNESS II

"ANNESS VI

INDIKATURI FINANZJARJI STRUTTURALI

SKEMA TA’ RAPPORTAR U STRUZZJONIJIET GĦALL-KOMPILAZZJONI

Introduzzjoni

1.

Sabiex iwettaq analiżi regolari ta’ l-istrutturi bankarji fl-Unjoni Ewropea (UE), il-Kumitat tas-Sorveljanza Bankarja jeħtieġ data sabiex jikkompila numru ta’ indikaturi strutturali. Il-lista ta’ indikaturi strutturali fiha 29 serje. Tnax minn dawn is-serje jistgħu jiġu kkompilati fuq il-bażi ta’ data diġà disponibbli fi ħdan il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Jistgħu jiġu kkompilati 14-il indikatur ieħor billi tintuża biss data addizzjonali miġbura mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) filwaqt li t-tliet indikaturi li jibqa’, jiġu kkompilati mill-Grupp tax-Xogħol dwar l-Iżviluppi Bankarji billi jintużaw sorsi oħra mhux armonizzati.

2.

Dan l-Anness jipprovdi skema ta’ rapportar u struzzjonijiet għall-kompilazzjoni għall-14-il indikatur ikkompilati billi tintuża d-data mill-BĊN. Dan il-ġbir ta’ data huwa bbażatat fuq l-informazzjoni diġà disponibbli fi ħdan is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ).

3.

Il-lista sħiħa ta’ indikaturi hija stabbilita taħt. Dawk l-indikaturi li għandhom jiġu prodotti li jużaw data addizzjonali fornuta mill-BĊN huma enfażizzati b’tipa aktar skura.

TABELLA 1

Indikaturi strutturali analizzati skond il-kategorija tas-sors tad-data

N

Sors tad-data

Nru ta’ indikaturi

Deskrizzjoni

1

BĊE u SDC Platinum™ (immarkata bi *)

12

1.

Numru ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (IK)

4.

Numru ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet domestiċi (M & A) li jinvolvu l-IK*

7.

L-attività totali ta’ l-IK

8.

Is-self totali ta’ l-IK lil mhux IK

9.

Depożiti totali ta’ l-IK minn mhux IK

11.

Ħruġ gross ta’ titoli ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien twil minn kumpanniji mhux finanzjarji

12.

Ħruġ gross ta’ titoli ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir minn kumpanniji mhux finanzjarji

13.

Valur tas-suq ta’ l-azzjonijiet kkwotati

14.

Attività totali ta’ l-operaturi ta’ titoli u derivati

16.

Attività totali taħt il-ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment

22.

Numru ta’ M & A fost residenti ta’ l-IK f’pajjiżi fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)*

27.

Numru ta’ M & A ta’ pajjiżi terzi fost IK*

2

BĊN: Żona ta’ l-SMB u Eurostat/Kontijiet Finanzjarji ta’ l-Unjoni Monetarja (immarkati bi **)

14

2.

Numru ta’ unitajiet lokali (fergħat) ta’ l-IK**

3.

Numru ta’ ħaddiema ta’ l-IK **

5.

Sehem ta’ l-akbar 5 IK fl-attività totali (CR5)

6.

Indiċi Herfindahl għall-attività totali ta’ l-IK

15.

Investmenti totali ta’ kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni **

17.

Attività totali taħt il-ġestjoni tal-fondi tal-pensjoni **

18.

Numru ta’ fergħat ta’ l-IK minn pajjiżi taż-ŻEE

19.

Attività totali tal-fergħat ta’ l-IK minn pajjiżi taż-ŻEE

20.

Numru ta’ sussidjarji ta’ l-IK minn pajjiżi taż-ŻEE

21.

Attività totali ta’ sussidjarji ta’ l-IK minn pajjiżi taż-ŻEE

23.

Numru ta’ fergħat ta’ l-IK minn pajjiżi terzi

24.

Attività totali tal-fergħat ta’ l-IK minn pajjiżi terzi

25.

Numru ta’ sussidjarji ta’ l-IK minn pajjiżi terzi

26.

Attività totali ta’ sussidjarji ta’ l-IK minn pajjiżi terzi

3

Utenti/Kumitat għas-sistemi ta’ Pagament u Saldi (data mhux armonizzata)

3

28.

Numru ta’ banek ‘virtwali’

29.

Attività totali tal-banek ‘virtwali’

30.

Numru totali ta’ automated teller machines ATM

Taqsima 1. Skema ta’ Rapportar

4.

L-iskema tar-rapportar li għandha tintuża għal din it-trasmissjoni tad-data hija mehmuża bħala Appendiċi 1. Id-data sabiex jiġu kkalkulati l-indikaturi strutturali fuq l-IK hija meħtieġa fuq bażi annwali. Id-data għandha tiġi rrapportata sa l-aħħar ta’ Marzu ta’ kull sena b’referenza għas-sena ta’ qabel. Huwa mistenni li din il-ħtieġa tal-perjodiċità tista’ tiġi sodisfatta fir-rigward ta’ l-indikaturi kollha bl-eċċezzjoni ta’ Indikatur Nru 3 ‘Numru ta’ impjegati ta’ l-IK’ fejn id-data għandha, jekk ikun possibbli, tiġi fornuta sa l-aħħar ta’ Mejju ta’ kull sena b’referenza għas-sena ta’ qabel.

5.

Il-ħtiġijiet statistiċi huma magħmulin minn data bħala stokks, numri assoluti jew proporzjonijiet, kif indikati. Barra mill-istokks, hemm il-ħtieġa li tiġi rrapportata d-data ta’ aġġustamenti tal-flussi, jekk preżenti. Fil-każ ta’ data tal-karta ta’ bilanċ, l-aġġustamenti tal-flussi jirreferu għall-valutazzjonijiet mill-ġdid tal-prezz u tal-kambju, kanċellazzjonijiet, żvalutazzjonijiet u klassifikazzjonijiet mill-ġdid. Sabiex l-iskema ta’ rapportar tiġi ssimplifikata, l-aġġustamenti tal-flussi għandhom jiġu rrapportati flimkien bħala total wieħed, mingħajr aktar analiżi skond it-tip ta’ aġġustament. Jekk l-aġġustamenti tal-flussi ma jkunux disponibbli, l-utenti għandhom jagħmlu referenza għad-differenzi fl-istokks aġġustati għal bidliet fir-rata tal-kambju (li huma kkalkolati mill-BĊE). Fil-każ ta’ numri assoluti jew proporzjonijiet, l-aġġustamenti tal-flussi mhumiex applikabbli.

6.

Fi prinċipju, id-data miġbura għandha tkopri 100 % ta’ l-istituzzjonijiet li huma definiti bħala IK (ara t-Taqsma I.2 tal-Parti 1 ta’ l-Anness għar-Regolament BĊE/2001/13). F’dawk il-każijiet fejn il-kopertura tar-rapportar attwali tkun inqas minn 100 % minħabba l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ l-eżenzjoni mir-rapportar sħiħ għal IFM żgħar (cutting-off-the-tail principle), il-BĊN huma mitlubin jingrossaw id-data fornuta sabiex jiżguraw kopertura ta’ 100 %. Dan jiżgura l-komparabilità ta’ l-indikaturi bejn l-Istati Membri u l-konsistenza mad-data tal-karta ta’ bilanċ ta’ l-IFM li tiġi ingrossata bi qbil ma’ l-Anness XIV.

7.

Il-BĊE sejjer jagħmel kontrolli sempliċi għall-koerenza malli jirċievi d-data. Eżempju, jekk Indikatur Nru 18 huwa żero, l-Indikatur Nru 19 għandu juri żero wkoll. L-istess japplika għal indikaturi Nri 20-21, 23-24 u 25-26. Barra minn hekk, jistgħu jsiru wkoll kontrolli fid-dettall bejn l-indikaturi Nri 18 u 23 u l-Lista ta’ IFM. L-istruzzjonijiet tat-trasmissjoni huma mehmużin fl-Appendiċi 2.

Taqsima 2. Struzzjonijiet tal-Kompilazzjoni

8.

Il-BĊN għandhom jipprovdu data fir-rigward ta’ l-14-il indikatur (tieni grupp fit-Tabella 1) bi qbil mar-regoli kunċettwali u metodoloġiċi stabbiliti taħt. L-għan ewlieni huwa li tiġi żgurata kemm jista’ jkun l-aderenza mal-prinċipji statistiċi adottati fil-kompilazzjoni tad-data ta’ l-SMB (li huma wżati għall-maġġoranza ta’ l-indikaturi ta’ l-ewwel grupp fit-Tabella 1). Eżempju, id-data għandha tiġi aggregata u mhux konsolidata; il-prinċipju tar-residenza għandu jsegwi ’l hekk imsejjaħ ‘metodu tal-pajjiż ospitant’; id-data tal-karta ta’ bilanċ għandha tiġi rrapportata fuq bażi grossa; eċċ.

9.

Id-data li għandha tiġi fornuta mill-BĊN hija deskritta taħt. Kwalunwke devjazzjoni mid-definizzjonijiet u r-regoli deskritti taħt għandha tiġi rrapportata mill-BĊN lill-BĊE sabiex tiġi mmonitorjata l-prattika nazzjonali. Informazzjoni dwar id-devjazzjonijiet li jistgħu jseħħu għandha tiġi rrapportata taħt l-aħħar kolonna ta’ l-iskema ta’ rapportar.

10.

Indikatur Nru 2: Numru ta’ unitajiet lokali (fergħat) ta’ l-IK. Dan l-indikatur jirreferi għan-numru ta’ fergħat fl-aħħar tal-perjodu ta’ referenza. Id-definizzjoni ta’ fergħat tinsab fir-Regolament BĊE/2001/13: ‘Fergħat huma entitajiet mhux inkorporati (mingħajr status legali indipendenti) pposseduti għal kollox mill-entità omm.’ (1) Dan l-indikatur għandu jinkludi biss fergħat li huma ta’ l-IK. L-uffiċċji ta’ unitajiet istituzzjonali li, huma nfushom mhumiex IK, għandhom jiġu esklużi, anki jekk dawn ikunu ta’ l-istess grupp ta’ l-IK. Dan huwa meħtieġ sabiex jiġi evitat kwalunkwe tgħawwiġ fit-tqabbil bejn dan l-indikatur u, eżempju, indikatur Nru 7 dwar l-attività totali ta’ l-IK.

11.

Għal raġunijiet ta’ konsistenza, id-definizzjoni tal-BĊE ta’ fergħa għandha tintuża mill-BĊN kollha.

12.

Indikatur Nru 3: Numru ta’ impjegati ta’ l-IK. Dan l-indikatur jirreferi għall-medja numerika tal-personal impjegat matul is-sena ta’ referenza. Id-definizzjoni wżata għal dan l-indikatur hija qrib ta’ dik użata mill-Eurostat (2). Iżda, d-data għal dan l-indikatur għandha tinkludi biss personal impjegat mill-IK. Impjegati ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li huma nfushom mhumiex IK għandhom jiġu esklużi, anki jekk dawn l-istituzzjonijiet ikunu ta’ l-istess grupp.

13.

Indikatur Nru 5: Sehem ta’ l-akbar ħames IK fl-attività totali (CR5). Dan l-indikatur jirreferi għall-konċentrazzjoni tan-negozju bankarju. L-utenti fissru preferenza għal li jużuw ‘metodu ta’ grupp’ konsolidat sabiex jikkalkolaw dan l-indikatur, li bih żewġ istituzzjonijiet jew aktar li jkunu ta’ l-istess grupp jiġu magħduda bħala istituzzjoni unika waħda. Fil-preżent, l-applikazzjoni ta’ metodu bħal dan mhijiex possibbli meta tintuża d-data ta’ l-SMB, għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, id-data ta’ l-SMB mhijiex konsolidata (3), għalhekk la jkun possibbli li jiġu nklużi l-karti ta’ bilanċ ta’ istituzzjonijiet gruppi oħra u lanqas l-attività u l-passività fuq ġewwa tal-grupp. It-tieni raġuni hija li l-informazzjoni dwar il-pussess tista’ fi kwalunkwe każ ma tkunx disponibbli u jkollha tiġi fornuta minn sorsi ta’ viġilanza.

14.

Għal dawn ir-raġunijiet, il-BĊN għandhom isegwu metodu ‘aggregat’ mhux konsolidat meta jinħadem l-Indikatur Nru 5, b’mod partikolari għandhom 1) jagħmlu gradwatorja tat-totali tal-karti tal-bilanċ ta’ l-IK li jirrapportaw; 2) jikkalkolaw is-somma ta’ l-akbar ħames totali tal-karta ta’ bilanċ; u 3) jiddividu ż-żewġ ċifri. Id-data li għandha tiġi rrapportata lill-BĊE għandha tiġi mfissra bħala perċentwali (eż. valur ta’ 72.4296 % għandu jiġi rrapportat bħala 72.4296 u mhux bħala 0.7243). Għalkemm il-kompożizzjoni ta’ l-akbar ħames banek tista’ tinbidel maż-żmien, il-BĊN għandhom jipprovdu biss is-sehem ta’ l-akbar ħames IK f’punt speċifiku ta’ żmien (tmiem ta’ Diċembru tas-sena ta’ referenza).

15.

Indikatur Nru 6: Indiċi ta’ Herfindahl għall-attività totali ta’ l-IK. B’mod simili għall-indikatur preċedenti, dan jirreferi għall-konċentrazzjoni tan-negozju bankarju. Il-BĊN għandhom isegwu kemm jista’ jkun il-metodu ‘aggregat’. Il-kalkolazzjoni ta’ dan l-indikatur tkun preċiża għal kollox biss jekk il-karta ta’ bilanċ individwali ta’ kull IK tkun disponibbli. Iżda, minħabba li l-qafas ta’ l-SMB jippermetti li, b’mod eċċezzjonali, gruppi ta’ IK jirrapportaw fuq bażi konsolidata, mhux l-informazzjoni statistika meħtieġa kollha tista’ tkun disponibbli (dan jista’ jkun il-każ għar-Rabobank fl-Olanda). f’dan il-każ, il-kalkolazzjoni ta’ l-indiċi Herfindahl għandha tinkludi l-bilanċ konsolidat ta’ kull IK inkluża fil-grupp, jekk jista’ jkun billi jsir użu mill-informazzjoni tal-kontabilità li tinsab fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ta’ dawn l-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, huwa possibbli li mhux l-IK żgħar kollha jirrapportaw id-data hekk kif tkun fl-aħħar tas-sena. F’dan il-każ, id-data għandha tiġi ingrossata.

16.

L-indiċi Herfindhal huwa miksub billi jingħaddu flimkien il-kwadri ta’ l-ishma tas-suq ta’ l-IK kollha fis-settur bankarju u għandu jiġi rrapportat lill-BĊE skond il-formola li ġejja:

Formula

fejn:

n = in-numru totali ta’ IK fil-pajjiż

Xi = attività totali ta’ IK

Formula = attività totali ta’ l-IK kollha tal-pajjiż.

17.

Indikatur Nru 15: Investimenti totali tal-kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni. Għall-għan tal-produzzjoni ta’ dan l-indikatur (4), kumpannija ta’ l-assigurazzjoni hija ddefinita bħala impriża li tkun rċiviet awtorizzazzjoni uffiċjali bi qbil ma’ l-Artikolu 6 ta’ l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u mat-tkomplija tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni dirett għajr assigurazzjoni fuq il-ħajja (5) jew l-Artikolu 6 ta’ l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE dwar il-koordinament tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u mat-tkomplija tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni dirett fuq il-ħajja (6). In-negozju ta’ l-assigurazzjoni mill-ġdid huwa eskluż. L-informazzjoni tirreferi għall-attività finanzjarja totali ta’ dawn il-kumpanniji, li tinkiseb billi l-attività mhux finanzjarja (bħalma huwa l-kapital fiss) titnaqqas mit-total tal-bilanċ aggregat. Jekk ikun hemm bżonn, iċ-ċifri għandhom jiġu ingrossati sabiex jiżguraw kopertura ta’ 100 %. Jekk informazzjoni separata dwar il-kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni ma tkunx disponibbli, dan l-indikatur jista’ jiġi maqgħud ma’ l-Indikatur Nru 17 ‘Attività totali taħt il-ġestjoni tal-fondi tal-pensjoni’ sabiex jiġi ffurmat indikatur uniku. Il-BĊN għandhom jagħmlu marka ta’ indikazzjoni fuq is-serje jekk tiġi adottata reġistrazzjoni ‘konġunta’.

18.

Indikatur Nru 17: Attività totali taħt il-ġestjoni tal-fondi tal-pensjoni. Din l-informazzjoni tirreferi għat-totali tal-bilanċ aggregat ta’ ’l hekk imsejħa ‘‘fondi awtonomi tal-pensjoni’, iġifieri unitajiet istituzzjonali separati li l-attività prinċipali tagħhom hija magħmula mill-ġestjoni tal-pensjoni; mhumiex kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni (7). Jekk informazzjoni separata dwar il-fondi tal-pensjoni ma tkunx disponibbli, dan l-indikatur jista’ jingħaqad ma’ l-Indikatur Nru 15 sabiex jifforma indikatur uniku. f’dan il-każ, jingħata valur żero fir-rigward ta’ l-Indikatur Nru 17.

19.

Indikatur Nru 18: Numru ta’ fergħat ta’ l-IK minn pajjiżi taż-ŻEE. Dan l-indikatur jirreferi għan-numru ta’ fergħat ta’ l-IK residenti f’pajjiżi taż-ŻEE oħra, iġifieri għajr fergħat domestiċi. Jekk IK ikollha aktar minn fergħa waħda f’pajjiż partikolari, din tingħadd bħala waħda. Minħabba li d-data miġbura għall-għan tal-Lista ta’ l-IFM ġiet magħmula disponibbli biss għall-BĊE sa minn Jannar 1999, il-BĊN għandhom jipprovdu d-data nieqsa għat-tmiem tas-snin 1997 u 1998. Il-BĊN għandhom jiżguraw li d-data sa mit-tmiem tas-sena 1999 ’l quddiem tkun koerenti mad-data rrapportata fil-qafas tal-lista ta’ l-IFM.

20.

Indikatur Nru 19: Total attiv ta’ fergħat ta’ l-IK minn pajjiżi taż-ŻEE. Dan l-indikatur jirreferi għat-total aggregat tal-karta ta’ bilanċ tal-fergħat koperti bl-Indikatur Nru 18.

21.

Indikatur Nru 20: Numru ta’ sussidjarji ta’ l-IK minn pajjiżi taż-ŻEE. Dan l-indikatur jirreferi għan-numru ta’ sussidjarji kkontrollati minn resident ta’ l-IK f’pajjiżi oħra taż-ŻEE, iġifieri, barra mis-sussidjarji domestiċi. Id-definizzjoni tal-BĊE ta’ sussidjarji tinsab fir-Regolament BĊE/2001/13: ‘Sussidjarji huma entitajiet separati kkontrollati li fihom, entità oħra għandha maġġoranza jew parteċipazzjoni sħiħa…’. Mhux is-sussidjarji kollha għandhom jiġu magħduda, dawk biss li huma IK huma nfushom.

22.

Indikatur Nru 21: Attività totali tas-sussidjarji ta’ l-IK minn pajjiżi taż-ŻEE. Dan l-indikatur jirreferi għat-total aggregat tal-bilanċ tas-sussidjarji koperti bl-Indikatur Nru 20.

23.

Indikatur Nru 23. Numru ta’ fergħat ta’ l-IK minn pajjiżi terzi. Dan l-indikatur jirreferi għan-numru ta’ fergħat residenti ta’ l-IK residenti f’pajjiżi terzi. Il-pajjiżi terzi huma dawk li mhumiex parti miż-ŻEE. Jekk bank ikollu aktar minn fergħa waħda f’pajjiż partikolari, dawn jingħaddu bħala fergħa waħda. Barra minn hekk, il-BĊN għandhom jiżguraw li d-data tkun koerenti mad-data rrapportata fil-qafas tal-lista ta’ l-IFM.

24.

Indikatur Nru 24: Total attiv ta’ fergħat ta’ IK minn pajjiżi terzi. Dan l-indikatur jirreferi għat-total tal-bilanċ aggregat tal-fergħat koperti bl-Indikatur Nru 23.

25.

Indikatur Nru 25: Numru ta’ sussidjarji ta’ l-IK minn pajjiżi terzi. Dan l-indikatur jirreferi għan-numru ta’ sussidjarji residenti fit-territorju nazzjonali tagħhom li huma kkontrollati mill-IK residenti f’pajjiżi terzi.

26.

Indikatur Nru 26: Attività totali tas-sussidjarji ta’ l-IK minn pajjiżi terzi. Dan l-indikatur jirreferi għat-total aggregat tal-bilanċ tas-sussidjarji koperti bl-Indikatur Nru 25.

Appendiċi 1

Skema ta’ rapportar għall-14-il indikatur finanzjarju strutturali kkompilati bl-użu ta’ data fornuta mill-BĊN

Pajjiż: …

Sena ta’ referenza: …

Indikatur

Stokk

Aġġustamenti tal-flussi

Devjazzjonijiet mid-definizzjonijiet

2.

Numru ta’ unitajiet lokali (‘fergħat’) ta’ l-IK

 

m/a

 

3.

Numru ta’ impjegati ta’ l-IK

 

m/a

 

5.

Sehem tal-ħames l-akbar IK fit-total attiv CR5)

 

m/a

 

6.

Indiċi Herfindahl għall-attività totali ta’ l-IK

 

m/a

 

15.

Investimenti totali ta’ kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni

 

 

 

17.

Attività totali taħt il-ġestjoni tal-fondi tal-pensjoni

 

 

 

18.

Numru ta’ fergħat ta’ l-IK minn pajjiżi taż-ŻEE

 

m/a

 

19.

Attività totali ta’ fergħat ta’ l-IK minn pajjiżi taż-ŻEE

 

 

 

20.

Numru ta’ sussidjarji ta’ l-IK minn pajjiżi taż-ŻEE

 

m/a

 

21.

Attività totali ta’ sussidjarji ta’ l-IK minn pajjiżi taż-ŻEE

 

 

 

23.

Numru ta’ fergħat ta’ l-IK minn pajjiżi terzi

 

m/a

 

24.

Attività totali ta’ fergħat ta’ l-IK minn pajjiżi terzi

 

 

 

25.

Numru ta’ sussidjarji ta’ l-IK minn pajjiżi terzi

 

m/a

 

26.

Attività totali ta’ sussidjarji ta’ l-IK minn pajjiżi terzi

 

 

 

Appendiċi 2

Trasmissjoni Elettronika ta’ l-Indikaturi Finanzjarji Strutturali Bankarji — Identifikatur tal-Familja tal-Kodiċi: ECB_SSI1

Il-familja tal-kodiċi ta’ l-indikaturi finanzjarji strutturali tirreferi għall-indikaturi strutturali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (IK), kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni u oqsma tal-fondi tal-pensjoni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (UE). Ġiet imfassla sabiex tieħu kemm jista’ jkun mil-listi tal-familja tal-kodiċi u mill-valuri diġà definiti għall-istatistiċi tal-kategoriji tal-karta ta’ bilanċ (BSI).

Sezzjoni 1. Dimensjonijiet

It-tabella li tinsab hawn taħt tiddeskrivi d-dimensjonijiet użati fil-familja tal-kodiċi ECB_SSI1. Għal dawn l-istatistiċi, ġew speċifikati tmien dimensjonijiet bħala essenzjali sabiex jiġu identifikati s-serje temporali.

TABELLA 1.

Dimensjonijiet użati fil-familja tal-kodiċi ECB_SSI1

Pożizzjoni fil-kodiċi

Kunċett (mnemoniku)

Isem tal-kunċett

Format tal-valur

Lista tal-kodiċi (mnemoniku)

Isem tal-lista tal-kodiċi

1

FREQ

Frekwenza

AN1

CL_FREQ

Lista tal-kodiċi tal-frekwenza (BSI, BĊE)

2

REF_AREA

Żona ta’ referenza

AN2

CL_AREA_EE

Lista tal-kodiċi taż-żona (Eurostat BoP, BĊE)

3

REF_SECTOR

Analiżi settorjali ta’ referenza tas-SEK 95

AN4

CL_ESA95_SECTOR

Lista tal-kodiċi ta’ l-analiżi settorjali ta’ referenza tas-SEK 95 (BĊE)

4

SSI_INDICATOR

‘Isem’ ta’ l-indikatur finanzjarju strutturali

AN3

CL_SSI_INDICATOR

Lista tal-kodiċi ta’ l-indikatur finanzjarju strutturali (BĊE)

5

DATA_TYPE

Tip ta’ data

AN1

CL_DATA_TYPE

Tip ta’ data monetarja u bankarja, flussi u pożizzjoni (BĊE, BSI)

6

COUNT_AREA

Żona kontraparti

AN2

CL_AREA_EE

Lista tal-kodiċi taż-żona (Eurostat BoP, BĊE)

7

CURRENCY_TRANS

Munita tat-transazzjoni

AN3

CL_CURRENCY

Lista tal-kodiċi tal-munita (BĊE, BSI, Eurostat BoP)

8

SERIES_DENOM

Denominazzjoni tas-serje jew kalkolazzjoni speċjali

AN1

CL_SERIES_DENOM

Lista tal-kodiċi tad-denominazzjoni tas-serje jew ta’ kalkolazzjoni speċjali (BĊE)

Kull waħda mit-tmien dimensjonijiet statistiċi tieħu l-valuri tagħha minn lista tal-kodiċi li tikkorrespondi. Eżempju, skond it-Tabella fuq, id-dimensjoni REF_AREA (żona ta’ referenza) tieħu l-valuri tagħha mil-lista tal-kodiċi CL_AREA_EE. Taħt hemm deskrizzjoni tad-dimensjonijiet tal-familja tal-kodiċi ECB_SSI1. Din issegwi l-istess sekwenza kif tidher fil-kodiċi.

Dimensjoni Nru 1: Frekwenza (FREQ; tul: karattru wieħed)

Din id-dimensjoni tindika l-frekwenza tas-serje rrapportati. Il-valur użat fil-familja tal-kodiċi ECB_SSI1 huwa ‘A’ għal data annwali u huwa meħud mil-lista tal-kodiċi CL_FREQ.

Dimensjoni Nru 2: Żona ta’ referenza (REF_AREA; tul: żewġ karattri)

Din id-dimensjoni tirrappreżenta l-pajjiż ta’ residenza ta’ l-istituzzjoni li tirrapporta (IFM). Il-lista tal-kodiċi assoċjata CL_AREA_EE fiha l-lista tal-pajjiżi ta’ l-istandard ISO u xi valuri addizzjonali kif deskritti wkoll fil-paragrafu 6 (Dimensjoni Nru 6: Żona kontraparti). Is-subsett ta’ valuri wżat fil-familja tal-kodiċi ECB_SSI1 jikkorrespondi għall-Istati Membri ta’ l-UE.

Dimensjoni Nru. 3: SEK 95 Analiżi settorjali ta’ referenza (ESA95_SECTOR; tul: erba’ karattri)

Din id-dimensjoni tindika s-settur ta’ referenza ta’ l-indikaturi strutturali u hija marbuta mal-lista tal-kodiċi REF_SECTOR. Fil-preżent qiegħed jintuża subsett ta’ erba valuri: istituzzjonijiet ta kreditu (kif definiti bil-liġi tal-Komunità) (‘122C’), korporazzjoni ta’ l-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (‘1250’), u separatament korporazzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni (‘1251’) u fondi tal-pensjoni (‘1252’).

Dimensjoni Nru. 4: ‘Denominazzjoni’ ta’ l-indikatur finanzjarju strutturali (SSI_INDICATOR; tul: tliet karattri)

Din id-dimensjoni tirrappreżenta l-lista ta’ indikaturi u hija marbuta mal-lista tal-kodiċi CL_SSI_INDICATOR. Il-valuri mogħtija għall-indikaturi differenti huma identifikati bi prefiss. Il-valur ‘H’ huwa wżat għall-indiċi Herfindhal, il-valur ‘N’ għall-indikaturi kollha rrappreżentati b’numri assoluti, il-valur ‘S’ għal dawk irrappreżentati b’sehem u finalment il-valur ‘T’ għall-attività totali.

Dimensjoni Nru 5: Tip ta’ data (DATA_TYPE; tul: karattru wieħed)

Id-dimensjoni hija deskritta bil-lista tal-kodiċi CL_DATA_TYPE u tindika t-tip ta’ data li għandha tiġi rrapportata: stokks grossi (‘1’), klassifikazzjonijiet mill-ġdid u aġġustamenti oħra (‘5’), aġġustamenti oħra ta’ valutazzjoni mill-ġdid (‘7’) u mhux speċifikati (‘X’). Il-valur ‘X’, mhux speċifikati huwa wżat sabiex jirrapporta proporzjonijiet u serje ta’ indiċi, filwaqt li l-valur ‘1’, stokks, huwa wżat sabiex jirrapporta numri assoluti u serje ta’ l-istokks (eż. numru ta’ impjegati, attività totali).

Id-data ta’ aġġustament hija applikabbli biss b’referenza għas-serje tal-BSI, mhijiex applikabbli u ma tiġix irrapportata għal numri assoluti, relazzjonijiet u indiċi.

Klassifikazzjonijiet mill-ġdid u aġġustamenti oħra jinkludu bidliet fl-attivi u fil-passivi fuq il-karta ta’ bilanċ tas-settur li jirrapporta li jkunu ġejjin minn 1) bidliet fil-popolazzjoni ta’ rapportar; 2) strutturar korporattiv mill-ġdid; 3) il-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ l-attivi u tal-passivi; u 4) il-korrezzjoni ta’ l-iżbalji ta’ rapportar li, għal raġunijiet tekniċi, ma jistgħux jitneħħaw mid-data ta’ l-istokk għall-perjodu relevanti kompetenti. B’mod partikolari, il-klassifikazzjonijiet mill-ġdid għas-sena 2001 jeħtieġu li jkopru l-bidliet minħabba d-dħul tal-Greċja fiż-żona ta’ l-euro.

Aġġustamenti oħra ta’ valutazzjoni mill-ġdid jinkludu bidliet fil-prezz tat-titoli maħruġin, mibjugħin jew miżmumin u bidliet minħabba t-tneħħija mill-karta ta’ bilanċ ta’ self soġġett għal kanċellazzjoni/żvalutazzjoni.

Dimensjoni Nru 6: Żona kontraparti (COUNT_AREA; tul: żewġ karattri)

Din id-dimensjoni tirrappreżenta ż-żona ta’ residenza tal-parti kontraparti ta’ l-indikatur strutturali. Il-lista tal-kodiċi marbuta ma’ dan il-kunċett hija CL_AREA_EE, li fiha l-lista tal-pajjiżi ta’ l-istandard ISO u valuri addizzjonali (eż. ‘U6’ — ‘Domestiku: l-istess pajjiż bħal dak ta’ l-IK li jirrapportaw’). Għall-għan tal-familja tal-kodiċi ECB_SSI1, jiġi wżat is-subsett ta’ valuri li ġej: domestiku (dar jew żona ta’ referenza) (‘U6’), pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (il-pajjiżi kollha għajr iż-żona ta’ referenza) (‘A0’) u barra ż-Żona Ekonomika Ewropea (‘A7’) fil-każ ta’ kemm relaturi taż-żona ta’ l-euro u relaturi mhux miż-żona ta’ l-euro.

Dimensjoni Nru 7: Munita ta’ transazzjoni (CURRENCY_TRANS; tul: tliet karattri)

Din id-dimensjoni tiddeskrivi l-munita li fiha huma denominati l-indikaturi strutturali u hija marbuta mal-lista tal-kodiċi CL_CURRENCY. Fil-familja tal-kodiċi ECB_SSI1 jiġu wżati l-valuri ‘Z01’ għall-muniti kollha flimkien u ‘Z0Z’ għal mhux applikabbli biss.

Dimensjoni Nru 8: Denominazzjoni tas-serje jew kalkolazzjoni speċjali (SERIES_DENOM; tul: karattru wieħed)

Din id-dimensjoni tispeċifika jekk is-serje rrapportata hijiex imfissra fil-munita nazzjonali jew fil-munita komuni (l-euro). Dan il-kunċett huwa applikabbli biss għas-serje tal-BSI (eż. attivi totali). Jiġu wżati tliet valuri biss mil-lista tal-kodiċi CL_SERIES_DENOM fil-familja tal-kodiċi ECB_SSI1 — ‘N’ munita nazzjonali, ‘E’ euro u ‘Z’ mhux applikabbli). L-Istati Membri mhux parteċipanti u l-Greċja (għall-perjodu sa u li jinkludi s-sena 2000) jużaw il-kodiċi ‘N’, filwaqt li l-kodiċi ‘E’ jiġi wżat mill-Istati Membri taż-żona ta’ l-euro inkluża l-Greċja sa mill-2001).

Il-lista sħiħa ta’ kodiċi tas-serje li għandha tiġi trasmessa lill-BĊE hija rrapportata fl-Appendiċi 3.

Sezzjoni 2. L-attributi

Barra mit-tmien dimensjonijiet li jiddefinixxu l-kodiċi, ġie ddefiniti sett ta’ attributi (8 13). Dawn huma mehmużin f’livelli varji ta’ l-informazzjoni skambjata:

TABELLA 2.

Il-familja tal-kodiċi ta’ indikaturi finanzjarji strutturali (ECB_SSI1): Attributi kkodifikati u mhux ikkodifikati

Livell ta’assenjazzjoni

Kunċett statistiku

Format tal-valur

Lista tal-kodiċi

Attributi fuq livell ta’ parentel

(skambjati billi jsir użu mill-grupp FNS)

Parentela

TITLE_COMPL

Titlu

AN..1050

mhux kodifikat

 

Parentela

UNIT

Unità

AN..12

CL_UNIT

Lista tal-kodiċi ta’ l-unità (BSI, BĊE, Eurostat BoP)

Parentela

UNIT_MULT

Multiplikatur ta’ l-unità

AN..2

CL_UNIT_MULT

Lista tal-kodiċi tal-multiplikatur ta’ l-unità (BSI, BĊE, Eurostat BoP)

Parentela

DECIMALS

Deċimali

N1

CL_DECIMALS

Lista tal-kodiċi tad-deċimali (BSI, BĊE)

Parentela

TITLE

Titlu

AN..70

mhux kodifikat

 

Parentela

NAT_TITLE

Titlu fil-lingwa nazzjonali

AN..350

mhux kodifikat

 

Parentela

COMPILATION

Kompilazzjoni

AN..1050

mhux kodifikat

 

Parentela

COVERAGE

Kopertura

AN..350

mhux kodifikat

 

Attributi fuq livell ta’ serje temporali

(skambjati billi jsir użu mill-grupp FNS)

Serje temporali

COLLECTION

Indikatur tal-ġbir

AN1

CL_COLLECTION

Lista tal-kodiċi ta’ l-indikatur tal-ġbir (BSI, BĊE)

Serje temporali

AVAILABILITY

Disponibilità

AN1

CL_AVAILABILITY

Lista tal-kodiċi tad-disponibilità ta’ l-organizzazzjoni (BSI, BĊE)

Serje temporali

DOM_SER_IDS

Ids tas-serje domestiċi

AN..70

mhux kodifikat

 

Serje temporali

BREAKS

Interruzzjonijiet

AN..350

Mhux kodifikat

 

Attributi fuq livell ta’ osservazzjoni

(skambjati flimkien mad-data fis-segment prinċipali ARR)

Osservazzjoni

OBS_STATUS

Status ta’ l-osservazjoni

AN1

CL_OBS_STATUS

Lista tal-kodiċi ta’ l-istatus ta’ l-osservazzjoni (BSI, BĊE, Eurostat BoP)

Osservazzjoni

OBS_CONF

Kunfidenzjalità ta’ osservazzjoni

AN1

CL_OBS_CONF

Lista tal-kodiċi tal-kunfidenzjalità ta’ osservazzjoni (Eurostat BoP, BĊE)

Osservazzjoni

OBS_PRE_BREAK

Valur ta’ l-osservazzjoni qabel l-interruzzjoni

AN..15

Mhux kodifikat

 

Osservazzjoni

OBS_COM

Kumment fuq l-osservazzjoni

AN..350

Mhux kodifikat

 

Barra minn hekk, kull wieħed minn dawn l-attributi huwa kkaratterizzat minn xi karatteristiċi tekniċi, li huma elenkati fit-Tabella ta’ hawn taħt.

TABELLA 3.

Il-BĊN jirrapportaw lill-BĊE. Karatteristiċi komuni ta’ l-attribut għall-familja tal-kodiċi ECB_SSI1

 

Status

L-ewwel valur stabbilit minn… (9)

Jista’ jiġi mibdul mill-BĊN

TITLE_COMPL

O

BĊE

Le

UNIT

O

BĊE

Le

UNIT_MULT

O

BĊE

Le

DECIMALS

O

BĊE

Le

TITLE

K

BĊE

Le

NAT_TITLE

K

BĊN

Iva

COMPILATION

K

BĊN

Iva (**)

COVERAGE

K

BĊN

Iva (**)

COLLECTION

O

BĊE

Le

AVAILABILITY

O

BĊE/BĊN

Iva

DOM_SER_IDS

K

BĊN

Iva

BREAKS

K

BĊN

Iva

OBS_STATUS

O

BĊN

Iva

OBS_CONF

K

BĊN

Iva

OBS_PRE_BREAK

K

BĊN

Iva

OBS_COM

K

BĊN/BĊE

Iva

 

O: Obbligatorju,

K: Kondizzjonali

 

 

Taħt hemm deskrizzjoni ta’ kull attribut li tinkludi l-lista tal-kodiċi ta’ referenza (indikata b’ittri kapitali bħal CL_****) kull meta jkun applikabbli.

Taqsima 2.1 Attributi fuq livell ta’ parentela

Obbligatorji:

TITLE_COMPL (mhux kodifikat): Dan l-attribut huwa stabbilit, reġistrat u mqassam mill-BĊE (sejjer ikun bl-Ingliż b’tul massimu ta’1 050 karattru). Jekk il-BĊN ikun irid jagħmel modifika, tista’ ssir reviżjoni wara konsultazzjoni mal-BĊE, iżda, din ir-reviżjoni għandha ssir mill-BĊE.

UNIT (lista tal-kodiċi: CL_UNIT): Dan l-attribut jipprovdi l-unità tal-kejl tad-data rrapportata. Stati Membri parteċipanti jirrapportaw id-data f’euro għal dawk il-partiti fejn dan ikun applikabbli u l-BĊE jissettja dan l-attribut għal ‘EUR’ (DENOM = ‘EUR’). Fil-każ ta’ Stati Membri mhux parteċipanti, il-valur ta’ dan l-attribut huwa daqs il-munita nazzjonali li tikkorrespondi. Għas-serje rrapportata bħala valuri assoluti u għall-indiċi, il-BĊE sejjer jiffissa dan l-attribut għall-valur ‘UNITS’, u għas-serje rrapportati bħala perċentwali għall-valur ‘PC’.

UNIT_MULT (lista tal-kodiċi: CL_UNIT_MULT): Dan l-attribut jipprovdi informazzjoni dwar jekk is-serje hijiex imfissra f’miljuni (UNIT_MULT = ‘6’), f’biljuni (UNIT_MULT = ‘9’), eċċ. Il-BĊN jirrapportaw id-data li tirreferi għas-serje tal-BSI ta’ l-IK f’miljuni u l-BĊE jiffissa l-valur għal 6 (UNIT_MULT = ‘6’). Għas-serje rrapportata bħala numri assoluti, bħala perċentwali, jew bħala indiċi, il-BĊE jiffissa l-valur għal 0 (UNIT_MULT = ‘0’).

DECIMALS (lista tal-kodiċi: CL_DECIMALS): Dan l-attribut jindika n-numru ta’ postijiet deċimali mogħtija għall-valuri ta’ l-osservazzjonijiet. Il-BĊN jirrapportaw is-serje tal-BSI u s-serje li jirrappreżentaw valuri assoluti b0 postijiet deċimali u l-BĊE jiffissa l-valur ta’ l-attribut għal 0 għal dawn is-serje (għalhekk DECIMALS = ‘0’). Is-serje ta’ l-indiċi u dawk li jirrappreżentaw perċentwali jiġu rrapportati b’erba’ deċimali u l-BĊE jiffissa l-valur ta’ l-attribut għal 4 għal dawn is-serje (għalhekk DECIMALS = ‘4’).

Kondizzjonali:

TITLE (mhux kodifikat): It-titolu tas-serje jippermetti biss massimu ta’ 70 karattru. Minħabba l-ispazju limitat, jiġi wżat l-attribut TITLE COMPLIMENT minflok l-attribut obbligatorju. L-attribut TITLE jista’, fil-futur, jintuża għall-kostruzzjoni ta’ titli qosra.

NAT_TITLE (mhux kodifikat): Il-BĊN jistgħu jużaw dan l-attribut sabiex jipprovdu deskrizzjoni preċiża u speċifikazzjonijiet supplimentari jew ta’ distinzjoni oħra fil-lingwi nazzjonali. Għalkemm l-użu ta’ ittri kbar u ta’ ittri żgħar ma joħloqx problemi, l-iskambju ta’ karattri b’aċċent u simboli alfanumeriċi estiżi jeħtieġ li jiġi ttestjat qabel użu regolari.

COMPILATION (mhux kodifikat): Dan l-attribut huwa wżat għal spjegazzjonijiet testwali ddettaljati tal-metodi ta’ kompilazzjoni, peżaturi, proċeduri statistiċi, tip ta’ indiċi eċċ.:

sistema ta’ ġbir ta’ sorsi/data,

proċeduri ta’ kompilazzjoni (inklużi d-deskrizzjoni ta’ l-istimi/suppożizzjonijiet magħmula),

devjazzjonijiet mill-istruzzjonijiet ta’ rapportar tal-BĊE (metodi ġeografiċi/settorjali metodi ta’ klassifikazzjoni/valutazzjoni),

informazzjoni dwar il-qafas legali nazzjonali (u dwar rabtiet mal-qafas regolatorju ta’ l-UE) għal intermedjarji għajr l-IK.

COVERAGE (mhux kodifikat): Dan l-attribut jiddeskrivi l-popolazzjoni ta’ rapportar, il-kopertura tiegħu, għall-kategoriji differenti ta’ intermedjarji. Għandu jiddeskrivi t-tip ta’ intermedjarju għall-indikaturi differenti. Jekk il-kopertura tkun magħrufa li tkun parzjali, tiġi fornuta stima ta’ l-ishma tas-suq. Għandu jindika wkoll meta ċ-ċifri jkunu ġew ingrossati.

Taqsima 2.2 Attributi fil-livell tas-serje temporali

Obbligatorju:

COLLECTION (lista tal-kodiċi: CL_COLLECTION): Dan l-attribut jipprovdi spjega ta’ meta l-osservazzjonijiet ikunu nġabru (eż. fil-bidu, nofs jew tmiem ta’ perjodu) jew indikazzjoni ta’ jekk id-data hijiex il-medja, l-ogħla jew l-inqas f’perjodu partikolari, eċċ. Il-BĊE jiffissa s-serje ta’ l-ISS bħala ‘tmiem tal-perjodu’ (COLLECTION = ‘E’).

AVAILABILITY (lista tal-kodiċi: CL_AVAILABILITY): Dan l-attribut jindika għal liema istituzzjonijiet tista’ tkun magħmula disponibbli din id-data. Meta jkun meħtieġ trattament speċjali għal osservazzjonijiet speċifiċi, jista’ jiġi wżat l-attribut OBSERVATION CONFIDENTIALITY (ara taħt).

Kondizzjonali:

DOM_SER_IDS (mhux kodifikat): Dan l-attribut jagħmilha possibbli li ssir referenza għall-kodiċi fil-bażi ta’ data nazzjonali sabiex tiġi identifikata s-serje li tikkorrespondi (jistgħu jiġu speċifikati l-formoli li jużaw il-kodiċi ta’ referenza nazzjonali).

BREAKS (mhux kodifikat): Dan l-attribut jipprovdi deskrizzjoni ta’ l-interruzzjonijiet u l-bidliet kbar maż-żmien fil-ġbir, kopertura ta’ l-irapportar u l-kompilazzjoni tas-serje. Fil-każ ta’ interruzzjoni, huwa mixtieq li jiġi ddikjarat il-punt kemm id-data l-ġdida u dik antika jistgħu jitqiesu komparabbli (sa 350 karattru).

Taqsima 2.3 Attributi fuq livell ta’ osservazzjoni

Obbligatorju:

OBS_STATUS (lista tal-kodiċi: CL_OBS_STATUS): Il-BĊN jirrapportaw valur ta’ status ta’ osservazzjoni mehmuż ma’ kull osservazzjoni skambjata. Dan l-attribut huwa obbligatorju u għandu jiġi pprovdut ma’ kull trasmissjoni ta’ data għal kull osservazzjoni individwali. Meta l-BĊN jirrevedu l-valur ta’ dan l-attribut, jiġi trasmess mill-ġdid is-sinjal indikattiv kemm tal-valur ta’ osservazzjoni (anki jekk mhux mibdul) kif ukoll ta’ l-istatus il-ġdid ta’ osservazzjoni.

Il-lista taħt tispeċifika l-valuri mistennija (skond il-ġerarkija miftehma) għal dawn l-attributi għall-għan ta’ dawn l-istatistiċi:

‘A’

=

valur normali,

‘B’

=

valur ta’ l-interruzzjoni,

‘M’

=

id-data ma teżistix (għal data mhux applikabbli) (10),

‘L’

=

id-data teżisti iżda ma ġietx miġbura (11),

‘E’

=

stima tal-valur,

‘P’

=

valur proviżorju (dan l-attribut jista’ jintuża, b’mod partikolari, ma’ kull trasmissjoni ta’ data li tirreferi għall-aħħar osservazzjoni) (12).

Jekk osservazzjoni tista’ tikkwalifikata b’żewġ karatteristiċi, għandha tiġi rrapportata l-aktar waħda importanti. Jekk, bħala eżempju, osservazzjoni tkun kemm valur proviżorju u r-riżultat ta’ stima, tingħata prijorità għall-karatteristika ‘stima’, u tintuża l-marka indikattiva ‘E’.

Kondizzjonali:

OBS_CONF (lista tal-kodiċi: CL_OBS_CONF): Jekk BĊN jixtieq jagħmel differenza bejn l-istatus tal-konfidenzjalità ta’ osservazzjoni speċifika waħda jew aktar, jista’ juża l-attribut OBSERVATION CONFIDENTIALITY. Il-valur ta’ dan l-attribut (jekk preżenti) jista’ jiġi modifikat meta tiġi trasmessa d-data mill-mittent ta’ l-informazzjoni.

OBS_PRE_BREAK (mhux kodifikat): Dan l-attribut fih il-valur ta’ qabel l-interruzzjoni, li huwa field numerika bħall-osservazzjoni. Dan jiġi pprovdut meta sseħħ interruzzjoni tas-serje.

OBS_COM (mhux kodifikat): Dan l-attribut jista’ jintuża sabiex jipprovdi kummenti testwali fil-livell ta’ osservazzjoni (eż. deskrizzjoni ta’ l-istima jew suppożizzjoni magħmula għal osservazzjoni speċifika minħabba nuqqas ta’ data, filwaqt li tiġi spjegata r-raġuni għal osservazzjoni mhux normali possibbli jew jingħataw dettalji ta’ bidla fis-serje temporali rrapportati).

Id-data ta’ aġġustamenti tal-flussi għandha tiġi rrapportata, jekk disponibbli, fir-rigward ta’ indikaturi Nri 17, 19, 21, 24 u 26. Aġġustamenti tal-flussi jirreferu għall-valutazzjonijiet mill-ġdid tal-prezz, kanċellazzjonijiet, żvalutazzjonijiet u klassifikazzjonijiet mill-ġdid.

Sezzjoni 3. Politika ta’ reviżjoni

Il-BĊN jista’ jkollhom jirrevedu d-data rrapportata. Japplikaw il-prinċipji ġenerali li ġejjin:

matul it-tramissjonijiet kollha tad-data annwali regolari, flimkien mad-data ta’ l-aktar sena reċenti, jistgħu jintbagħtu kemm reviżjonijiet ‘ordinarji’ (iġifieri reviżjonijiet għad-data tas-sena ta’ qabel) u reviżjonijiet‘storiċi’;

f’każijiet eċċezzjonali, matul is-sena, jistgħu jiġu aċċettati reviżjonijiet storiċi li jtejjbu b’mod sinifikanti l-kwalità tad-data;

fil-każ ta’ reviżjonijiet sinifikanti, għandhom jingħataw noti ta’ spjega lill-BĊE.

Appendiċi 3

TABELLA 1

Data ta’ l-istokks

Kodiċi serjali għal indikaturi finanzjarji strutturali

Indikaturi

1. Qasam domestiku

2. Pajjiżi oħra taż-ŻEE

3. Barra ż-ŻEE

IK

Korporazzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

IK

IK

Total

Korporazzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni

Fondi tal-pensjoni

Numru ta’ impjegati ta’ l-IK

S1

 

Numru ta’ fergħat ta’ l-IK

S2

 

S3

S4

Numru ta’ sussidjarji ta’ l-IK

 

S5

S6

Indiċi Herfindahl għal assi totali ta’ l-IK (CR5)

S7

 

Sehem ta’ l-akbar 5 IK f’assi totali

S8

 

Assi totali (8 13)

 

S9*

S10

S11

 

Assi totali tal-fergħat

 

S12

S13

Assi totali tas-sussidjarji

 

S14

S15


TABELLA 2

Data ta’ aġġustament

Kodiċi serjali għal indikaturi finanzjarji strutturali

Indikaturi

1. Qasam domestiku

2. Pajjiżi oħra taż-ŻEE

3. Barra ż-ŻEE

IK

Korporazzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

IK

IK

Total

Korporazzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni

Fondi tal-pensjoni

Klassifikazzjonijiet mill-ġdid u aġġustamenti oħra

Assi totali

 

S16

S17

S18

 

Assi totali tal-fergħat

 

S19

S20

Assi totali tas-sussidjarji

 

S21

S22

Aġġustamenti oħra ta’ valutazzjoni mill-ġdid

Assi totali

 

S23

S24

S25

 

Assi totali tal-fergħat

 

S26

S27

Assi totali tas-sussidjarji

 

S28

S29

Għal pre-ins u l-Greċja qabel l-2001, il-kodiċi N huwa wżat għall-‘munita tad-denominazzjoni’ fl-aħħar dimensjoni tal-kodiċi tas-serje minflok E.


(1)  Dan il-varjabbli huwa miġbur ukoll mill-Eurostat iżda wara perjodu ta’ żmien twil. Il-Eurostat juża d-definizzjoni li ġejja għal unità lokali ‘An enterprise or part thereof (e.g. a workshop, factory, warehouse, office, mine or depot) situated in a geographically identified place. At or from this place economic activity is carried out for which — save certain exceptions — one or more persons work (even if only part-time) for one and the same enterprise.’ Cf. Eurostat, Methodological manual for statistics on credit institutions, verżjoni 1.8, Diċembru 2001, pp. 11 u 23. Dan il-manwal huwa disponibbli fuq talba mingħand il-Eurostat, għalkemm bl-Ingliż biss.

(2)  Dan l-indikatur huwa miġbur ukoll mill-Eurostat, li juża d-definizzjoni li ġejja: ‘The number of persons employed is defined as the total number of persons who work in the observation unit (inclusive of working proprietors, partners working regularly in the unit and unpaid family workers), as well as persons who work outside the unit who belong to it and are paid by it (e.g. sales representatives, delivery personnel, repair and maintenance teams). It includes persons absent for a short period (e.g. sick leave, paid leave or special leave), and also those on strike, but not those absent for an indefinite period. It also includes part-time workers who are regarded as such under the laws of the country concerned and who are on the pay-roll, as well as seasonal workers, apprentices and home workers on the pay-roll. The number of persons employed excludes manpower supplied to the unit by other enterprises, persons carrying out repair and maintenance work in the enquiry unit on behalf of other enterprises, as well as those on compulsory military service. Unpaid family workers refer to persons who live with the proprietor of the unit and work regularly for the unit, but do not have a contract of service and do not receive a fixed sum for the work they perform. This is limited to those persons who are not included on the payroll of another unit as their principal occupation. Note: In order to check the comparability of data, it is necessary to indicate whether voluntary workers have been included under this heading or not. [Commission Regulation (EC) No. 2700/98 concerning the definitions of characteristics for structural business statistics, Code 16110]. Comments: The allocation on enterprise level has to be assured by means of a distribution key in the case of enterprise groups (managing directors have to be included; not employed agents have to be excluded). The number of persons employed is measured as an annual average.’ Cf. Eurostat, Methodological manual for statistics on credit institutions, verżjoni 1.8, Diċembru 2001, p. 34.

(3)  Madankollu, fir-Regolament BĊE/2001/13, issir eċċezzjoni waħda li tippermetti r-rapportar tad-data tal-bilanċ konsolidat għal gruppi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (eż. il-każ tal-Rabobank fl-Olanda).

(4)  Għal dan l-indikatur, is-settur SEK 95 korrispondenti huwa S. 125a. Is-‘SEK 95’ hija s-Sistema Ewropea tal-Kontabilità 1995, li tinsab fl-Anness A għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontabilità nazzjonali u reġjonali fil-Komunità, ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.

(5)  ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3. Direttive kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(6)  ĠU L 63, 13.3.1979, p. 1. Direttive kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(7)  Għal dan l-indikatur, is-settur SEK 95 korrispondenti huwa S. 125b.

(8)  L-attributi huma kunċetti statistiċi li jfornu lill-utent b’informazzjoni addizzjonali kkodifikata (eż. l-unità tal-kejl) u mhux ikkodifikata (eż. il-metodu ta’ kompilazzjoni) fir-rigward tad-data skambjata. ‘Obbligatorju’ tapplika għall-attributi li għalihom, l-isħab kollha jkunu jafu l-valuri. ‘Kondizzjonali’ tapplika għall-attributi li huma ddefiniti biss jekk ikunu magħrufin fl-istituzzjoni li tirrapporta (eż. ids tas-serje domestika) jew kull meta jkunu relevanti (eż. kompilazzjoni, interruzzjonijiet). Il-valuri ta’ l-attributi għandhom jiġu skambjati biss meta jiġu stabbiliti għall-ewwel darba jew meta jiġu mibdulin. L-istatus ta’ osservazzjoni biss huwa preżenti f’kull skambju, mehmuż ma’ kull osservazzjoni.

(**)  Il-bidliet għandhom jiġu kkommunikati lill-qasam tan-negozju tal-BĊE responsabbli permezz ta’ fax/e-mail.

(9)  Il-BĊE jirreferi għad-Direttorat Ġenerali Statistiċi tal-BĊE.

(10)  Meta, minħabba l-prattiċi tas-suq lokali jew tal-qafas legali, serje temporali (jew parti minnha) ma tkunx applikabbli, (il-fenomenu bażi ma jkunx jeżisti), jiġi rrapportat valur nieqes (‘-’) bi status ta’ osservazzjoni ‘M’.

(11)  Meta, minħabba l-kundizzjonijiet statistiċi lokali, ma tiġix miġbura data għal serje temporali jew f’dati speċifiċi jew għat-tul totali tas-serje temporali (il-fenomenu ekonomiku bażi jeżisti iżda mhuwiex immonitorjat b’mod statistiku), jiġi rrapportat valur nieqes (‘-’) bi status ta’ osservazzjoni ‘L’ f’ kull perjodu.

(12)  Dawn l-osservazzjonijiet jieħdu valuri definiti (status ta’ osservazzjoni ‘A’) f’fażi aktar tard. Il-valuri riveduti l-ġodda jissostitwixxu l-osservazzjonijiet proviżorji ta’ qabel.

(13)  Għal pre-ins u l-Greċja qabel l-2001, il-kodiċi N huwa wżat għall-‘munita tad-denominazzjoni’ fl-aħħar dimensjoni tal-kodiċi tas-serje minflok E.


ANNESS III

“ANNESS IX

PARTITI TAL-MEMORANDUM LI GĦANDHOM JIĠU PPROVDUTI

Skema ta’ rapportar

1.

Il-partiti tal-memorandum elenkati f’dan l-Anness jappartjenu għall-familja ewlenija tal-partiti tal-karta tal-bilanċ (BSI), li hija deskritta fl-Anness XIII. Is-serje għandhom jiġu rrapportati bi frekwenza ta’ xahar, xahar (partiti tas-Sezzjonijiet I u II) jew bi frekwenza ta’ kull tliet xhur (partiti tas-Sezzjoni III) u fl-istess perjodiċità ta’ l-istatistiċi obbligatorji tal-karta tal-bilanċ ta’ l-istituzzjoni monetarja finanzjarja (IFM) ta’ kull xahar u ta’ kull tliet xhur bi qbil mar-Regolament BĊE/2001/13.

I.   Partiti tal-memorandum għad-derivazzjoni u stima ta’ l-aggregati monetarji u kontropartijiet

2.

Għall-għanijiet tal-kompilazzjoni ta’ l-aggregati monetarji u l-kontijiet finanzjarji ta’ l-unjoni monetarja (MUFA) taż-żona ta’ l-euro, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) jirrapportaw informazzjoni statistika dwar analiżi supplimentari tal-‘munita fiċ-ċirkolazzjoni’ u ‘titoli ta’ dejn maħruġin’. Dawn il-partiti tal-memorandum ta’ prijorità għolja huma murija f’kaxex bi frejm skur f’Tabelli A u B u huma definiti taħt. Il-bqija tal-partiti tal-memorandum huma meħtieġa sabiex jippermettu analiżi aktar dettaljata ta’ l-istatistiċi tal-karti tal-bilanċ ta’ l-IFM.

3.   Munita fiċ-ċirkolazzjoni, li minnha karti tal-flus ta’ l-euro, karti tal-flus ta’ denominazzjoni nazzjonali, muniti, muniti denominati f’euro u muniti f’denominazzjoni nazzjonali

Karti tal-flus f’euro (M1) huma karti tal-flus f’euro maħruġin kif inklużi fil-kategorija ‘munita fiċ-ċirkolazzjoni’.

Karti tal-flus ta’ denominazzjoni nazzjonali (M2) huma karti tal-flus denominati fil-muniti antiki maħruġin mill-BĊN qabel l-1 ta’ Jannar 2002 li jkunu għadhom ma ġewx miġbura lura fil-BĊN. Irrapportati sa minn Jannar 2002, għallinqas matul l-2002.

Muniti (M3) tirreferi għall-ammont ta’ muniti f’euro maħruġin mill-awtoritajiet nazzjonali (BĊN/gvernijiet ċentrali) u rrapportati bħala parti mill-kategorija ‘munita fiċ-ċirkolazzjoni’ fil-karta ta’ bilanċ tal-BĊN.

Muniti denominati f’euro (M4) huma muniti ddenominati f’euro maħruġin mill-awtoritajiet nazzjonali (BĊN/gvernijiet ċentrali).

Muniti f’denominazzjonijiet nazzjonali (M5) huma muniti ddenominati fil-muniti legali maħruġin mill-awtoritajiet nazzjonali (BĊN/gvernijiet ċentrali) qabel l-1 ta’ Jannar 2002 li jkunu għadhom ma ġewx miġbura lura fil-BĊN.

4.   Sidien ta’ investimenti li jistgħu jiġu nnegozjati maħruġin mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)/BĊN (M6 sa M8)

Titoli maħruġin mill-BĊE/BĊN li jkunu ġew analizzati skond ir-residenza tas-sid, skond il-qasma fi tlieta li ġejja: domestika/Stati Membri parteċipanti/bqija tad-dinja.

5.   Dovuti fuq depożiti (M9, M38)

Imgħax pagabbli fuq depożiti rreġistrati bħala dovuti (iġifieri fuq bażi ta’ dovuti) milli meta ġie tabilħaqq imħallas (iġifieri fuq bażi ta’ flus kontanti).

6.   Dovuti fuq self (M38, M42)

Imgħax riċevibbli fuq self irreġistrat waqt li jimmatura (iġifieri fuq bażi tad-dovuti) milli meta jiġi tabilħaqq riċevut (iġifieri fuq bażi ta’ flus kontanti).

TABELLA A

Data tal-BĊE/BĊN (stokks) (1)

 

Domestiċi

Stati Membri parteċipanti oħra

Bqija tad-dinja

Mhux allokati

PASSIVI

8   Munita fiċ-ċirkolazzjoni

li minnha karti tal-flus

 

Karti tal-flus ta’ l-euro

 

M1

Karti tal-flus fid-denominazzjoni nazzjonali

 

M2

Li minnhom muniti

 

M3

Muniti denominati f’euro  (2)

 

M4

Muniti f’denominazzjonijiet nazzjonali  (3)

 

M5

11   Titoli ta’ dejn maħruġin

Sa sena

M6

M7

M8

 

14   Bqija tal-passivi

Li minnhom dovuti fuq depożiti

 

M9

Li minnhom partiti ta’ transitu

 

M10

Li minnhom partiti ta’ sospensjoni

 

M11

Li minnhom derivattivi finanzjarji

 

M12

Li minnhom passivi intra-Ewrosistema li għandhom x’jaqsmu ma’ l-allokazzjoni tal-karti tal-flus ta’ l-euro

M13

 

ATTIVITÀ

7   Bqija ta’ l-attività

Li minnhom dovuti fuq self

 

M14

Li minnhom partiti ta’ transitu

 

M15

Li minnhom partiti ta’ sospensjoni

 

M16

Li minnhom derivattivi finanzjarji

 

M17

Li minnhom talbiet intra-Ewrosistema li għandhom x’jaqsmu ma’ l-allokazzjoni tal-karti tal-flus ta’ euro

M18

 


TABELLA B

Data oħra ta’ l-IFM (stokks) (4)

 

Domestiċi

Stati Membri parteċipanti oħra

Bqija tad-dinja

Mhux allokati

PASSIVI

11   Titoli ta’ dejn maħruġin

Sa sena

M19

M20

M21

 

Euro

M22↑

M23↑

M24↑

 

Muniti barranin

M25↑

M26↑

M27↑

 

Aktar minn sena sa mhux aktar minn sentejn

M28

M29

M30

 

Euro

M31↑

M32↑

M33↑

 

Muniti barranin

M34↑

M35↑

M36↑

 

13   Kapital u riservi

Li minnhom provvisti

 

M37

14   Bqija tal-passivi

Li minnhom dovuti fuq depożiti

 

M38

Li minnhom partiti ta’ transitu

 

M39

Li minnhom partiti ta’ sospensjoni

 

M40

Li minnhom derivattivi finanzjarji

 

M41

ATTIVITÀ

7   Bqija ta’ l-attività

Li minnhom dovuti fuq self

 

M42

Li minnhom partiti ta’ transitu

 

M43

Li minnhom partiti ta’ sospensjoni

 

M44

Li minnhom derivattivi finanzjarji

 

M45

7.   Bqija ta’ l-attività/passività, li minnhom passivi intra-Ewrosistema (partita M13)/talbiet (partita M18) li għandhom x’jaqsmu ma’ l-allokazzjoni tal-karti tal-flus ta’ l-euro

Il-pożizzjonijiet netti vis-à-vis l-Ewrosistema oriġinaw permezz ta’ 1) distribuzzjoni tal-karti tal-flus ta’ l-euro maħruġin mill-BĊE (8 % tal-ħruġ totali); u 2) applikazzjoni tal-mekkaniżmu tas-sehem kapitali. L-allokazzjoni tal-pożizzjoni ta’ kreditu jew debitu netta tal-BĊN u BĊE individwali jew għan-naħa ta’ l-attività jew għan-naħa tal-passività tal-karta ta’ bilanċ issir skond is-sinjal, iġifieri pożizzjoni netta pożittiva vis-à-vis l-Ewrosistema tiġi rrapportata fuq in-naħa ta’ l-attività, pożizzjoni netta negattiva fuq in-naħa tal-passività.

8.   Sidien ta’ titoli li jistgħu jiġu nnegozjati maħruġin minn IFM oħra b’analiżi skond il-maturità (partiti M19 sa M21 u M28 sa M30) u mbagħad skond il-munita (partiti M22 sa M27 u M31 sa M36)

Titoli ta’ dejn u karti tas-suq monetarju maħruġin mill-IFM li kienu ġew analizzati skond ir-residenza tas-sid skond il-qasma fi tlieta li ġejja: domestika/Stati Membri parteċipanti/bqija tad-dinja. Titoli ta’ dejn u data tal-karti tas-suq monetarju jiġu pprovduti b’analiżi skond il-maturità (sa sena, aktar minn sena u sa sentejn) u aktar dettalji skond il-munita (euro, muniti barranin).

II.   Partiti tal-memorandum sabiex jiksbu informazzjoni importanti għal statistiċi tar-rata ta’ imgħax ta’ l-IFM

9.

Għall-produzzjoni regolari ta’ l-istatistiċi (5) tar-rata ta’ imgħax ta’ l-IFM (minn hawn iżjed ’l quddiem ‘RIM’), hemm bżonn ta’ informazzjoni importanti sabiex jinħadem l-aggregat ta’ l-istatistiċi nazzjonali tar-RIM ma’ dawk applikati fiż-żona ta’ l-euro. Sabiex jitnaqqas il-piż tar-rapportar minn fuq il-BĊN, ittieħdet id-deċiżjoni li jiġi wżat bħala sors primarju għall-kisba tal-piżijiet għal statistiċi tar-RIM fuq ammonti pendenti kif ukoll bħala statistiċi magħżula tar-RIM fuq negozji ġodda, l-informazzjoni statistika diġà rrapportata mill-BĊN fil-kuntest ta’ l-istatistiċi tal-BSI.

10.

Fuq il-bażi tad-disponibbiltà tad-data skond ir-Regolament BĊE/2001/13 l-informazzjoni importanti għall-partiti ta’ depożitu relevanti li tirreferi għal negozji ġodda u ammonti pendenti tista’ tiġi ntraċċata b’mod faċli mill-istatistiċi tal-karta ta’ bilanċ ta’ l-IFM. Iżda, għall-partiti ta’ l-istrumenti ta’ self fil-qasam ta’ ammonti pendenti (6)id-data obbligatorja tal-BSI ma tippermettix riflessjoni preċiża.

11.

Għal dawn il-kategoriji ta’ strumenti ta’ self, is-serje tal-BSI (obbligatorja) tkopri l-muniti kollha ta’ transazzjoni, filwaqt li l-istatistiċi tar-RIM jikkunsidraw biss self denominat f’euro. Is-serje tal-BSI li jirreferu biss għall-euro bħala l-munita ta’ transazzjoni skond ir-Regolament BĊE/2001/13 huma disponibbli bl-analiżi settorjali meħtieġa, iżda mingħajr distinzjoni skond il-maturità u (fi ħdan is-settur tad-djar) skond it-tip ta’ self.

12.

Għal dawn il-kategoriji ta’ self, l-informazzjoni importanti hija għalhekk ibbażata fuq is-serje tal-BSI li tirreferi għas-self fil-muniti kollha. Madankollu, s-serje huma aġġustati għas-sehem ta’ l-euro fi ħdan il-muniti totali ta’ transazzjoni.

13.

Wara kuntatti bilaterali, numru ta’ BĊN (sal-lum: il-Belġju, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja u l-Olanda għal self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji) huma, madankollu, f’pożizzjoni wkoll li jipprovdu l-analiżi meħtieġa għal self denominat f’euro. Għal dan il-għan, ġew stabbiliti l-partiti tal-memorandum li ġejjin:

TABELLA Ċ

Data ta’ IFM oħra (stokks)

Self denominat f’euro mogħti minn IFM oħra lil sub-kategorija indikata ta’ ‘residenti oħra’

ATTIVITÀ

Korp. mhux finanzjarji. (S.11)

Djar eċċ. (S.14 + S.15)

Kreditu tal-konsumatur

Self fuq id-djar

Oħrajn (bqija)

A.   Domestika

Self

 

Li minnu Euro

 

Sa sena

M46

M47

M48

M49

Aktar minn sena u sa 5 snin

M50

M51

M52

M53

Aktar minn 5 snin

M54

M55

M56

M57

B.   SM parteċipanti oħra

Self

 

Li minnu Euro

 

Sa sena

M58

M59

M60

M61

Aktar minn sena u sa 5 snin

M62

M63

M64

M65

Aktar minn 5 snin

M66

M67

M68

M69

III.   Partiti tal-memorandum sabiex jiġu kkompilati l-MUFA

14.

Għall-produzzjoni regolari ta’ kull tliet xhur tal-MUFA hemm bżonn ta’ partiti tal-memorandum ta’ statistiċi monetarji u bankarji (MBS). Għall-għanijiet tal-kontabilità finanzjarja, għandha tiġi pprovduta analiżi addizzjonali skond l-istrument u skond ir-residenza flimkien mad-data pprovduta taħt ħtiġijiet ta’ rapportar tal-MBS eżistenti.

15.

Hemm bżonn ta’ data fuq l-istokks u transazzjonijiet għal għanijiet ta’ kontabilità finanzjarja. Sabiex il-ħtiġijiet tal-kontabilità finanzjarja jiġu integrati fil-qafas tal-MBS huma meħtieġa aġġustamenti tal-flussi, iġifieri klassifikazzjonijiet mill-ġdid, valutazzjonijiet mill-ġdid u aġġustamenti għar-rata tal-kambju, li għandhom x'jaqsmu mas-serje addizzjonali tal-kontabilità finanzjarja.

16.

f’termini ta’ regoli ta’ valutazzjoni, kull data addizzjonali meħtieġa taħt din is-Sezzjoni għandha tiġi rrapportata billi jiġu segwiti l-istess regoli ta’ valutazzjoni u ta’ kontabilità tad-data rrapportata skond ir-Regolament BĊE/2001/13. Finalment, ġew maħluqa kodiċi ta’ identifikazzjoni ġodda fil-kuntest ta’ l-MBS u ġew definiti regoli ta’ rapportar addattati (eżempju f’termini ta’ perjodiċità) u kontrolli fir-rigward ta’ data eżistenti oħra. Għal dan il-għan, ġew stabbiliti l-partiti tal-memorandum li ġejjin:

TABELLA D

Data ta’ kull tliet xhur: data tal-BĊN/BĊE/IFM oħra (stokks)

 

Domestiċi

Stati Membri parteċipanti oħra

Bqija tad-dinja

Mhux allokati

Total

Li minnhom:

gvern ċentrali

Total

Li minnhom:

gvern ċentrali

14   Bqija tal-passivi

Equity netta tad-djar f’fondi ta’ riservi tal-pensjoni

 

M70

ATTIVITÀ

3   Titoli ta’ dejn għajr ishma

Sa sena

 

M71

 

M72

M73

 

Li minnhom: euro

 

M74

 

M75

M76

 

Aktar minn sena

 

M77

 

M78

M79

 

Li minnhom: euro

 

M80

 

M81

M82

 

5   Ishma u equity oħra

Ishma kkwotati

M83

 

M84

 

M85

 

Ishma tal-fond ta’ investment fund (mhux FSM)

M86

 

M87

 

M88

 

7   Bqija ta’ l-attivi

Ħlas bil-quddiem tal-primjums ta’ l-assigurazzjoni u riservi għal talbiet pendenti

 

M89

17.   Equity netta tad-djar f’fondi ta’ riservi tal-pensjoni (M70)

Passivi ta’ l-IFM mad-djar fil-forma ta’ dispożizzjonijiet tekniċi stabbiliti sabiex jipprovdu pensjonijiet lill-impjegati. Tipikament, dan jirreferi għal fondi tal-pensjoni ta’ l-impjegati li ma jkunux ġew esterjorizzati lil istituzzjoni indipendenti.

18.   Titoli għajr ishma

Hemm bżonn ta’ analiżi skond is-settur u l-maturità li ma tinsabx fir-Regolament BĊE/2001/13. Din tinkludi titoli barra ishma b’maturità ta’ mhux aktar minn sena maħruġin mill-gvern ċentrali (Domestiċi M71, M74, Stati Membri parteċipanti oħra M72, M75) u l-Bqija tad-dinja (M73, M76), u titoli barra ishma b’maturità ta’ aktar minn sena maħruġin mill-gvern ċentrali (Domestiċi M77, M80, Stati Membri parteċipanti oħra M78, M81) u l-Bqija tad-dinja (M79, M82).

19.   Ishma u equity oħra

Informazzjoni separata, b’analiżi skond ir-residenza, fir-rigward ta’ ishma kkwotati u ishma tal-fond ta’ investiment barra minn ishma tal-fond tas-suq monetarju. Ishma kkwotati (M83-M85) huma ishma bi prezzijiet ikkwotati f'borża rikonoxxuta jew forma oħra ta’ suq sekondarju. Ishma tal-fond ta’ investiment (M86-M88), imsejħin ukoll ishma tal-fond komuni, huma ishma maħruġin fil-kuntest ta’ arranġament finanzjarju organizzat li jiġbor fih fondi ta’ investiment għall-għan li jikseb assi finanzjarji u mhux finanzjarji, barra dawk inklużi fis-settur ta’ l-IFM.

20.   Ħlasijiet bil-quddiem ta’ primjums ta’ l-assigurazzjoni u riservi għal talbiet pendenti (M89)

Din il-partita tirrappreżenta l-parti ta’ primjums grossi mħallsa mill-IFM li għandha tiġi allokata għall-perjodu ta’ kontabilità li ġej flimkien ma’ talbiet minn IFM li għadhom mhux issetiljati.”


(1)  Soġġetta għal ftehim bilaterali bejn il-BĊE u l-BĊN, tista’ tiġi pprovduta data tal-flussi (flow data).

(2)  Li għandhom jiġu rrapportati jekk disponibbli.

(3)  Li għandhom jiġu rrapportati jekk disponibbli.

Kaxex skuri huma l-partiti ta’ prijorità għolja

(4)  Soġġetta għal ftehim bilaterali bejn il-BĊE u l-BĊN, tista’ tiġi pprovduta data tal-flussi (flow data).

Kaxex skuri huma l-partiti ta’ prijorità għolja.

Soġġett għal ftehim bejn il-BĊE u l-BĊN, ma hemmx għalfejn li l-kaxex skuri bi vleġġa (↑) jiġu rrapportati mill-BĊN fejn jintużaw sorsi ta’ data alternattivi mill-BĊE

(5)  Skond ir-Regolament BĊE/2001/18.

(6)  Ara r-Regolament BĊE/2001/18, Anness II, Appendiċi 1: indikaturi 6-14.


ANNESS IV

“ANNESS XIII

STANDARDS TA’ RAPPORTAR GĦALL-ISKAMBJU ELETTRONIKU TA’ DATA STATISTIKA

STATISTIĊI TAL-PARTITI TAL-KARTA TA’ BILANĊ TAL-BĊE

IDENTIFIKATUR TAL-FAMILJA TAL-KODIĊI: ECB_BSI1

Statistiċi tal-karta ta’ bilanċ ta’ l-ifm għall-produzzjoni tal-bilanċ konsolidat

1.   Il-Familja tal-Kodiċi BĊE_BSI1 u l-Listi tal-Kodiċi li Jikkorrespondu

Il-familja tal-kodiċi tal-partiti tal-karta tal-bilanċ (BSI) tirreferi għall-istatistiċi armonizzati tal-karta tal-bilanċ irrapportati mis-settur ta’ l-istituzzjoni finanzjarja monetarja (IFM) lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Id-data minn IFM individwali (għajr il-banek ċentrali nazzjonali (BĊN)) dwar il-BSI hija miġbura u aggregata fuq il-livell nazzjonali mill-BĊN. Il-BĊN u l-BĊE jaħdmu wkoll l-istatistiċi tal-BSI tagħhom stess. L-istatistiċi tal-BSI tal-BĊN/il-BĊE u dawk ta’ IFM oħra (minn hawn iżjed ’l quddiem ‘IFMO’) jiġu rrapportati separatament fuq bażi grossa mill-BĊN lill-BĊE li, minn naħa tiegħu, l-ewwel jaħdem il-bilanċ aggregat pajjiż, pajjiż tas-settur ta’ l-IFM u mbagħad il-bilanċ konsolidat taż-żona ta’ l-euro tas-settur ta’ l-IFM (1) u l-aggregati monetarji relevanti taż-żona ta’ l-euro (2).

Il-BĊE juża data konsolidata ta’ kull xahar dwar il-karta ta’ bilanċ tas-settur ta’ l-IFM sabiex jikkompila aggregati u kontrapartijiet monetarji taż-żona ta’ l-euro. Aktar analiżi tal-BSI ewlenin jiġu rrapportati fuq bażi ta’ kull tliet xhur bħala biċċa informazzjoni addizzjonali sabiex tgħin l-analiżi monetarja.

Id-dimensjonijiet u l-attributi identifikati għall-familja tal-kodiċi BSI huma deskritti fid-dettall, aktar ’l isfel.

Għal statistiċi tal-BSI, 11-il dimensjoni huma speċifikati bħala li huma essenzjali sabiex jidentifikaw is-serje temporali (3):

TABELLA 1

Il-familja tal-kodiċi BSI (ECB_BSI1): Dimensjonijiet tas-serje

Poż-izzjoni fiċ-ċavetta

Kunċett (mnemonika)

Isem tal-kunċett

Format tal-valur

Lista tal-kodiċi (mnemonika)

Isem tal-lista tal-kodiċi

 

Dimensjonis

1

FREQ

Frekwenza

AN1

CL_FREQ

Lista tal-kodiċi tal-frekwenza (BSI, BĊE)

2

REF_AREA

Żona ta’ referenza

AN2

CL_AREA_EE

Lista tal-kodiċi taż-żona (Eurostat BoP, BĊE)

3

ADJUSTMENT

Indikatur ta’ l-aġġustament

AN1

CL_ADJUSTMENT

Lista tal-kodiċi ta’ l-indikatur ta’ l-aġġustament (BSI, BĊE)

4

BS_REP_SECTOR

Analiżi tas-settur ta’ referenza tal-karta ta’ bilanċ

AN1

CL_BS_REP_SECTOR

Lista tal-kodiċi ta’ l-analiżi tas-settur ta’ referenza tal-karta ta’ bilanċ (BĊE)

5

BS_ITEM

Kategorija tal-karta ta’ bilanċ

AN3

CL_BS_ITEM

Lista tal-kodiċi tal-kategorija tal-karta ta’ bilanċ (BĊE)

6

MATURITY_ORIG

Maturità oriġinali

AN1

CL_MATURITY_ORIG

Lista tal-kodiċi tal-maturità oriġinali (BĊE)

7

DATA_TYPE

Tip ta’ data

AN1

CL_DATA_TYPE

Tip ta’ data monetarja u bankarja, fluss u pożizzjoni (BĊE, BSI)

8

COUNT_AREA

Żona kontraparti

AN2

CL_AREA_EE

Lista tal-kodiċi taż-żona (Eurostat BoP, BĊE)

9

BS_COUNT_SECTOR

Settur kontraparti tal-karta tal-bilanċ

AN4

CL_BS_COUNT_SECTOR

Lista tal-kodiċi tas-settur kontraparti tal-karta tal-bilanċ (BĊE, BSI)

10

CURRENCY_TRANS

Munita ta’ transazzjoni

AN3

CL_CURRENCY

Lista tal-kodiċi tal-munita (BĊE, BSI, Eurostat BoP)

11

BS_SUFFIX

Suffiss tal-karta tal-bilanċ

AN1

CL_ BS_SUFFIX

Lista tal-kodiċi tad-denominazzjoni tas-serje jew ta’ kalkolazzjoni speċjali (BĊE)

Dawn id-dimensjonijiet huma kunċetti statistiċi li jieħdu l-valuri tagħhom mil-listi tal-kodiċi. F’xi każijiet rari, id-deskrizzjoni tal-valuri kkodifikati fil-listi tal-kodiċi tista’ ma tikkorrispondix eżatt mal-formolazzjoni tal-kliem miftehma tar-Regolament BĊE/2001/13. Dan iseħħ meta lista tal-kodiċi, jew subsett tal-valuri tagħha, tkun lista li jkun sar qbil fuqha fuq livell internazzjonali u li diġà tkun teżisti (eż. ir-residenza tal-kontraparti).

L-istess familja tal-kodiċi tippermetti rappreżentazzjoni tas-sett supplimentari ta’ data mitlub għall-kompilazzjoni ta’ l-aggregati monetarji taż-żona ta’ l-euro: l-attivi tal-gvern ċentrali u (sostituti mill-qrib tagħhom ta’) obbligi ta’ depożiti, ippreżentati fl-Anness VII.

2.   Dimensjonijiet

Deskrizzjoni tad-dimensjonijiet tal-familja tal-kodiċi tal-BSI hija mogħtija taħt, li ssegwi l-istess sekwenza kif tidher fil-kodiċi tas-serje. Hija mogħtija informazzjoni wkoll dwar it-tul (format tal-valur, indikatur tan-numru ta’ karattri) ta’ kull dimensjoni u l-lista tal-kodiċi ta’ referenza (indikata bl-ittri kapitali bħal CL_****). Eżempju, skond it-tabella 1, id-dimensjoni REF_AREA (żona ta’ referenza) tieħu l-valuri tagħha mil-lista tal-kodiċi CL_AREA_EE.

2.1   Dimensjoni Nru 1: Frekwenza (FREQ; tul: karattru wieħed)

Din id-dimensjoni tindika l-frekwenza tas-serje rrapportati. Il-lista tal-kodiċi wżata hija CL_FREQ. Il-valuri tal-kodiċi wżati fil-familja tal-kodiċi BSI huma ‘M’ għal data ta’ kull xahar u ‘Q’ għal data ta’ kull tliet xhur, u huma subsett tal-valuri speċifikati f’din il-lista tal-kodiċi.

2.2   Dimensjoni Nru 2: Żona ta’ referenza (REF_AREA; tul: żewġ karattri)

Din id-dimensjoni tirrappreżenta l-pajjiż ta’ residenza ta’ l-istituzzjonijiet li jirrapportaw (IFM). Il-lista tal-kodiċi assoċjata CL_AREA_EE fiha l-lista tal-pajjiżi ta’ l-istandard ISO kif ukoll xi valuri tal-kodiċi addizzjonali kif deskritt fis-Sezzjoni 2.8 (Dimensjoni Nru 8: Żona kontraparti). Subsett wieħed biss tal-valuri tagħha huwa wżat sabiex jiddefinixxi ż-żona ta’ referenza fil-familja tal-kodiċi tal-BSI.

2.3   Dimensjoni Nru 3: Indikatur ta’ l-aġġustament (ADJUSTMENT; tul: karattru wieħed)

Din id-dimensjoni tindika jekk ikunx ġie applikat aġġustament staġjonali u/jew aġġustament ta’ jum ta’ xogħol. Il-lista tal-kodiċi li tikkorrispondi hija CL_ADJUSTMENT. Il-valuri tal-kodiċi wżati bħalissa fil-familja tal-kodiċi BSI huma ‘N’ għal la aġġustati staġjonalment u lanqas aġġustati skond il-jum ta’ ħidma u ‘Y’ għal aġġustati kemm staġjonalment kif ukoll skond il-jum ta’ xogħol.

2.4   Dimensjoni Nru 4: Analiżi tas-settur ta’ referenza tal-karta tal-bilanċ (BS_REP_SECTOR; tul: karattru wieħed)

Din id-dimensjoni tindika s-settur ta’ rapportar u hija marbuta mal-lista tal-kodiċi CL_BS_REP_SECTOR. F’din il-lista tal-kodiċi, l-IFM huma maqsumin f’BĊN/BĊE (‘N’) u IFMO (istituzzjonijiet ta’ kreditu, fondi tas-suq monetarju u istituzzjonijiet oħra) (‘A’), f’kunsiderazzjoni tal-karti ta’ bilanċ separati li l-BĊE jikkonsolida.

F’konsiderazzjoni tat-talba għal data dwar passivi u attivi ta’ depożitu tal-gvern ċentrali, għall-gvern ċentrali jiġi wżat il-valur tal-kodiċi ‘G’.

Il-valuri tal-kodiċi l-oħra huma nklużi wkoll f’din il-lista tal-kodiċi għall-għan li s-serji monetarji aggregati jiġu kkalkolati u mxandra mill-BĊE.

2.5   Dimensjoni Nru 5: Partita tal-karta tal-bilanċ (BS_ITEM; tul: tliet karattri)

Din id-dimensjoni tirrappreżenta l-BSI tal-karta ta’ bilanċ ta’ l-IFM kif definit fir-Regolament BĊE/2001/13 u tieħu l-valuri tagħha mil-lista tal-kodiċi CL_BS_ITEM. Din hija d-dimensjoni ewlenija tal-familja tal-kodiċi BSI. Il-valuri tal-kodiċi ta’ l-attivi u tal-passivi huma identifikati bil-prefiss ‘A’ jew ‘L’ u, f’dan il-każ ukoll, il-valuri huma organizzati u kkodifikati wara, kull fejn possibbli, relazzjoni ġerarkika fost il-partiti. Il-BSI addizzjonali speċifiċi għall-BĊN (u l-BĊE) huma identifikati bl-ittra ‘C’, wara l-prefiss ‘A’ għal attivi u wara l-prefiss ‘L’ għal passivi.

2.6   Dimensjoni Nru 6: Maturità oriġinali (MATURITY_ORIG; tul: karattru wieħed)

Din id-dimensjoni tirrappreżenta l-maturità oriġinali tal-BSI fil-karta tal-bilanċ ta’ l-IFM u hija marbuta mal-lista tal-kodiċi CL_MATURITY_ORIG.

2.7   Dimensjoni Nru 7: Tip ta’ data (DATA_TYPE; tul: karattru wieħed)

Din id-dimensjoni hija deskritta bil-lista tal-kodiċi CL_DATA_TYPE u tindika t-tip ta’ data li għandha tiġi rrapportata: ammonti pendenti fit-tmiem tal-perjodu (stokks) (‘1’), klassifikazzjonijiet mill-ġdid u aġġustamenti oħra (‘5’), bidliet fir-rata tal-kambju (‘6’) (4) u aġġustamenti oħra (‘7’) (valutazzjonijiet mill-ġdid oħra u kanċellazzjoni/żvalutazzjoni tas-self). Ġew definiti valuri tal-kodiċi oħra sabiex jippermettu li ssir id-derivazzjoni tal-flussi mill-istokks u li jsiru l-aġġustamenti xierqa kif ukoll li ssir il-kalkolazzjoni ta’ l-indiċi ta’ stokks spekulattivi wżati għad-derivazzjoni ta’ rati ta’ tkabbir annwali. Dawn il-valuri tal-kodiċi addizzjonali huma wżati mill-BĊE għad-disseminazzjoni ta’ l-aggregati taż-żona ta’ l-euro.

2.8   Dimensjoni Nru 8: Żona kontraparti (COUNT_AREA; tul: żewġ karattri)

Din id-dimensjoni tirrappreżenta ż-żona ta’ residenza tal-kontraparti tal-BSI ta’ l-IFM. Il-lista tal-kodiċi assoċjata ma’ dan il-kunċett hija CL_AREA_EE, li fiha l-lista tal-pajjiż ta’ l-istandard ISO u l-valuri tal-kodiċi addizzjonali wżati speċifikament għaż-żona ta’ l-euro (eż. U6 — ‘domestiku’ wżat meta ż-żona kontraparti hija l-istess pajjiż bħall-IFM li jirrapporta). Għall-istatistiċi tal-BSI jintuża subsett tal-valuri tal-kodiċi: il-kodiċi ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (UE) flimkien ma’ xi kodiċi addizzjonali taż-żona.

2.9   Dimensjoni Nru 9: Settur kontraparti tal-karta tal-bilanċ (BS_COUNT_SECTOR; tul: erba’ karattri)

Din id-dimensjoni tirrappreżenta l-analiżi settorjali tal-kontraparti tal-BSI u hija marbuta mal-lista tal-kodiċi CL_BS_COUNT_SECT. Din il-lista tal-kodiċi hija meħuda strettament mill-ħtieġa ta’ l-analiżi settorjali għall-BSI stabbilita l-ewwel nett fir-Regolament BĊE/1998/16 ta’ l-1 ta’ Diċembru 1998 dwar il-bilanċ konsolidat tas-settur ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji u mbagħad fir-Regolament BĊE/2001/13. Il-valuri huma organizzati u kkodifikati skond l-istruttura ġerarkika tas-setturi bil-għan li jkunu orjentati lejn l-utent u li jipprovdu għodda għal amministrazzjoni faċli tad-data.

Għat-tabelli 2 u 4 ta’ l-Anness I tar-Regolament BĊE/2001/13, il-qasma ‘banek’/‘mhux banek’, meta applikata għal kontrapartijiet residenti fi Stati Membri mhux parteċipanti, tikkorrespondi għall-analiżi ‘IFM’/‘mhux IFM’, kif speċifikat fl-imsemmi Regolament. Fit-tabella 3, il-qasma ‘IFM’/‘mhux IFM’, minflok hija wżata sabiex tikklassifika kontrapartijiet residenti fi Stati Membri mhux parteċipanti.

2.10   Dimensjoni Nru 10: Munita tat-transizzjoni (CURRENCY_TRANS; tul: tliet karattri)

Din id-dimensjoni tiddeskrivi l-munita li biha, il-BSI ta’ l-IFM huma denominati u hija marbuta mal-lista tal-kodiċi CL_CURRENCY. Għal BSI ta’ l-IFM jintuża subsett tal-valuri tal-kodiċi.

2.11   Dimensjoni Nru 11: Munita ta’ denominazzjoni tas-serje (BS_SUFFIX; tul: karattru wieħed)

Din id-dimensjoni tispeċifika jekk is-serje rrapportata hijiex imfissra f’munita nazzjonali jew fil-munita komuni (euro). Għandha żewġ valuri (‘N’, nazzjonali u ‘E’, euro) li huma rrappreżentati mil-lista tal-kodiċi CL_BS_SUFFIX. Din id-dimensjoni hija fundamentali sabiex issir differenza bejn is-serje li jirrappreżentaw l-istess fenomenu ekonomiku li huma rrapportati fil-fażijiet differenti ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja (UEM). Eżempju, għall-pajjiżi ta’ l-UE li mhumiex membri ta’ l-UEM, id-data mhijiex irrapportata fil-munita nazzjonali. Sa minn meta jidħlu fl-UEM, l-istess serje tal-BSI jiġu mfissra fil-munita komuni u rrapportati fl-euro.

3.   L-Attributi

Barra mill-11-il dimensjoni li jiddefinixxu l-kodiċi, ġie definit sett ta’ attributi (5). Dawn huma mehmużin f’livelli varji ta’ l-informazzjoni skambjata. It-tabella 2 tirrapporta l-lista ta’ attributi kkodifikati u mhux ikkodifikati ddefiniti għall-familja tal-kodiċi ta’ l-istatistika tal-BSI, flimkien mal-livell ta’ assenjazzjoni, il-format u l-listi tal-kodiċi li minnhom huma meħudin il-valuri ta’ l-attributi kkodifikati.

Barra minn hekk, kull wieħed minn dawn l-attributi huwa kkaratterizzat b’ċerti karatteristiċi tekniċi, li huma elenkati fit-Tabella 3.

TABELLA 2

Attributi kkodifikati u mhux ikkodifikati ddefiniti għall-familja tal-kodiċi ECB_BSI1

Livell ta’ assenjazzjoni

Kunċett statistiku

Format

Lista tal-kodiċi

Attributi fuq livell ta’ parentela

(skambjati billi jsir użu mill-grupp FNS)

Parentela

TITLE

Titlu

AN..70

mhux kodifikat

 

Parentela

UNIT

Unità

AN..12

CL_UNIT

Lista tal-kodiċi ta’ l-unità (BSI, BĊE, Eurostat BoP)

Parentela

UNIT_MULT

Multiplikatur ta’ l-unità

AN..2

CL_UNIT_MULT

Lista tal-kodiċi tal-multiplikatur ta’ l-unità (BSI, BĊE, Eurostat BoP)

Parentela

DECIMALS

Deċimali

AN1

CL_DECIMALS

Lista tal-kodiċi tad-deċimali (BSI, BĊE)

Parentela

TITLE_COMPL

Kompliment tat-titlu

AN..1050

mhux kodifikat

 

Parentela

NAT_TITLE

Titlu fil-lingwa nazzjonali

AN..350

mhux kodifikat

 

Parentela

COMPILATION

Kompilazzjoni

AN..1050

mhux kodifikat

 

Attributi fuq livell ta’ serje temporali

(skambjati billi jsir użu mill-grupp FNS)

Serje temporali

COLLECTION

Indikatur tal-ġbir

AN1

CL_COLLECTION

Lista tal-kodiċi ta’ l-indikatur tal-ġbir (BSI, BĊE)

Serje temporali

AVAILABILITY

Disponibilità

AN1

CL_AVAILABILITY

Lista tal-kodiċi tad-disponibilità ta’ l-organizzazzjoni (BSI, BĊE)

Serje temporali

DOM_SER_IDS

Ids tas-serje domestiċi

AN..70

mhux kodifikat

 

Serje temporali

UNIT_INDEX_BASE

Bażi ta’ l-indiċi ta’ l-unità

AN..35

mhux kodifikat

 

Serje temporali

BREAKS

Interruzzjonijiet

AN..350

mhux kodifikat

 

Attributi fuq livell ta’ osservazzjoni

(skambjati flimkien mad-data fis-segment prinċipali ARR għajr għal OBS_COM skambjati fi ħdan il-grupp FNS)

Osservazzjoni

OBS_STATUS

Status ta’ osservazzjoni

AN1

CL_OBS_STATUS

Lista tal-kodiċi ta’ l-istatus ta’ osservazzjoni (BSI, ECB, Eurostat BoP)

Osservazzjoni

OBS_CONF

Kunfidenzjalità ta’ osservazzjoni

AN1

CL_OBS_CONF

Lista tal-kodiċi tal-kunfidenzjalità ta’ osservazzjoni (Eurostat BoP, BĊE)

Osservazzjoni

OBS_PRE_BREAK

Valur ta’ osservazzjoni ta’ qabel l-interruzzjoni

AN..15

mhux kodifikat

 

Osservazzjoni

OBS_COM

Kumment ta’ osservazzjoni

AN..350

mhux kodifikat

 


TABELLA 3

Karatteristiċi komuni ta’ l-attributi għall-familja tal-kodiċi ECB_BSI1: BĊN taż-żona ta’ l-euro li jirrapportaw lill-BĊE

 

Status

L-ewwel valur stabbilit mill- … (6)

Jista’ jiġi mibdul mill-BĊN

TITLE_COMPL

O

BĊE

Le

UNIT

O

BĊE

Le

UNIT_MULT

O

BĊE

Le

DECIMALS

O

BĊE

Le

TITLE

K

BĊE

Le

NAT_TITLE

K

BĊN

Iva

COMPILATION

K

BĊN

Iva (**)

COLLECTION

O

BĊE

Le

AVAILABILITY

O

BĊE/BĊN

Iva

DOM_SER_IDS (7)

K

BĊN

Iva

UNIT_INDEX_BASE

K

BĊE

Le

BREAKS

K

BĊN

Iva

OBS_STATUS

O

BĊN

Iva

OBS_CONF

K

BĊN

Iva

OBS_PRE_BREAK

K

BĊN

Iva

OBS_COM

K

BĊN

Iva

 

O: Obbligatorju,

K: Kondizzjonali

 

 

Il-paragrafi 3.1, 3.2 u 3.3 jippreżentaw deskrizzjoni ta’ kull wieħed mill-attributi, il-lista tal-kodiċi ta’ referenza (indikata b’ittri kapitali bħala CL_****) hija nkluża kull meta jkun applikabbli.

3.1   Attributi fuq livell ta’ parentela

Obbligatorju:

TITLE_COMPL (mhux kodifikat): L-attribut tal-kompliment tat-titlu jiġi stabbilit, irreġistrat u mxandar mill-BĊE (huwa bl-Ingliż, b’tul massimu ta’1 050 karattru). Jekk BĊN ikun irid jagħmel modifika, ikun jista’ jagħmel dan wara konsultazzjoni mal-BĊE. Ir-reviżjoni tiġi implimentata mill-BĊE.

UNIT (lista tal-kodiċi: CL_UNIT): Dan l-attribut jipprovdi l-unità ta’ kejl tad-data rrapportata. Stati Membri taż-żona ta’ l-Euro jirrapportaw id-data f’euro u l-BĊE jistabbilixxi dan l-attribut għal euro (UNIT = ‘EUR’). Fil-każ ta’ Stati Membri mhux parteċipanti, il-valur ta’ dan l-attribut huwa daqs il-munita nazzjonali li tikkorrespondi.

NIT_MULT (lista tal-kodiċi: CL_UNIT_MULT): L-attribut tal-multiplikatur ta’ l-unità jipprovdi informazzjoni dwar jekk is-serje hijiex imfissra f’miljuni (UNIT_MULT = ‘6’), biljuni (UNIT_MULT = ‘9’) eċċ. Il-BĊN jirrapportaw data f’miljuni u l-BĊE jiffissa l-valur għal 6 (UNIT_MULT = ‘6’).

DECIMALS (lista tal-kodiċi: CL_DECIMALS): Dan l-attribut jindika n-numru ta’ deċimali mogħtija għall-valuri ta’ l-osservazzjonijiet. Il-BĊN jirrapportaw id-data b’żero ċifri deċimali, kif speċifikat fir-Regolament BĊE/2001/13 (b’hekk DECIMALS = ‘0’). Il-BĊE sejjer jistabbilixxi l-valuri x-xierqa ta’ dan l-attribut.

Kondizzjonali:

TITLE (mhux kodifikat): It-titolu tas-serje jippermetti biss massimu ta’ 70 karattru. Minħabba l-ispazju limitat, l-attribut tal-kompliment tat-titlu huwa wżat minflok l-attribut obbligatorju. L-attribut titlu jista’ fil-futur jintuża għall-kostruzzjoni ta’ titli qosra, u jiġi rreġistrat u mxandar mill-BĊE.

NAT_TITLE (mhux kodifikat): Il-BĊN jistgħu jużaw l-attribut tat-titlu nazzjonali sabiex jipprovdu deskrizzjoni preċiża u speċifikazzjonijiet oħra supplimentari jew ta’ distinzjoni fil-lingwa nazzjonali tagħhom (test sa 350 karattru). Jista’ jiġi ffissat u modifikat mill-BĊN fi kwalunkwe ħin. Għalkemm l-użu ta’ ittri kbar u ittri żgħar ma joħloqx problemi, il-BĊN huma mitlubin li jillimitaw lilhom infushom għas-sett ta’ karattri Latin-1.

COMPILATION (mhux kodifikat): Dan l-attribut huwa wżat għal kwalunkwe spjega testwali tal-metodi ta’ kompilazzjoni wżati, b’mod partikolari jekk dawn ikunu jvaraw mir-regoli u mill-istandards tal-BĊE (test sa 1 050 karattru).

3.2   Attributi fil-livell tas-serje temporali

Obbligatorju:

COLLECTION (lista tal-kodiċi: CL_COLLECTION): Dan l-attribut jipprovdi spjega taż-żmien meta jiġu miġburin l-osservazzjonijiet (eż. il-bidu, nofs u t-tmiem tal-perjodu) jew indikazzjoni ta’ jekk id-data hijiex il-medja fuq il-perjodu jew osservazzjonijiet tat-tmiem tal-perjodu. Il-BĊE jistabbilixxi l-attribut tal-ġbir għall-istatistiċi tal-BSI għal ‘E’tmiem tal-perjodu (COLLECTION = ‘E’) fir-rigward ta’ serje ta’ l-istokk u għal ‘S’totali fuq perjodu (COLLECTION = ‘S’) fir-rigward ta’ aġġustamenti u serje tal-flussi.

AVAILABILITY (lista tal-kodiċi: CL_AVAILABILITY): Dan l-attribut jindika għal liema istituzzjonijiet tista’ tkun magħmula disponibbli din id-data. Meta jkun meħtieġ trattament speċjali għal osservazzjonijiet speċifiċi, jista’ jintuża l-attribut tal-konfidenzjalità ta’ l-osservazzjoni (ara taħt).

Kondizzjonali:

DOM_SER_IDS (mhux kodifikat): Dan l-attribut jagħmilha possibbli li ssir referenza għall-kodiċi wżat fil-bażi ta’ data nazzjonali sabiex jiġu identifikati s-serje li jikkorrispondu (formoli li jużaw il-kodiċi ta’ referenza nazzjonali jistgħu jiġu speċifikati wkoll). Jista’ jintbagħat u jiġi mmodifikat minn BĊN li jirrapporta f’kull ħin (test sa 70 karattru).

UNIT_INDEX_BASE (mhux kodifikat): Dan l-attribut jindika r-referenza bażi u l-valur bażi għall-indiċi. Il-valur jintuża biss għas-serje ta’ l-indiċi ta’ stokks spekulattivi miksubin mill-BĊE u mxandra lis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali. Għal dan il-għan, fil-bidu, dan il-valur ġie stabbilit mill-BĊE għal ‘Index Dec98 = 100’, fl-okkażjoni tad-disseminazzjoni mill-BĊE tad-data ta’ Ottubru 2002.

BREAKS (mhux kodifikat): Dan l-attribut jipprovdi deskrizzjoni ta’ l-interruzzjonijiet u bidliet kbar maż-żmien fil-ġbir, jirrapporta l-kopertura u l-kompilazzjoni tas-serje. Fil-każ ta’ interruzzjoni, huwa mixtieq li jiġi ddikjarat kemm, id-data antika u dik ġdida, jistgħu jitqiesu komparabbli (test sa 350 karattru).

3.3   Attributi fuq livell ta’ osservazzjoni (8)

Obbligatorju:

OBS_STATUS (lista tal-kodiċi: CL_OBS_STATUS): Il-BĊN jirrapportaw il-valur ta’ l-istatus ta’ osservazzjoni mehmuż ma’ kull osservazzjoni skambjata. Dan l-attribut huwa obbligatorju u għandu jiġi pprovdut ma’ kull tramissjoni ta’ data għal kull osservazzjoni individwali. Meta l-BĊN jirrevedu l-valur ta’ dan l-attribut, jiġu rrapportati kemm il-valur ta’ osservazzjoni (anke jekk mhux mibdul) kif ukoll il-marka indikattiva ta’ l-istatus ta’ osservazzjoni.

Il-lista ta’ taħt tispeċifika l-valuri mistennija (skond il-ġerarkija miftehma) għal dawn l-attributi għall-istatistiċi tal-BSI:

‘A’

=

valur normali (default għal osservazzjonijiet mhux nieqsin),

‘M’

=

valur nieqes, id-data ma teżistix (għal data mhux applikabbli) (9),

‘L’

=

valur nieqes, id-data teżisti iżda ma ġietx miġbura (10),

‘E’

=

valur stmat (11),

‘P’

=

valur proviżorju (dan il-valur jista’ jintuża, f’kull trasmissjoni ta’ data, b’referenza għall-aħħar osservazzjoni disponibbli, jekk din hija meqjusa proviżorja).

F’ċirkostanzi normali, il-valuri numeriċi għandhom jiġu rrapportati bl-istatus ta’ osservazzjoni ‘A’ (valur normali) mehmuż. Inkella, jingħata valur differenti minn ‘A’ skond il-lista murija fuq (12).

Jekk osservazzjoni tista’ tikkwalifika b’żewġ karatteristiċi, tiġi rrapportata l-aktar waħda importanti.

Jekk, eżempju, osservazzjoni tkun kemm stima kif ukoll valur proviżorju, skond il-ġerarkija murija fuq, tingħata prijorità għall-karatteristika stima u tintuża l-marka indikatriċi ‘E’.

Kondizzjonali:

OBS_CONF (lista tal-kodiċi: CL_OBS_CONF): Jekk BĊN ikun jixtieq jagħmel differenza bejn l-istatus tal-kunfidenzjalità ta’ osservazzjoni speċifika waħda jew aktar, jista’ juża l-attribut tal-konfidenzjalità ta’ l-osservazzjoni. Il-valur ta’ dan l-attribut (jekk preżenti) jista’ jiġi mmodifikat bit-trasmissjoni tad-data mill-mittent ta’ l-informazzjoni. Meta dan l-attribut ma jiġix stabbilit, ma tiġi stmata ebda restrizzjoni ta’ kunfidenzjalità (OBS_CONF = F, free).

OBS_PRE_BREAK (mhux kodifikat): Dan l-attribut fih valur ta’ osservazzjoni ta’ qabel l-interruzzjoni, li huwa field numeriku bħall-osservazzjoni. ‘B’mod ġenerali, dan jingħata meta sseħħ interruzzjoni. Għall-għanijiet tal-familja tal-kodiċi tal-BSI, dan l-attribut mhuwiex mitlub minħabba li din l-informazzjoni hija diġà disponibbli mis-serje ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid. Dan ġie miżjud mal-lista ta’ attributi minħabba li huwa parti mis-subsett komuni ta’ attributi għall-familji tal-kodiċi kollha.

OBS_COM (mhux kodifikat): L-attribut tal-kumment ta’ osservazzjoni jista’ jiġi wżat sabiex jipprovdi kummenti testwali fil-livell ta’ osservazzjoni (eż. jiddeskrivi l-istima magħmula għall-osservazzjoni speċifika minħabba n-nuqqas ta’ data, filwaqt li jispjega r-raġuni għal osservazzjoni mhux normali possibbli jew jagħti dettalji ta’ bidla fis-serje temporali rrapportati). Dan l-attribut jista’ jintbagħat jew jiġi rivedut f’kull ħin minn BĊN li jirrapporta (test sa 350 karattru).

4.   Valuri Nieqsin u Valuri Proviżorji

Il-valuri nieqsin (‘-’) huma rrapportati meta ma jkunx possibbli li jiġi rrapportat il-valur numeriku (eż. minħabba btajjel, data mhux eżistenti jew minħabba li d-data ma tkunx ġiet miġbura). Barra minn hekk, huwa possibbli li ssir differenza bejn il-każijiet ta’ valuri nieqsin minħabba n-nuqqas ta’ ġbir statistiku dwar il-fenomenu u dawk minħabba l-fatt li l-fenomenu ma jeżistix.

Meta, minħabba l-kondizzjonijiet statistiċi lokali, data għal serje temporali ma tiġix miġbura jew f’dati speċifiċi jew għat-tul totali tas-serje temporali (jeżisti l-fenomenu ekonomiku bażi, iżda mhuwiex immonitorjat statistikament), jiġi rrapportat valur nieqes (‘-’) bl-istatus ta’ osservazzjoni ‘L’ f’kull perjodu.

Meta, minħabba l-prattiċi tas-suq lokali jew għall-qafas legali/ekonomiku, serje temporali (jew parti minnha) ma tkunx applikabbli (il-fenomenu bażi ma jkunx jeżisti), jiġi rrapportat valur nieqes (‘-’) bl-istatus ta’ osservazzjoni ‘M’.

Osservazzjoni nieqsa, qatt ma għandha tiġi rrapportata bħala ‘żero’, minħabba li żero huwa valur numeriku normali li jindika transazzjoni preċiża ta’ mingħajr ammont.

Jekk il-BĊN ma jkunux jistgħu jidentifikaw ir-raġuni eżatta għal valur nieqes jew jekk ma jkunux jistgħu jużaw il-firxa kollha ta’ valuri ppreżentati fil-lista tal-kodiċi CL_OBS_STATUS (għalhekk ma jkunux f’pożizzjoni li jagħżlu bejn ‘L’ jew ‘M’ bħala valur għal dan l-attribut), għandu jintuża l-valur ‘M’ (13).

Jistgħu jiġu rrapportati valuri proviżorji ma’ kull trasmissjoni ta’ data iżda biss b’referenza għall-aħħar osservazzjoni disponibbli (status ta’ osservazzjoni = ‘P’). Dawn l-osservazzjonijiet jistgħu jieħdu valuri definiti (status ta’ osservazzjoni = ‘A’) f’fażi aktar tard. F’dak iż-żmien, l-osservazzjonijiet proviżorji preċedenti jiġu mibdula bil-valuri riveduti l-ġodda mingħajr ma r-reviżjoni tiġi rreġistrata fil-bażi tad-data tal-BĊE.

5.   Ħtiġijiet Statistiċi

Skond ir-Regolament BĊE/2001/13, il-BĊN jirrapportaw lill-BĊE, l-informazzjoni statistika ta’ kull xahar dwar il-karta ta’ bilanċ tas-setturi ta’ l-IFMO u tal-BĊN identifikati separatament, għall-għan tal-produzzjoni regolari tal-bilanċ konsolidat tas-settur ta’ l-IFM. Dawn il-ħtiġijiet ikopru l-istokks ta’ l-aħħar tax-xahar u d-data ta’ l-aġġustamenti tal-fluss ta’ kull xahar. Aktar dettalji dwar ċerti kategoriji tal-karta ta’ bilanċ ta’ l-IFMO u tal-BĊN huma rrapportati bi frekwenza ta’ kull tliet xhur f’termini ta’ data ta’ l-istokk.

Barra minn hekk, din il-Linjagwida tindika xi ħtiġijiet ta’ data addizzjonali għall-għanijiet tal-produzzjoni regolari ta’ l-aggregati monetarji taż-żona ta’ l-euro.

Il-BĊE jaġġorna u jiddistribwixxi lill-BĊN t-tabelli li fihom listi ta’ serje temporali tal-BSI li għandhom jiġu skambajti b’referenza għall-ħtiġijiet stabbiliti fir-Regolament BĊE/2001/13 u bi qbil ma’ din il-Linjagwida. Il-BĊN jirrapportaw dawn is-settijiet tas-serje li ġejjin lill-BĊE.

5.1   Data ta’ l-istokk

(a)

Tabella 1 — Serje ta’ kull xahar applikabbli għall-IFMO u BĊN/BĊE

Kif deskritt fir-Regolament BĊE/2001/13, it-Tabella 1 ta’ l-Anness I, Parti 2, għandu jiġi rrapportat sett ta’ serje temporali ta’ kull xahar fuq il-karta ta’ bilanċ tas-settur ta’ l-IFM, separatament għall-BĊN/BĊE u d-data tal-karta ta’ bilanċ ta’ l-IFMO, lill-BĊE.

(b)

Tabelli 2, 3 u 4 — Serje ta’ kull tliet xhur applikabbli għall-IFMO u BĊN/BĊE

It-tabelli 2, 3 u 4 tar-Regolament BĊE/2001/13 jippreżentaw sett ta’ serje temporali li għandu jiġi rrapportat b’mod regolari lill-BĊE kull tliet xhur, li jirreferu għal analiżi aktar dettaljata għal uħud mill-kategoriji tal-karta ta’ bilanċ ta’ kull xahar tas-settur ta’ l-IFMO u tal-BĊN/BĊE. B’mod partikolari, it-Tabella 2 tirreferi għall-analiżi settorjali ta’ depożiti, self, titoli għajr ishma u ishma u equity oħra li mhumiex irrapportati taħt it-tabella 1. It-tabella 3 tirrappreżenta l-analiżi skond il-pajjiż ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE ta’ depożiti, self, titoli għajr ishma, ishma/unitajiet tal-fond tas-suq monetarju u ishma u equity oħra totali. U finalment, it-tabella 4 tirreferi għall-analiżi tal-munita tad-depożiti, titoli maħruġin, self u titoli għajr ishma totali, mill-muniti ta’ l-Istati Membri l-oħra ta’ l-UE u mill-muniti ta’ xi pajjiżi mhux ta’ l-UE.

(ċ)

Depożiti (u strumenti simili ħafna tagħhom) u pussess ta’ flus kontanti u titoli tal-Gvern Ċentrali — serje ta’ kull xahar

Bil-għan li jiġu kkalkolati l-aggregati monetarji taż-żona ta’ l-euro, il-BĊN jirrapportaw ukoll informazzjoni statistika addizzjonali dwar il-passivi monetarji u l-pussess ta’ flus kontanti u titoli tal-Gvern ċentrali lill-BĊE fuq bażi ta’ kull xahar, kif iddikkjarat fl-Anness VII. Fejn il-fenomenu ma jeżistix jew fejn mhuwiex sinifikanti, ma hemm bżonn ta’ ebda rrapporar fuq bażi de minimis. F’dan il-każ, il-BĊN għandhom jinformaw lill-BĊE minn qabel u għandhom jibagħtu, qabel l-ewwel trasmissjoni ta’ data, il-lista tas-serje applikabbli li għandha tiġi rrapportata b’mod regolari.

(d)

Partiti tal-memorandum– IFMO u BĊN/BĊE

Fl-Anness IX, sett ta’ serje temporali ta’ kull xahar għas-setturi ta’ l-IFMO u tal-BĊN/BĊE ġie identifikat bħala neċessarju sabiex jiġu mmonitorjati l-iżviluppi ta’ xi analiżi addizzjonali tas-serje ta’ BSI ta’ l-IFM prinċipali. Dawn is-serje huma rrapportati lill-BĊE bħala partiti tal-memorandum u huma kklassifikati f’żewġ blokok skond il-livell ta’ relevanza tagħhom: partiti tal-memorandum ta’ ‘prijorità għolja’ u partiti tal-memorandum ta’ ‘prijorità baxxa’. Fejn il-fenomenu ma jeżistix jew fejn id-data ma tkunx disponibbli, ma jkun meħtieġ ebda rapportar. F’dan il-każ, il-BĊN għandhom jinformaw lill-BĊE bil-quddiem u għandhom jibagħtu, qabel l-ewwel trasmissjoni ta’ data, il-lista tas-serje applikabbli li tiġi rrapportata fuq bażi regolari.

(e)

Partiti tal-memorandum sabiex tinkiseb informazzjoni relevanti dwar ir-rati ta’ l-imgħax ta’ l-IFM– serje ta’ kull xahar ta’ l-IFMO

Għall-għanijiet tal-produzzjoni regolari ta’ l-istatistiċi dwar ir-rata ta’ l-imgħax applikata mill-IFM (minn hawn iżjed ’l quddiem ‘RII’) (14), hija meħtieġa informazzjoni dwar il-weighting sabiex jinħadem l-aggregat ta’ l-istatistiċi nazzjonali tar-RII ma’ dawk applikati fiż-żona tal-euro. Għal dan il-għan ġew stabbiliti partiti tal-memorandum xierqa fl-Anness IX, għal dawk il-BĊN li jistgħu jkunu f’pożizzjoni li jipprovdu l-analiżi meħtieġa. Sa mill-bidu tal-perjodu ta’ referenza Jannar 2003, dawn is-serje (ta’ l-istokk) sejrin jiġu rrapportati bl-istess perjodiċità tas-serje, aggregati li jikkorrespondu nklużi fit-Tabella 1 tar-Regolment BĊE/2001/13.

5.2   Data ta’ aġġustamenti

Kif iddikjarat fir-Regolament BĊE/2001/13, hija meħtieġa informazzjoni statistika addizzjonali sabiex jinkisbu statistiċi tal-flussi. B’mod partikolari kull xahar, għandha tiġi rrapportata data dwar il-kanċellazzjoni/żvalutazzjoni ta’ self u dwar il-valutazzjonijiet mill-ġdid tal-prezzijiet ta’ titoli, mill-BĊN lill-BĊE. Barra minn hekk, din il-Linjagwida tistabbilixxi ħtiġijiet ta’ data addizzjonali għas-serje ta’ aġġustamenti ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kull tliet xhur u għas-serje ta’ aġġustamenti ta’ valutazzjoni mill-ġdid li għandhom jiġu rrapportati mill-BĊN lill-BĊE.

(a)

Serje ta’ kull xahar ta’ l-IFMO u tal-BĊN/BĊE

Kif deskritt fir-Regolament BĊE/2001/13 it-tabella 1A ta’ l-Anness 1, Parti 2, għandu jiġi rrapportat sett ta’ serje ta’ aġġustamenti ta’ valutazzjoni mill-ġdid dwar il-karta ta’ bilanċ tas-settur ta’ l-IFM, separatament għad-data tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN/BĊE u ta’ l-IFMO lill-BĊE. B’mod partikolari, is-serje rrapportata fit-Tabella 1A bħala serje ‘minima’ tiġi rrapportata wkoll lill-BĊE fuq bażi ta’ kull xahar għal għanijiet ta’ kontroll, flimkien mar-rapportar regolari tas-serje ta’ analiżi li jikkorrespondu.

Barra minn hekk, jiġi rrapportat ukoll sett ta’ serje ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kull xahar għas-serje temporali kollha nklużi taħt it-tabella 1 tar-Regolament BĊE/2001/13, bi qbil ma’ l-Anness X.

Fuq il-bażi tad-data dwar l-istokk irrapportat mill-BĊN, il-BĊE jikkalkula l-‘aġġustament tar-rata tal-kambju’ u s-serje tal-flussi tat-transazzjonijiet finanzjarji għall-BSI ta’ l-IFM (15).

(b)

Serje ta’ kull tliet xhur ta’ l-IFMO u tal-BĊN/BĊE

Fuq il-bażi tal-ħtiġijiet stabbiliti f’din il-Linjagwida u wara l-bidliet għall-ħtiġijiet għal data dwar l-istokk ta’ kull tliet xhur introdotta bir-Regolament BĊE/2001/13, ġie identifikat sett ta’ serje ta’ aġġustamenti ta’ kull tliet xhur. Għalhekk, hija mitluba data ta’ l-aġġustamenti għas-serje ta’ kull tliet xhur inkluża fit-Tabella 2 tar-Regolament, kif deskritt fl-Anness X.

(ċ)

Depożiti, passivi u pussess ta’ flus kontanti u titoli tal-gvern ċentrali — serje ta’ kull xahar

Għall-għan li jiġu kkompilati l-istatistiċi tal-flussi, qegħda tiġi pprovduta wkoll data ta’ l-aġġustamenti dwar il-passivi monetarji u l-pussess ta’ kontanti u titoli tal-gvern ċentrali bi qbil mal-ħtiġijiet stabbiliti għall-istatistiċi tal-karta tal-bilanċ ta’ l-IFM, kif iddikjarat fl-Anness X. Għalkemm mhuwiex mistenni li jsir xi tibdil għajr transazzjonijiet, id-data ta’ l-aġġustamenti għandha tiġi rrapportata dejjem meta s-serje ta’ l-istokk li jikkorrespondu jkunu applikabbli u jkunu inklużi fit-trasmissjoni tad-data regolari lill-BĊE.

(d)

Partiti tal-memorandum — serje ta’ kull xahar ta’ l-IFMO u tal-BĊN/BĊE

Il-BĊN/BĊE jirrapportaw sett ta’ serje ta’ aġġustamenti ta’ partiti tal-memorandum ta’ kull xahar u ta’ kull tliet xhur lill-BĊE b’referenza għal dawk is-serje ta’ l-istokk ta’ l-IFMO u tal-BĊN/BĊE li huma ddefiniti bħala partiti tal-memorandum ta’ ‘prijorità għolja’. Dawn huma deskritti fid-dettall fl-Anness X. Id-data ta’ l-aġġustament għandha dejjem tiġi rrapportata meta data ta’ l-istokk li tikkorrespondi tkun disponibbli u/jew applikabbli, u meta tkun inkluża fit-trasmissjoni regolari tad-data lill-BĊE.

6.   Rapportar ta’ Data

Ir-rapporti statistiċi mrodda lura kollha fihom l-ammont ta’ data speċifikat fit-tabelli relevanti inklużi fir-Regolament BĊE/2001.13 jew f’din il-Linjagwida irrispettivament mill-eżistenza effettiva tal-fenomenu bażi, bl-eċċezzjoni tas-serje tal-partiti tal-memorandum. Dan ifisser li anki jekk serje temporali ma tkunx applikabbli, din għandha xorta waħda tiġi rrapportata (fit-trasmissjonijiet kollha tad-data) u l-valuri jindikaw data nieqsa (‘-’), kif deskritt fis-Sezzjoni 4. Eżempju ‘munita fiċ-ċirkolazzjoni’ għal rapportar ta’ l-IFMO għandha tiġi pprovduta b’valuri numeriċi jew b’‘-’, kif xieraq. L-unika eċċezzjoni hija meta ma jkunx jeżisti s-settur kollu, f’liema każ ma jkun hemm bżonn li tiġi pprovduta ebda data għal dan is-settur (iġifieri serje tal-gvern ċentrali).

6.1   Perjodiċità

Il-BĊN jirrapportaw lill-BĊE id-data ta’ l-istokk u ta’ l-aġġustamenti tal-karta ta’ bilanċ ta’ kull xahar tas-setturi ta’ l-IFMO u tal-BĊN/BĊE, identifikati b’mod separat, qabel l-aħħar tal-ħmistax-il jum ta’ xogħol li għalih tirreferi d-data. Il-BĊN jittrasmettu lill-BĊE statistiċi ta’ kull tliet xhur qabel l-aħħar tat-tmienja w għoxrin jum ta’ xogħol ta’ wara l-aħħar tax-xahar li għalih tirreferi d-data.

6.2   Kwistjonijiet ta’ rapportar ta’ data speċifika

Minn rapportar trimestrili sa rapportar ta’ kull xahar.

Waħda mill-bidliet li ġab miegħu r-Regolament BĊE/2001/13 kellha x’taqsam mar-rapportar fuq bażi ta’ kull xahar ta’ xi serje tal-BSI li qabel kienu jiġu rrapportati fuq bażi ta’ kull tliet xhur skond ir-Regolament BĊE/1998/16. Għas-serje soġġetti għal bidla fiż-żmien meta għandu jiddaħħal ir-rapport, hemm struzzjonijiet addizzjonali pprovduti fit-tabella 4.

Dwar ir-rapportar ta’ data storika u reviżjonijiet għal perjodi ta’ qabel Jannar 2003, din għandha tintbagħat dejjem bħala serje ta’ kull xahar. Ir-reviżjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-serje ta’ kull tliet xhur għandhom jintbagħtu bħala data ta’ kull xahar b’referenza għall-aħħar xahar tal-perjodu ta’ tliet xhur li tirreferi għalih, billi jintużaw il-kodiċi tas-serje ta’ kull xahar. Fir-rigward tar-rapportar ta’ data storika ta’ qabel Jannar 2003, dawn huma rrapportati fuq bażi volontarja meta disponibbli u indikati hekk kif addattat permezz ta' l-użu ta' l-istatus ta' osservazzjoni u l-attributi ta' kummenti ta' osservazzjoni (16). Data storika li hija r-riżultat ta’ stimi tista’ tintbagħat bħala stimi u indikata hekk kif addattat. F’dan il-każ, għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni tal-metodi ta’ stima fl-okkażjoni ta’ l-ewwel trasmissjoni tad-data.

TABELLA 4

Partiti tal-karta ta’ bilanċ — bidla fil-perjodiċità: implimentazzjoni għal data dwar l-istokk

Serje ġdida ta’ kull xahar

Perjodiċità

Validità

Rapportar (*)

Sa

Sa minn

Qabel kienet tiġi rrapportata fuq bażi ta’ kull tliet xhur

Q

Data ta’ Diċ 02

 

Reviżjonijiet: rapportar li juża l-kodiċi tas-serje ta’ kull xahar b’referenza għall-aħħar xahar tal-perjodu ta’ tliet xhur li għalih tirreferi d-data

M

 

Sa data ta’ Jan 03

Data storika: rapportar ta’ data storika sakemm din tkun disponibbli

6.3   Regoli ta’ validazzjoni

Bi qbil ma’ l-istandards minimi għall-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku tal-BĊE, kif ippreżentati fl-Anness IV għar-Regolament BĊE/2001/13, ġew identifikati żewġ oqsma ta’ kontroll ġenerali.

L-ewwel waħda tirreferi għal relazzjonijiet linejari, li għalihom ir-riżultat matematiku għandu jżomm u jiġi aġġornat ma’ kull trasmissjoni. B’hekk, il-ħtiġijiet linejari bejn il-BSI għandhom jiġu sodisfatti (il-karti tal-bilanċ għandhom jibbilanċjaw, l-għadd tas-subtotali għandu jikkorrispondi għat-totali u dawn ma għandhomx jaqbżu l-valur tas-serje totali). Meta d-data ma tissodisfax waħda jew aktar mill-ekwazzjonijiet imposti, il-BĊN jiġu mitlubin jikkontrollaw u jirrevedu d-data tagħhom. Il-BĊE jaġġorna u jiddistribwixxi lill-BĊN, tabelli li fihom l-ekwazzjonijiet użati għall-kontrolli linejari.

It-tieni waħda tiffoka fuq kontrolli kwalitattivi, li r-riżultati tagħhom jistgħu jeħtieġu investigazzjoni mill-BĊN. B’mod partikolari, għal kull BSI, il-bidliet assoluti u l-bidliet perċentwali  (17) bejn valuri intertemporali jistgħu jidentifikaw anomaliji jew interruzzjoni fis-serje temporali minħabba li huma mmonitorjati b’mod regolari mill-BĊE. Ir-rapportar ta’ valuri żero, valuri negattivi u valuri nieqsin huwa mmonitorjat ukoll fuq bażi regolari. Il-BĊN jistgħu jiġu mitlubin jagħtu spjegazzjonijiet bil-miktub dwar it-tisjib tal-kontrolli ta’ kwalità.

Iż-żewġ settijiet ta’ kontrolli huma implimentati mill-BĊE bħala parti mill-proċeduri regolari ta’ riċeviment ta’ data.

7.   Il-Politika tar-Reviżjoni

Il-BĊN jista’ jkollhom jirrevedu d-data li tirreferi għax-xahar ta’ referenza preċedenti (reviżjonijiet ordinarji). Barra minn hekk, jista’ jkun hemm każijiet ta’ reviżjoni wara, eżempju, żbalji, klassifikazzjonijiet mill-ġdid, proċeduri imtejjba ta’ rapportar, eċċ., u li jirreferu għal data ta’ qabel ix-xahar ta’ referenza preċedenti (reviżjonijiet eċċezzjonali) (18).

Il-Money and Banking Statistics Compilation Guide  (19) tistabbilixxi l-prinċipji li l-politika tar-reviżjoni għandha tikkonforma magħhom. B’mod partikolari:

(a)

il-BĊN ma għandhomx jirrevedu d-data b’mod sistematiku għall-perjodu ta’ qabel ix-xahar ta’ referenza preċedenti. Iżda jekk iseħħu reviżjonijiet bħal dawn, dawn jiġu definiti bħala reviżjonijiet eċċezzjonali u l-BĊE ikun jeħtieġ nota ta’ spjega;

(b)

b’mod ġenerali, reviżjonijiet sinifikanti mhux dovuti għall-ingrossar jew għal reviżjonijiet żgħar ta’ rutina għandhom jiġu spjegati lill-BĊE permezz ta’ noti ta’ spjega;

(c)

meta jitrasmettu d-data riveduta, il-BĊN għandhom iqisu l-limitu ta’ żmien stabbilit tar-rapportar regolari sabiex ma jkunx hemm kunflitt mal-perjodu ta’ produzzjoni regolari. Reviżjonijiet eċċezzjonali għandhom jiġu trasmessi biss barra ċ-ċiklu ta’ produzzjoni regolari;

(d)

b’mod ġenerali, reviżjonijiet straordinarji ġenerali jiġu kkunsidrati biss jekk jiġu pprovduti spjegazzjonijiet sodisfaċjenti.

Minbarra l-punti mniżżlin fuq, minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat bilanċ tajjeb bejn il-kwalità ta’ l-istatistiċi monetarji u l-istabbilità tagħhom, u sabiex titjieb il-konsistenza bejn ir-rapportar ta’ kull xahar u ta’ kull tliet xhur, huwa ta’ min li jiġu ppreżentati reviżjonijiet straordinarji għad-data ta’ kull xahar mal-waqt tal-preżentazzjoni tar-rapporti ta’ kull tliet xhur.

Ta’ min wieħed jinnota li, meta jiġu rrapportati reviżjonijiet u aġġornamenti ordinarji fl-istess fajl ta’ data, id-data kollha tiġi pproċessata b’mod simultanju. Inkella, jekk jiġu rrapportati reviżjonijiet straordinarji separatament matul il-perjodu ta’ produzzjoni, wara li jkunu ġew trasmessi aġġornamenti u reviżjonijiet ordinarji, il-BĊE jista’ jiddeċiedi li jipposponi l-ipproċessar u l-memorizzazzjoni ta’ din id-data sa wara l-perjodu ta’ produzzjoni. Fil-fatt, għalkemm teknikament, il-BĊE jista’ jipproċessa fajls tad-data (li jkun fihom reviżjonijiet u/jew aġġornamenti straordinarji/ordinarji) malli jirċiviehom, reviżjonijiet straordinarji li jaslu matul il-perjodu ta’ produzzjoni jistgħu jfixklu l-ipproċessar ta’ data regolari u b’hekk idewwmu l-proċess kollu tal-produzzjoni ta’ l-aggregati taż-żona ta’ l-euro. Iżda, jekk ir-reviżjonijiet straordinarji li jidħlu jistgħu itejjbu s-sinifikat tad-data fil-livell taż-żona ta’ l-euro, jew jikkoreġu żbalji relevanti, dawn ir-reviżjonijiet jistgħu jiġu aċċettati wkoll matul il-perjodu tal-produzzjoni.

8.   Informazzjoni Mrodda Lura Lill-BĊN

Il-BĊE jikkompila u jiddistribwixxi lill-BĊN, tabelli li jiddeskrivu s-serje ta’ statistiċi li jiġu mibgħuta lura lill-BĊN.”


(1)  L-istatistiċi tal-KKB tal-BĊE stess huma wkoll element tal-proċess ta’ konsolidazzjoni.

(2)  Id-Direttorat tal-Finanzi Interni tal-BĊE jirrapporta wkoll lid-Direttorat ta’ l-Istatistiċi Ġenerali tal-BĊE, il-karta ta’ bilanċ tiegħu stess filwaqt li jsegwi dawn l-istruzzjonijiet.

(3)  Il-konkatenazzjoni tal-valuri tad-dimensjoni konkreta tipprovdi l-ismijiet tas-serje temporali (kodiċi).

(4)  Ir-rapportar ta’ serje ta’ aġġustamenti tar-rata ta’ kambju japplika għall-BĊE biss.

(5)  L-attributi huma kunċetti statistiċi li jipprovdu lill-utent b’informazzjoni addizzjonali kkodifikata (eż. l-unità) u mhux ikkodifikata (eż. il-metodu ta’ kompilazzjoni) dwar id-data skambjata. ‘Obbligatorji’ huma dawk l-attributi li għandhom jieħdu valur, inkella l-osservazzjonijiet li jikkorrespondu li huma jirreferu għalihom ma jitqiesux jagħmlu sens. ‘Kondizzjonali’ huma dawk l-attributi li huma mogħtija valuri biss jekk ikunu magħrufin fl-istituzzjoni ta’ rapportar (eż. ID tas-serje domestika) jew kull meta jkunu relevanti (eż. interruzzjoni), u jkunu permessi jieħdu valuri vojta. Il-valuri ta’ l-attributi għandhom jiġu skambjati biss kif u meta jiġu stabbiliti għall-ewwel darba jew jinbidlu. L-istatus ta’ osservazzjoni biss huwa preżenti f’kull skambju, mehmuż ma’ kull osservazzjoni.

(**)  Il-bidliet għandhom jiġu kkomunikati lit-Taqsima tas-Sistemi ta’ l-Informazzjoni Statistika tal-BĊE kif ukoll lill-qasam kummerċjali responsabbli tal-BĊE permezz ta’ fax/e-mail.

(6)  Hawnhekk, BĊE tirreferi għad-Direttorat ta’ l-Istatistiċi Ġenerali tal-BĊE.

(7)  Il-BĊE jirrakkommanda li l-BĊN ifornu dawn il-valuri sabiex jiżguraw komunikazzjonijiet aktar trasparenti.

(8)  Jekk BĊN jixtieq jirrevedi attribut, ikun neċessarju li jissottometti mill-ġdid l-osservazzjoni(jiet) rispettiva(i) fl-istess ħin. Jekk jiġu riveduti xi attributi ta’ osservazzjoni, allura, il-valuri eżistenti jiġu mibdulin bil-valuri default, sakemm il-BĊN ma jipprovdix il-valur ta’ l-attribut relevanti.

(9)  L-istatus ta’ osservazzjoni ‘M’ jintbagħat dejjem flimkien ma valur ta’ osservazzjoni ‘-’. Għal aktar informazzjoni ara Sezzjoni 4.

(10)  L-istatus ta’ osservazzjoni ‘L’ jintbagħat dejjem flimkien ma’ valur ta’ osservazzjoni ‘-’. Għal aktar informazzjoni ara Sezzjoni 4.

(11)  L-istatus ta’ osservazzjoni ‘E’ għandu jiġi adottat għall-osservazzjonijiet jew għall-perjodi ta’ data kollha li huma r-riżultat ta’ stimi u ma jistgħux jiġu meqjusin bħala valuri normali.

(12)  Jekk fl-okkażjoni tat-trasmissjoni ta’ reviżjoni (ta’ attribut wieħed jew tal-valur ta’ osservazzjoni) l-istatus ta’ l-osservazzjoni ma jiġix trasmess flimkien mal-valur ta’ l-osservazzjoni, jiġi meqjus li l-valur ‘A’ jgħodd għal osservazzjonijiet mhux nieqsa u l-valur ‘M’ jgħodd għal osservazzjonijiet nieqsa.

(13)  Jekk għal raġunijiet tekniċi, il-BĊN ma jkunx f’pożizzjoni li juża l-valur tal-kodiċi ‘L’, għandu jipprovdi, f’format bil-miktub, il-lista tas-serje lill-BĊE.

(14)  Bi qbil mar-Regolament BĊE/2001/18

(15)  Fil-każ tal-karta ta’ bilanċ tal-BĊE, is-serje ta’ l-aġġustament tar-rata ta’ kambju huma pprovduti mid-Direttorat tal-Finanzi Interni tal-BĊE bi qbil ma’ l-Anness X.

(16)  Valuri li huma r-riżultat ta’ stima għandhom jintbagħtu b’attribut ta’ l-istatus ta’ osservazzjoni (OBS_STATUS) ‘E’, u b’ kumment ta’ osservazzjoni (OBS_COM) li jiddeskrivi d-dettalji tal-proċedura ta’ stima.

(*)  Noti. Reviżjonijiet: reviżjonijiet għal data ta’ qabel Jannar 2003 li qabel kienet tiġi rrapportata fuq bażi ta’ kull tliet xhur. Data storika: data ta’ kull xahar għall-perjodu ta’ qabel Jannar 2003 li għaliha ma ssir ebda ħtieġa speċifika fir-Regolament BĊE/2001/13

(17)  Li ma għandhomx jiġu applikati għall-partiti li juru żero. Għal dawn, tapplika d-differenza.

(18)  Definiti bħala reviżjonijiet applikati għal valuri relatati għal perjodu preċedenti għax-xahar ta’ qabel ix-xahar ta’ referenza kurrenti.

(19)  Istitut Monetarju Ewropew, Money and Banking Statistics Compilation Guide — Guidance provided to NCBs for the compilation of money and banking statistics for submission to the ECB, April 1998.


ANNESS V

“ANNESS XVIII

STATISTIĊI FUQ INTERMEDJARJI FINANZJARJI OĦRA GĦAJR KORPORAZZJONIJIET TA’ L-ASSIGURAZZJONI U FONDI TAL-PENSJONI

STRUZZJONIJIET GĦAR-RAPPORTAR GĦALL-KOMPILAZZJONI TA’ STATISTIĊI WARA METODU FUQ PERJODU TA’ ŻMIEN QASIR

1.   Għan

Il-ħtieġa għal informazzjoni statistika dwar intermedjarji finanzjarji oħra għajr korporazzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (minn hawn iżjed ’il quddiem ‘IFO’) għandha żewġ għanijiet. L-ewwel nett, huwa importanti li tiġi miġbura data dwar l-IFO sabiex jiġi mmonitorjat ir-rwol tagħhom f’intermedjazzjoni finanzjarja barra s-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM). L-attivitajiet li jidħlu għalihom l-IFO huma simili u kumplimentari għal dawk li jidħlu għalihom l-IFM u, b’mod partikolari, minħabba li d-data tal-karta tal-bilanċ għal għanijiet statistiċi tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar l-IFO fil-pussess għal kollox jew parzjali ta’ l-IFM mhijiex inkluża fil-karti ta’ bilanċ ta’ l-IFM, hemm il-ħtieġa li tiġi miġbura data statistika dwar l-IFO sabiex timtela’ l-istampa statistika taż-żona ta’ l-euro. It-tieni nett, il-BĊE jeħtieġ li jimmonitorja l-IFO sabiex jiżgura li l-lista ta’ IFM tibqa’ aġġornata, preċiża u omoġenja kemm jista’ jkun u stabbli biżżejjed għal għanijiet statistiċi. Kif imsemmi fir-Regolament BĊE/2001/13, innovazzjoni finanzjarja tista’ taffettwa l-karatteristiċi ta’ l-istrumenti finanzjarji u twassal lill-IFO sabiex ibiddlu l-fokus tan-negozju tagħhom.

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li tiġi pprovduta gwida għall-mili tal-formoli ta’ rapportar għat-trasmissjoni ta’ data dwar l-IFO lill-BĊE.

2.   Kompilazzjoni ta’ l-aggregati taż-żona ta’ l-euro u t-tip ta’ data statistika li għandha tiġi pprovduta

2.1   Kompilazzjoni ta’ l-aggregati taż-żona ta’ l-euro

It-trasmissjoni ta’ data li għandha x’taqsam ma’ l-IFO għandha ssir wara metodu fuq perjodu ta’ żmien qasir, iġifieri, fuq il-bażi tad-data disponibbli fil-preżent fuq livell nazzjonali. Dan ifisser li informazzjoni statistika li għandha tiġi pprovduta tista’ mhux dejjem tkun disponibbli bi qbil mad-definizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet deskritti taħt. F’każijiet fejn id-data rrapportata tiddevja mid-definizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness, il-banek ċentrali nazzjonali (NCB) huma mitlubin jipprovdu noti ta’ spjega lill-BĊE (1). Bi qbil ma’ dan il-metodu, u fuq il-bażi tal-qafas kunċettwali deskritt taħt, il-BĊN għandhom jipprovdu d-data effettiva malli din tkun disponibbli. Fejn id-data effettiva ma tkunx disponibbli jew fejn din ma tkunx tista’ tiġi pproċessata, għandhom jingħataw stimi nazzjonali. Bħala soluzzjoni ta’ appoġġ, fir-rigward ta’ ċerti analiżi speċifiċi fejn l-istimi nazzjonali ma jistgħux jiġu pprovduti, il-BĊE jista’ jagħmel stimi/suppożizzjonijiet fuq bażi ta’ każ b’każ.

Minħabba l-piż addizzjonali li l-istimi nazzjonali tal-komputazzjoni jpoġġu fuq il-BĊN, l-isforzi għandhom ikunu kkonċentrati b’mod prinċipali fuq numru limitat ta’ data statistika prinċipali. Fil-fatt, il-metodu fuq perjodu ta’ żmien qasir jimmira sabiex jikkonċentra l-isforzi fuq sub-kategorija speċifika waħda ta’ l-IFO (ara t-Taqsima 3.2.a): fondi ta’ l-investiment. Ebda ħidmiet addizzjonali speċifiċi ma huma meħtieġa għall-forniment ta’ data fir-rigward ta’ operaturi f’titoli u derivattivi (OTD), korporazzjonijiet finanzjarji involuti fis-self (minn hawn iżjed ’il quddiem ‘KF’) jew IFO (residwali) oħra, fil-każ li d-data attwali ma tinġabarx fuq livell nazzjonali.

2.2   Tip ta’ data statistika li għandha tiġi pprovduta

Għandhom jiġu pprovduti żewġ tipi ta’ indikaturi: indikaturi prinċipali u informazzjoni supplimentari

Indikaturi prinċipali li għandhom jiġu trasmessi għall-kompilazzjoni ta’ l-aggregati taż-żona ta’ l-euro. L-Istati Membri parteċipanti kollha għandhom jittrasmettu din id-data dettaljata meta d-data reali tkun disponibbli. Meta ebda data reali ma tkun disponibbli għall-analiżi meħtieġa jew għall-frekwenza miftehma, għall-perjodiċità jew għall-perjodu ta’ żmien, għandhom jingħataw stimi, jekk dan ikun possibbli.

Informazzjoni supplimentari li għandha tiġi trasmessa bħala ‘partiti tal-memo’. Din id-data għandha tiġi trasmessa minn dawk il-pajjiżi li għalihom, fil-preżent, hemm aktar dettall disponibbli. Tirreferi għal analiżi mitluba mill-utenti u fir-rigward ta’ liema ma tqiesx li setgħet issir il-kompilazzjoni ta’ l-aggregat taż-żona ta’ l-euro fil-bidu.

3.   Qafas kunċettwali

3.1   Popolazzjoni ta’ rapportar

Is-sistema Ewropea tal-kontabilità nazzjonali u reġjonali (minn hawn iżjed ’l quddiem ‘SEK 95’ (2)) tiddefinixxi lill-IFO (S.123) bħala ’korporazzjonijiet u kważi korporazzjonijiet finanzjarji mhux monetarji (għajr korporazzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni) involuti b’mod ewlieni fl-intermedjazzjoni finanzjarja billi jġarrbu passivi f’forom oħra għajr il-munita, depożiti u/jew sostituti mill-qrib għad-depożiti minn unitajiet istituzzjonali għajr l-IFM’.

Id-differenza ma’ l-IFM tinsab fin-nuqqas ta’ eżistenza ta’ passivi fil-forma ta’ depożiti miżmuma minn istituzzjonijiet mhux IFM, filwaqt li d-differenza mal-fondi tal-pensjoni u mal-korporazzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni tinsab fin-nuqqas ta’ eżistenza ta’ passivi fil-forma ta’ riservi tekniċi ta’ l-assigurazzjoni.

Il-popolazzjoni ta’ rapportar għall-metodu fuq perjodu ta’ żmien qasir tinkludi t-tipi kollha ta’ residenti ta’ l-IFO fl-Istati Membri parteċipanti. It-terminu ‘residenti’ huwa kif inhu definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (3). Għalhekk, il-popolazzjoni li tirrapporta tinkludi:

istituzzjonijiet li jinsabu fit-territorju, inklużi sussidjarji ta’ kumpanniji omm li jkunu jinsabu barra dak it-territorju,

u

fergħat residenti ta’ istituzzjonijiet li għandhom l-kwartier ġenerali tagħhom barra dak it-territorju.

3.2   Klassifikazzjoni tas-sub-kategoriji ta’ l-IFO

Minħabba l-eteroġenità ta’ l-attivitajiet imwettqa mill-IFO u d-differenzi fid-disponibilità tad-data skond it-tip ta’ IFO, ġew identifikati erba’ kategoriji ta’ IFO li għalihom id-data għandha tiġi trasmessa separatament: 1) fondi ta’ investiment (għajr fondi tas-suq monetarju (FSM)); 2) SDDs; 3) KF; u 4) IFO oħra. Id-differenzi fid-dettalji statistiċi meħtieġa sejrin jiġu spjegati f’dan id-dokument.

Il-kategoriji/gruppi fuq il-bażi ta’ liema għandha tiġi pprovduta d-data huma elenkati u definiti taħt:

a.

Fondi ta’ investment, għajr FSM

Fondi ta’ investiment huma arranġamenti finanzjarji organizzati, li jiġbru flimkien il-fondi ta’ l-investituri sabiex jinvestuhom f’attività finanzjarja u mhux finanzjarja. Il-fondi ta’ investiment ikklassifikati bħala IFO jinkludu t-tipi kollha ta’ fondi ta’ investiment għajr dawk inklużi fis-settur ta’ l-IFM. Jista’ jkollhom strutturi legali differenti (kuntrattwali, statutarji u unit trusts) u jistgħu jkunu fondi miftuħin jew fondi magħluqin. Barra minn hekk, jistgħu jkunu stabbiliti jew bħala fond individwali jew bħala fond umbrella (fond b’aktar minn kompartiment wieħed li jinkludi bosta sub-fondi).

Għandha tiġi fornuta data fir-rigward ta’ fondi ta’ investiment għal:

Fondi ta’ investment totali: Id-data li għandha tiġi pprovduta għal fondi totali ta’ investiment għandha tkopri t-tipi kollha ta’ fondi ta’ investiment li jkunu qegħdin jitħaddmu fil-pajjiż. Għandhom jiġu pprovduti indikaturi prinċipali kif ukoll numru ta’ partiti tal-memo.

Fondi ta’ investment skond it-tip: Data li għandha tiġi trasmessa għandha tipprovdi analiżi skond it-tip ta’ fond ta’ investiment:

Fondi ta’ investment analizzati skond it-tip ta’ investment:

Id-data għal fondi ta’ investiment skond it-tip ta’ investiment għandha tiġi rrapportata separatament għal 1) fondi azzjonarji (equity funds); 2) bond funds; 3) fondi mħallta; 4) fondi ta’ l-immobbli; u 5) fondi oħra.

Fil-prinċipju, il-fondi ta’ l-investiment skond it-tip għandhom jiġu kklassifikati skond it-tip ta’ attività li fih ikun investit b’mod ewlieni l-portafoll ta’ investiment. Jekk il-portafoll ta’ investiment huwa investit b’mod ewlieni f’ishma u f’equity oħra, għandhom jiġu allokati fondi għall-kategorija tal-‘fondi azzjonarji’; jekk fit-titoli tad-dejn, għall-kategorija ‘bond funds’; u jekk fl-immobbli, għall-kategorija fondi ta’ l-immobbli’. Il-fondi investiti f’kemm titoli azzjonarji kif ukoll f’bonds mingħajr ebda politika prevalenti favur strument wieħed jew ieħor għandhom jiġu allokati għall-kategorija ‘fondi mħallta’ (4). Fejn ma tkun tista’ ssir ebda kklassifikazzjoni fil-kategoriji msemmija fuq, il-fondi għandhom jiġu nklużi fil-kategorija li jibqa’ ‘fondi oħra’.

Fir-rigward tal-‘fondi tal-fondi’ (fondi investiti b’mod ewlieni f’azzjonijiet), il-gwida hija li dawn jiġu allokati fil-kategorija ta’ fondi li fihom jinvestu b’mod ewlieni. Jekk din l-allokazzjoni ma titqisx li tista’ ssir, il-fondi tal-fondi għandhom jiġu allokati fil-kategorija li jibqa’ ‘fondi oħra’.

Il-kriterji li bihom jiġu kklassifikati l-fondi ta’ investiment skond it-tip huma miksubin mill-prospett pubbliku, regoli tal-fondi, strumenti ta’ inkorporazzjoni, statuti jew regolamenti stabbiliti, dokumenti ta’ sottoskrizzjoni jew kuntratti ta’ investiment, dokumenti ta’ marketing, jew kwalunkwe dikjarazzjoni oħra b’effetti simili.

F’fażi aktar tard, għandu jingħata kas tal-ġbir tad-data għal numru ta’ fondi ta’ investiment analizzati skond it-tip ta’ investiment.

Fondi ta’ investiment analizzati skond it-tip ta’ investitur:

Id-data għal fondi ta’ investimenti analizzata skond it-tip ta’ investitur għandha tiġi rrapportata għal 1) fondi tal-pubbliku ġenerali li l-unitajiet/ishma tagħhom jiġu mibjugħin lill-pubbliku; u 2)fondi speċjali ta’ l-investituri li l-unitajiet/ishma tagħhom huma riservati għal ċerti tipi ta’ investituri. Id-data għal dawn it-tipi ta’ fondi għandha tiġi rrapportata biss bħala partiti tal- memo.

b.

Operaturi f’titoli u derivattivi

SDDs, ikklassifikati bħala IFO, huma korporazzjonijiet involuti b’mod ewlieni fl-attivitajiet finanzjarji ta’ intermedjazzjoni li ġejjin:

negozjar ta’ titoli akkont propju, permezz ta’ l-akkwist u bejgħ ta’ dawk it-titoli akkont u għar-riskju propju ta’ l-intermedjarju għall-għan esklussiv li jibbenefika mill-marġini bejn il-prezz tax-xiri u tal-bejgħ,

negozjar akkont propju, permezz ta’ intermedjarju finanzjarju awtorizzat sabiex jopera fis-suq ta’ l-ishma, jew fi swieq organizzati oħra.

Fir-rigward ta’ SDDs, għandhom jiġu fornuti l-indikaturi prinċipali. Id-dettalji li għandhom jiġu pprovduti dwar l-analiżi huma murija f’dan l-Anness.

ċ.

Korporazzjonijiet finanzjarji involuti fis-self

Dawn il-korporazzjonijiet finanzjarji, ikklassifikati bħala IFO, huma speċjalizzati b’mod ewlieni fil-finanzjament ta’ attività għad-djar u korporazzjonijiet mhux finanzjarji. Korporazzjonijiet li jispeċjalizzaw f’kiri (5), factoring, self b’ipoteki u self lill-konsumatur għandhom jiġu nklużi f’din il-kategorija. Dawn il-korporazzjonijiet finanzjarji jistgħu joperaw taħt id-denominazzjoni legali ta’ ditta li ssellef il-flus għall-bini, istituzzjoni muniċipali ta’ kreditu, korporazzjoni finanzjarja maħluqa sabiex tkun fil-pussess ta’ attivi securitised, eċċ.

Fir-rigward ta’ KF, għandhom jiġu pprovduti indikaturi prinċipali. Id-dettalji speċifiċi dwar l-analiżi li għandha tingħata huma mogħtija f’dan l-Anness.

d.

Kategoriji oħra ta’ l-IFO

Korporazzjonijiet finanzjarji nklużi f’din il-kategorija li jifdal huma tipi oħra ta’ korporazzjonijiet finanzjarji li ma jispeċjalizzawx f’xi wieħed mill-oqsma ta’ attivitajiet li japplikaw għat-tliet kategoriji l-oħra ta’ IFO. Eżempju, korporazzjonijiet bħal korporazzjonijiet finanzjarji ta’ ġestjoni tal-parteċipazzjonijiet, kumpanniji b’kapital ta’ riskju (venture capital companies) jew kumpanniji ta’ żvilupp. Il-BĊN huma meħtieġa li jispeċifikaw it-tipi ta’ istituzzjonijiet allokati f’din il-kategorija fin-noti ta’ spjega pprovduti.

Fir-rigward ta’ din is-subkategorija ta’ IFO, hija meħtieġa biss l-attività totali bħala partita tal-memo.

4.   Ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku

4.1   Kategoriji tal-karta tal-bilanċ

Il-kompilazzjoni ta’ l-indikaturi statistiċi ewlenin għas-settur ta’ l-IFO teħtieġ analiżi speċifika ta’ l-istrument finanzjarju. Kemm jista’ jkun, l-analiżi ta’ l-istrument, l-analiżi ġejografika u l-analiżi settorjali għandhom isegwu l-iskema ta’ rapportar definita għas-settur ta’ l-IFM. Madankollu, fil-prattika, l-analiżi hija inqas dettaljata mill-analiżi meħtieġa għall-istatistiċi tal-karta tal-bilanċ ta’ l-IFM.

Barra minn hekk, minħabba l-eteroġenità ta’ l-attivitajiet imwettqa mill-korporazzjonijiet finanzjarji kklassifikati bħala IFO u minħabba d-differenzi fid-disponibilità dak il-ħin, ta’ data skond is-sub-kategorija ta’ IFO, l-analiżi tal-karta ta’ bilanċ meħtieġa tvarja skond it-tip ta’ sub-kategorija ta’ IFO.

Analiżi ta’ l-istrument u l-maturità: it-tabella ta’ taħt tipprovdi dehra ġenerali ta’ l-analiżi meħtieġa ta’ l-istrument skond it-tip ta’ sub-kategorija ta’ IFO. L-ispeċifikazzjonijiet għal dawn l-analiżi ta’ strumenti huma deskritti fil-paragrafi taħt. Fil-prinċipju, l-analiżi ta’ l-istrument għandha tiġi pprovduta bħala indikatur ewlieni għas-sub-kategoriji kollha ta’ l-IFO (għajr għall-‘fondi ta’ investiment skond it-tip ta’ investituri’ u ‘IFO oħra’).

Dehra ġenerali ta’ l-analiżi ta’ l-istrument u tal-maturità

KATEGORIJI TA’ STRUMENTI U MATURITÀ

ATTIVI

PASSIVI

1.

Depożiti (irrapportati minn A u B)

2.

Self (irrapportati minn Ċ)

3.

Titoli għajr ishma (irrapportati minn A, B u Ċ)

 

sa sena (irrapportati minn A)

 

aktar minn sena (irrapportati minn A)

4.

Ishma u ekwità oħra (6)(irrapportati minn A, B u Ċ)

5.

Ishma/unitajiet ta’ fondi ta’ investment (irrapportati minn A u B)

6.

Assi fissi (irrapportati minn A)

7.

Derivattivi finanzjarji (irrapportati minn A u B)

8.

Attività oħra(irrapportati minn A, B u Ċ)

1.

Depożiti u self riċevuti (irrapportati minn A, B u Ċ)

2.

Titoli ta’ dejn maħruġin(irrapportati minn B u Ċ)

3.

Kapital u riservi (irrapportati minn B u Ċ)

4.

Ishma/unitajiet ta’ fondi ta’ investment (irrapportati minn A)

5.

Derivattivi finanzjarji (irrapportati minn A u B)

6.

Passivi oħra(irrapportati minn A, B u Ċ)

Attività totali = Passivi totali (irrapportati skond il-kategoriji kollha)

Ħtiġijiet addizzjonali għall-għanijiet ta’ kkumpilar ta’ kontijiet finanzjarji ta’ l-unjoni monetarja (MUFA): It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi dehra ġenerali ta’ l-analiżi ta’ strument addizzjonali meħtieġ. Speċifikazzjonijiet dwar din l-analiżi ta’ l-istrument għandhom jiġu pprovduti bħala partiti tal-memorandum biss għas-sub-kategorija ‘fondi totali ta’ investiment’.

Ħtiġijiet addizzjonali għall-għanijiet tal-kompilazzjoni tal-MUFA

KATEGORIJI TA’ STRUMENTI U TA’ MATURITÀ

ATTIVI

PASSIVI

1.

Ishma kkwotati

2.

Ishma tal-FSM

3.

Self

 

sa sena

 

aktar minn sena

 

ATTIVITÀ

0.

Attività/passivi totali: L-attività totali għandha tiġi rrapportata fir-rigward tas-sub-kategoriji ta’ l-IFO kollha. L-attività totali għandha tkun ugwali għat-total tal-partiti kollha identifikati separatament fuq in-naħa ta’ l-attivi tal-karta ta’ bilanċ u għandha tkun ugwali wkoll għall-passivi totali.

1.

Depożiti: Il-partita ‘depożiti’ hija meħtieġa separatament għat-tipi kollha ta’ fondi ta’ investiment li jkunu qegħdin jiġu rrapportati separatament u għall-SDD. Fil-każ ta’ KF, din il-partita għandha tiġi allokata għall-‘attività oħra’.

Din il-partita (7) hija magħmula minn żewġ sub-kategoriji prinċipali:

Depożiti trasferibbli: Depożiti (fil-munita nazzjonali jew fil-munita barranija) li jistgħu jiġu mibdulin minnufih fil-munita jew li jistgħu jiġu mibdulin permezz ta’ ċekk, banker’s order, reġistrazzjoni ta’ debitu jew simili, mingħajr kwalunkwe tip ta’ restrizzjoni sinifikanti jew mingħajr penali (SEK 95, paragrafi 5.42-5.44).

Depożiti oħra: L-investimenti kollha f’depożiti għajr depożiti trasferibbli. Ma jistgħux jiġu wżati depożiti oħra sabiex isiru pagamenti fi kwalunkwe ħin u ma jistgħux jiġu mibdulin ma’ munita jew ma’ depożiti li jistgħu jiġu ttrasferiti mingħajr xi tip ta’ restrizzjoni jew penali sinifikanti. Din is-sub-kategorija tinkludi depożiti fissi, depożiti ta’ tifdil eċċ (SEK 95, paragrafi 5.45-5.49).

Taħt din il-partita għandhom jiġu nklużi wkoll l-ishma fi flus kontanti. Il-kontanti jinkludi flus f’karti u f’muniti fiċ-ċirkolazzjoni li huma wżati b’mod komuni sabiex isiru l-pagamenti. Din il-partita mhijiex mistennija li tkun sinifikanti.

Regoli ta’ valutazzjoni: f’konformità mas-SEK 95, għandhom jiġu rrapportati d-depożiti fil-valur, li jidher, mingħajr l-imgħax dovut.

2.

Self: Id-data dwar is-‘self’ għandha tiġi rrapportata separatament biss għas-sub-kategorija KF. Għas-sub-kategoriji fondi ta’ investiment u SDD, is-self għandu jiġi allokat taħt ‘attiv ieħor’. Madankollu, barra minn hekk, għall-għanijiet tal-kompilazzjoni tal-MUFA, self (b’maturità sa mhux aktar minn sena u aktar minn sena) għandu jiġi identifikat b’mod separat bħala partita tal-memorandum għas-sub-kategorija ‘fondi ta’ investiment totali’.

Is-self huwa fondi mislufin mill-IFO li jirrapportaw, lis-selliefa, li mhumiex evidenzjati b’dokumenti li jistgħu jiġu nnegozjati jew li huma rrappreżentati b’dokument waħdieni (anki jekk ikun sar negozjabbli). Din il-partita hija magħmula minn:

self mogħti lil djar fil-forma ta’ kreditu għall-konsumatur (self mogħti għal użu personali fil-konsum ta’ oġġetti u servizzi), self għal xiri ta’ djar (krediti estiżi għall-għan li jsir investiment fi djar, inklużi il-bini u r-ristrutturar), u oħrajn (self mogħti għal negozji, konsolidazzjoni tad-djun, edukazzjoni. eċċ.),

self finanzjarju lil terzi persuni,

self ta’ dejn mitluf li jkun għadu ma ġiex imħallas jew li jkun għadu ma ġiex ikkanċellat,

pussess ta’ titoli mhux negozjabbli,

dejn subordinat fil-forma ta’ self.

Regoli ta’ valutazzjoni: f’konformità mat-trattament ta’ self magħmul minn IFM, is-self magħmul minn IFO għandu, fi prinċipju, jiġi rreġistrat gross mid-dispożizzjonijiet relatati, kemm ġenerali kif ukoll speċifiċi, sakemm is-self jiġi kkanċellat mill-istituzzjoni li tirrapporta, f’liema punt is-self jiġi kkanċellat mill-karta tal-bilanċ.

Bi qbil mal-prinċipju ġenerali tal-kontabilità tad-dovuti, l-imgħax maturat fuq is-self għandu jiġi rreġistrat fuq il-karta tal-bilanċ filwaqt li jimmatura (iġifieri fuq bażi tad-dovuti), milli meta jiġi fil-fatt irċevut jew imħallas (iġifieri fuq bażi ta’ flus kontanti). L-imgħax maturat fuq is-self għandu jiġi kklassifikat fuq bażi grossa taħt il-kategorija ‘attività oħra’. L-imgħax maturat għandu jiġi eskluż mis-self li għandu x’jaqsam miegħu, li għandu jiġi vvalutat fl-ammont nominali pendenti fid-data tar-rapportar.

3.

Titoli għajr ishma: Din il-partita hija meħtieġa separatament għas-sub-kategoriji kollha ta’ l-IFO, għajr għal IFO oħra.

Din il-partita tirreferi għall-pussess ta’ titoli għajr ishma u equity oħra li normalment jistgħu jiġu nnegozjati u li huma kkwotati fis-swieq sekondarji jew jistgħu jiġu kkumpensati fis-suq u li ma jagħtu ebda tip ta’ dritt ta’ proprjetà fuq l-istituzzjoni tal-ħruġ lill-pussessur. Din il-partita tinkludi l-pussess ta’ titoli li jagħtu lill-pussessur, id-dritt mingħajr kundizzjoni għal dħul fiss jew stabbilit taħt kuntratt fil-forma ta’ pagamenti ta’ ċedoli u/jew ta’ somma fissa stabbilita minn qabel f’ċerta data (dati) jew li jibda minn data stabbilita fil-ħin tal-ħruġ. Jinkludi wkoll self li jista’ jiġi nnegozjat li jkun ġie strutturat mill-ġdid f’numru kbir ta’ dokumenti identiċi u li jistgħu jiġu nnegozjati fi swieq organizzati.

Regoli ta’ valutazzjoni: f’konformità mas-SEK 95, titoli għajr ishma għandhom jiġu rrapportati bil-valur tas-suq.

Hija meħtieġa suddiviżjoni tal-maturità (maturità inizzjali) ‘sa sena’ u ‘aktar minn sena’ ta’ ‘titoli għajr ishma’ għas-sub-kategorija ta’ l-IFO ‘fondi ta’ l-investiment’ (fondi ta’ investiment totali u fondi ta’ investiment analizzati skond it-tip ta’ investiment).

4.

Ishma u equity oħra (għajr ishma tal-fond ta’ investiment): Din il-partita hija meħtieġa separatament għas-sub-kategoriji kollha ta’ l-IFO, għajr għal IFO oħra.

Din il-partita tirreferi għal titoli li jirrappreżentaw id-drittijiet ta’ proprjetà f’korporazzjonijiet jew kważi korporazzjonijiet. Ġeneralment dawn it-titoli jagħtu d-dritt lill-sidien għal sehem fil-profitti tal-korporazzjonijiet jew kważi-korporazzjonijiet u għal sehem mill-fondi tagħhom stess fil-każ ta’ xoljiment. Din il-kategorija tinkludi tliet sub-kategoriji prinċipali:

ishma kkwotati, għajr ishma tal-fondi ta’ investiment: Ishma bi prezzijiet ikkwotati f’Borża rikonoxxuta jew f’forma oħra ta’ suq sekondarju (SEK 95, paragrafi 5.88-5.93). Data fuq l-ishma kkwotati għandha tiġi fornuta separatament għas-sub-kategorija ‘fondi ta’ investiment totali’,

ishma mhux ikkwotati, għajr ishma tal-fond ta’ investiment: Ishma li mhumiex ikkwotati (SEK 95, paragrafi 5.88-5.93),

equity oħra: It-transazzjonijiet kollha f’equity oħra li mhumiex koperti minn ishma kkwotati u mhux ikkwotati (SEK 95, paragrafi 5.94-5.95).

Regoli ta’ valutazzjoni: f’konformità mas-SEK 95, ishma u equity oħra għandhom jiġu rrapportati fil-valur tas-suq.

5.

Ishma/unitajiet tal-fond ta’ investment: Il-pussess ta’ ishma/unitajiet tal-fond ta’ investiment għandu jiġi rrapportat bħala partita separata biss għas-sub-kategoriji tal-fondi ta’ investiment (fondi ta’ investiment totali u t-tipi kollha ta’ fondi ta’ investiment) u SDD. Għas-sub-kategorija KF, l-ishma/unitajiet tal-fondi ta’ investiment għandhom jiġu allokati taħt ‘attività oħra’.

Ishma/unitajiet tal-fondi ta’ investiment huma ishma/unitajiet maħruġin minn tip speċifiku ta’ korporazzjoni finanzjarja, li l-għan esklussiv tagħha huwa li tinvesti l-fondi miġbura fis-suq monetarju, fis-suq kapitali u/jew fis-suq ta’ l-immobbli. Ishma/unitajiet tal-fondi ta’ investiment huma esklussivament passivi ta’ l-IFM (FSM biss) u fondi ta’ investiment ikklassifikati bħala IFO.

Ishma/unitajiet ta’ fondi ta’ investiment maħruġin jagħtu drittijiet lis-sidien fir-rigward tal-kapital investit u tad-dħul minn investimenti bħal dawn iżda li normalment ma jagħtu ebda evidenza ta’ kontroll ta’ l-investiment kollettiv (bħal drittijiet għall-vot jew parteċipazzjoni fl-amministrazzjoni).

Regoli ta’ valutazzjoni: f’konformità mas-SEK 95, l-ishma/unitajiet tal-fond ta’ investiment għandhom jiġu rrapportati fil-valur tas-suq.

Barra minn hekk, għas-sub-kategorija ‘fondi ta’ investiment totali’, il-pussess ta’ ishma tal-FSM huwa rrapportat.

6.

Attività fissa: Din il-partita hija magħmula minn:

attività fissa tanġibbli għal għanijiet ta’ investiment (investiment f’abitazzjonijiet, bini u strutturi oħra, bini mhux residenzjali). Din il-parti hija identifikata bħala pussess ta’ ‘beni immobbli’’,

attività mhux finanzjarja, tanġibbli jew mhux tanġibbli, li hija maħsuba sabiex tiġi wżata b’mod ripetut għal aktar minn sena mill-IFO li tirrapporta. Tinkludi art u bini okkupat mill-IFO, kif ukoll l-apparat, software u infrastrutturi oħra.

L-‘attività fissa’ hija identifikata separatament għall-fondi ta’ investiment totali kif ukoll għall-fondi ta’ investiment analizzati skond it-tip ta’ investiment u skond it-tip ta’ investitur. Fil-każ ta’ fondi ta’ investiment analizzati skond l-investiment, l-attività fissa għandha tiġi identifikata biss separatament għal beni immobbli, fondi mħallta u fondi oħra, minħabba li dawn it-tliet tipi ta’ fondi huma mistennija li jużaw il-beni immobbli għall-għanijiet ta’ investiment. Il-kategoriji l-oħra kollha ta’ fondi analizzati skond l-investiment għandhom attività fissa wkoll, iżda l-ammont mhuwiex mistenni li jkun sinifikanti minħabba li dawn ikunu b’mod ewlieni attività fissa għal użu personali (bini okkupat mill-IFO, apparat, software u infrastrutturi oħra). Fejn ma jkunx hemm għalfejn li l-attività fissa tiġi rrapportata bħala partita separata, din tiġi allokata taħt ‘attività oħra’.

7.

Derivattivi finanzjarji: Data li għandha x’taqsam ma’ ‘derivattivi finanzjarji’ għandha tiġi rrapportata bħala partita separata biss għas-sub-kategoriji fondi ta’ investiment (fondi ta’ investiment totali u t-tipi kollha ta’ fondi ta’ investiment) u SDD. Fil-każ ta’ KF, din il-partita għandha tiġi allokata taħt ‘attività oħra’.

Din il-partita hija magħmula mit-transazzjonijiet kollha f’derivattivi finanzjarji, iġifieri, attività finanzjarja bbażata fuq jew miksuba minn strument bażi differenti. L-istrument bażi huwa normalment attività finanzjarja oħra iżda jista’ jkun ukoll oġġett jew indiċi (SEK 95, paragrafu 5.65).

Ir-rapportar ta’ ‘derivattivi finanzjarji’ fl-iskema ta’ rapportar ta’ l-IFO għandu fi prinċipju jkun f’konformità mat-trattament rakkommandat fl-iskema ta’ rapportar ta’ l-IFM. F’dan il-kuntest, il- Guidance Notes to the Regulation ECB/2001/13 on the MFI balance sheet statistics  (8) jiddikjara li, bi qbil ma’ l-istandards statistiċi internazzjonali eżistenti, strumenti ta’ derivattivi finanzjarji li għandhom valur tas-suq għandhom fi prinċipju jiġu rreġistrati fuq il-karta tal-bilanċ. Id-derivattivi għandhom valur tas-suq meta jiġu nnegozjati fi swieq organizzati (boroż) jew f’ċirkostanzi li fihom ikunu jistgħu jiġu kkumpensati regolarment fi swieq mhux irregolamentati (OTC).

Taħt din il-partita, għandhom jiġu rrapportati d-derivattivi finanzjarji li ġejjin:

opzjonijiet, negozjabbli u OTC,

liċenzji (warrants),

futures, iżda biss jekk ikollhom valur tas-suq minħabba li jistgħu jiġu nnegozjati jew minħabba li jistgħu jiġu kkumpensati,

swaps, iżda biss jekk ikollhom valur tas-suq minħabba li jistgħu jiġu nnegozjati jew minħabba li jistgħu jiġu kkumpensati.

Derivattivi finanzjarji li huma soġġetti għal reġistrazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ għandhom jiddaħħlu fil-valur tas-suq tagħhom, li huwa l-prezz tas-suq prevalenti jew ekwivalent qrib (valur ġust).

Id-derivattivi għandhom jiġu rreġistrati fuq il-karta tal-bilanċ fuq bażi grossa. Kuntratti ta’ derivattivi individwali b’valuri tas-suq pożittivi grossi għandhom jiġu rreġistrati fuq in-naħa ta’ l-attivi tal-karta tal-bilanċ filwaqt li l-kuntratti b’valuri tas-suq negattivi grossi għandhom jiġu rreġistrati fuq in-naħa tal-passivi. Impennji grossi futuri minn kuntratti ta’ derivattivi jistgħu jiġu rreġistrati fuq bażi netta skond metodi ta’ valutazzjoni differenti. Fil-każ li l-pożizzjonijiet netti biss ikunu disponibbli, jew li l-pożizzjonijiet huma rreġistrati għajr fil-valur tas-suq, dawn il-pożizzjonijiet għandhom jiġu rrapportati bħala default.

Ma hija mitluba ebda analiżi (skond is-settur, munita, eċċ.).

8.

Attività oħra:Din il-partita hija meħtieġa separatament għas-sub-kategoriji kollha ta’ IFO, għajr għal IFO oħra.

Din il-partita tinkludi attività li mhijiex inkluża x’imkien ieħor, bħal:

imgħax maturat li jista’ jinġabar fuq self u kiri maturat fuq bini,

dividendi li għad iridu jiġu riċevuti,

ammonti li jistgħu jinġabru li għandhom x’jaqsmu man-negozju prinċipali ta’ l-IFO,

ammonti grossi li jistgħu jinġabru fir-rigward ta’ partiti sospiżi,

ammonti grossi li jistgħu jinġabru fir-rigward ta’ partiti ta’ transitu,

attività oħra mhux identifikata separatament, eżempju, attività fissa, self, depożiti (jiddependi fuq is-sub-kategorija ta’ l-IFO).

Il-lista ta’ fuq mhijiex lista li tinkludi kollox u tvarja skond it-tip ta’ kategorija ta’ rapportar (ara l-aħħar partita fil-lista ta’ fuq). Fil-fatt, il-karta tal-bilanċ meħtieġa skond it-tip ta’ sub-kategorija ta’ IFO, tvarja skond l-attività mwettqa mis-subkategorija ta’ l-IFO. Il-partiti prinċipali biss tal-karta tal-bilanċ huma identifikati separatament. L-ammonti kollha li ma jistgħux jiġu allokati taħt waħda mill-partiti prinċipali tal-karta tal-bilanċ (PKB) għandhom jiġu allokati taħt ‘attività oħra’, eżempju, minħabba li l-fondi ta’ l-investiment mhumiex mistennija li jagħtu self, il-partita ‘self’ ma tiġix identifikata separatament fil-karta tal-bilanċ. Madankollu, fil-każ li l-fondi ta’ investiment jagħtu self, dan l-ammont għandu jiġi allokat taħt ‘attività oħra’.

Il-BĊN huma meħtieġa jipprovdu dettalji dwar il-komponenti ta’ ‘attivi oħra’ fin-noti ta’ spjega.

PASSIVI

0.

Attività/passivi totali: Il-passivi totali għandhom ikunu daqs it-total tal-partiti identifikati separatament fuq in-naħa tal-passivi tal-karta tal-bilanċ u għandhom ikunu ugwali wkoll għall-attività totali (ara wkoll ‘kategoriji ta’ attivi — attività/passivi totali’).

9.

Depożiti u self meħud: Din il-partita għandha tiġi identifikata separatament għal fondi ta’ investiment, SDD u KF.

Din il-partita hija magħmula minn:

Depożiti: Depożiti li jistgħu jiġu ttrasferiti u depożiti oħra (ara n-naħa ta’ l-attivi) impoġġija ma’ l-IFO. Dawn id-depożiti huma normalment impoġġija mill-IFM.

Self: Self mogħti lill-IFO li tirrapporta li mhuwiex evidenzjat b’dokumenti jew li huwa rrappreżentat b’dokument wieħed (anki jekk ikun sar negozjabbli).

10.

Titoli ta’ dejn maħruġin: Din il-partita għandha tiġi rrapportata separatament għall-SDD u għall-KF. Fil-każ ta’ fondi ta’ investiment, din il-partita għandha tiġi allokata taħt ‘passivi oħra’, u mhijiex mistennija li tkun sinifikanti.

Din il-partita tirreferi għal titoli għajr ishma, li huma strumenti li normalment jistgħu jiġu nnegozjati u kkummerċjalizzati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu kkumpensati fis-suq u li ma jagħtu lis-sid ebda dritt ta’ pussess fuq l-istituzzjoni tal-ħruġ. F’xi pajjiżi, l-IFO jistgħu joħorġu strumenti li jistgħu jiġu nnegozjati b’karatteristiċi li huma simili għal dawk tat-titoli tas-suq monetarju maħruġin mill-IFM. F’din l-iskema ta’ rapportar, l-istrumenti kollha bħal dawn jiġu kklassifikati bħala titoli ta’ dejn.

11.

Kapital u riservi: Din il-partita għandha tiġi rrapportata separatament għall-SDDs u għall-KF. Fil-każ ta’ fondi ta’ investiment, din il-partita għandha tiġi allokata taħt ‘passivi oħra’.

Din il-partita tinkludi l-ammonti li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ kapital azzjonarju mill-IFO li jirrapportaw lill-azzjonisti jew lil sidien oħra, li jirrapreżentaw għas-sid, drittijiet ta’ proprjetà fl-IFO u ġeneralment intitolament għal sehem mill-qligħ u għal sehem mill-fondi tiegħu stess fil-każ ta’ xoljiment. Fondi li jirriżultaw mill-benefiċċji mhux distribwiti jew mill-fondi mwarrba mill-IFO li jirrapportaw f’antiċipazzjoni ta’ pagamenti jew obbligi futuri huma bl-istess mod inklużi f’din il-kategorija. Il-kategorija ‘kapital u riservi’ tinkludi l-elementi li ġejjin:

kapital azzjonarju,

benefiċċji jew fondi mhux imqassma,

dispożizzjonijiet speċifiċi kontra self, titoli u tipi oħra ta’ attività,

qligħ/telf tat-tħaddim.

12.

Ishma/unitajiet tal-fond ta’ investiment maħruġin: Din il-partita għandha tiġi rrapportata separatament għas-sub-kategorija fondi ta’ investiment minħabba li l-fondi ta’ investiment biss joħorġu ishma/unitajiet ta’ investiment.

Din il-partita tirreferi għal ishma jew għal unitajiet minn fondi ta’ investiment għajr FSM.

13.

Derivattivi finanzjarji: Ara ‘partiti ta’ l-attivi — derivattivi finanzjarji’.

14.

Passivi oħra: Din il-partita hija meħtieġa separatament għas-sub-kategoriji kollha ta’ l-IFO, għajr għal IFO oħra. Din il-partita hija simili għall-‘bqija tal-passivi’ ta’ l-IFM għajr li tinkludi derivattivi finanzjarji.

Din il-partita tinkludi passivi li mhumiex inklużi x’imkien ieħor, bħal:

l-ammonti grossi pagabbli fir-rigward tal-partiti sospiżi,

l-ammonti grossi pagabbli fir-rigward tal-partiti ta’ transitu,

imgħax maturat pagabbli fuq depożiti,

dividendi li għandhom jitħallsu,

ammonti pagabbli li ma għandhomx x’jaqsmu man-negozju prinċipali ta’ l-IFO,

dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw passivi kontra partijiet terzi,

pagamenti tal-marġini magħmula taħt il-kuntratti derivattivi, fil-forma ta’ flus kontanti bħala garanzija sabiex wieħed jipproteġi lilu nnifsu kontra r-riskju ta’ kreditu, iżda li jibqgħu l-proprjetà tad-depożitatur u dawn jiġu rimborsati lid-depożitatur meta l-kuntratt jiġi xolt,

pożizzjonijiet netti li joħorġu mis-self ta’ titoli mhux garantiti bi flus kontanti,

ammonti netti pagabbli fir-rigward tar-regolament futur ta’ transazzjonijiet f’titoli.

Il-lista ta’ fuq mhijiex lista li tinkludi kollox u tvarja skond it-tip ta’ kategorija ta’ rapportar. Fil-fatt, il-karta ta’ bilanċ meħtieġa skond it-tip ta’ sub-kategorija ta’ l-IFO tvarja skond l-attività mwettqa mis-sub-kategorija ta’ l-IFO. Il-partiti prinċipali tal-karta tal-bilanċ biss huma identifikati separatament. L-ammonti kollha li ma jistgħux jiġu allokati taħt waħda minn dawn il-partiti prinċipali tan-naħa tal-passivi għandhom jiġu allokati taħt ‘passivi oħra’, eż. minħabba li l-fondi ta’ investiment mhumiex mistennija li joħorġu ‘titoli ta’ dejn’, il-partita ‘titoli ta’ dejn’ mhijiex identifikata separatament fuq in-naħa tal-passivi. Madankollu, fil-każ li l-fondi ta’ investiment joħorġu titoli, dan l-ammont għandu jiġi allokat taħt ‘passivi oħra’.

Il-BĊN huma meħtieġa jipprovdu dettalji dwar il-komponenti ta’ ‘passivi oħra’ fin-noti ta’ spjega.

REGOLI TAL-KONTABILITÀ

Ir-regoli tal-kontabilità segwiti mill-IFO fil-ħidma taż-żamma tal-kontijiet tagħhom għandhom fi prinċipju jikkonformaw mat-trasposizzjoni nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u ta’ istituzzjonijiet finanzjarji oħra (9) u kwalunkwe standards internazzjonali applikabbli oħra. Mingħajr preġudizzju għall-prattiċi tal-kontabilità li jipprevalu fl-Istati Membri, l-attivi u l-passivi kollha għandhom jiġu rrapportati fuq bażi grossa għal għanijiet statistiċi. Hemm gwida speċifika mogħtija fil-metodi ta’ valutazzjoni taħt il-kategoriji relevanti.

ANALIŻI ĠEOGRAFIKA, SETTORJALI U SKOND L-GĦAN

Il-BĊE jeħtieġ, għal xi sub-kategoriji ta’ l-IFO u għal numru limitat ta’ BSI, analiżi ġeografika u settorjali simili għal dik tal-BSI ta’ l-IFM.

Analiżi ġeografika u settorjali

ATTIVI

PASSIVI

A

Residenti domestiċi

 

IFM

 

Istituzzjonijiet mhux IFM

 

Li minnhom korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) (10)

 

Li minnhom djar, eċċ. (S.14)

B

Residenti ta’ l-Istati Membri parteċipanti l-oħra

 

IFM

 

Istituzzjonijiet mhux IFM

 

Li minnhom korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

 

Li minnhom djar, eċċ (S.14)

Ċ

Residenti tal-bqija tad-dinja

A

Residenti domestiċi

 

IFM

 

Istituzzjonijiet mhux IFM

B

Residenti ta’ l-Istati Membri parteċipanti oħra

 

IFM

 

Istituzzjonijiet mhux IFM

Ċ

Residenti tal-bqija tad-dinja

Analiżi ġeografika

Il-kompilazzjoni ta’ l-istatistiċi ta’ l-IFO għaż-żona ta’ l-euro teħtieġ l-identifikazzjoni tal-kontrapartijiet li jkunu jinsabu fl-Istati Membri parteċipanti b’analiżi bejn it-territorju domestiku u Stati Membri parteċipanti oħra. L-analiżi ġeografika sħiħa meħtieġa hija għalhekk ‘domestiku/Stati Membri parteċipanti oħra/bqija tad-dinja’. Fil-każ ta’ Stati Membri mhux parteċipanti, l-analiżi hija ‘domestiku/Stati Membri parteċipanti/bqija tad-dinja’.

L-analiżi ġeografika meħtieġa tirreferi għall-BSI ta’:

Il-fondi ta’ investiment totali/fondi ta’ investiment skond it-tip ta’ politika ta’ investiment: B’mod partikolari għal ‘titoli għajr ishma’, ‘ishma u equity oħra’, ‘ishma/unitajiet tal-fondi ta’ investiment’ (in-naħa ta’ l-attivi) u ‘ishma tal-fond ta’ investiment maħruġin’ (in-naħa tal-passivi). Fil-każ tan-naħa ta’ l-attivi, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta bħala indikatur prinċipali, fil-każ tan-naħa tal-passivi, din għandha tiġi pprovduta bħala partita tal-memo.

KF: Il-partita ‘self’ għandha tipprovdi analiżi ġeografika domestika/Stati Membri parteċipanti oħra (bħala indikatur prinċipali).

Analiżi settorjali (11)

L-analiżi settorjali prinċipali meħtieġa hija ‘IFM/istituzzjonijiet mhux IFM’. Id-definizzjoni ta’ IFM hija magħrufa sew filwaqt li ‘istituzzjonijiet mhux IFM’ tinkludi s-setturi ‘gvern ġenerali’ (12) u ‘setturi residenti oħra’ (13).

L-analiżi settorjali meħtieġa għad-data domestika u għad-data ta’ Stati Membri parteċipanti oħra hija l-istess. Ebda analiżi settorjali ma hija meħtieġa għad-data tal-bqija tad-dinja.

L-analiżi settorjali hija meħtieġa għal numru limitat ta’ partiti:

ħandha tiġi trasmessa bħala ‘partita tal-memo’ għas-subsettur ‘fondi ta’ investiment’ (għal fondi ta’ investiment totali u għal fondi ta’ investiment skond it-tip ta’ investiment) u għal dawk il-partiti biss li għalihom hija meħtieġa analiżi ġeografika.

Għandha tiġi trasmessa bħala ‘indikatur prinċipali’ għas-subsettur ‘korporazzjonijiet finanzjarji involuti fis-self’ fir-rigward tal-partita ‘self’. Iżda, hemm bżonn ukoll ta’ aktar dettalji dwar ‘self’ mogħti lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u djar’ għal din is-sub-kategorija ta’ l-IFO u għal din il-partita.

Analiżi skond l-għan

Din l-analiżi hija meħtieġa biss għal data li għandha x’taqsam ma’ KF. Għandha x’taqsam ma’ ‘self’ tal-BSI u b’mod partikolari għal ‘self’ għal djar li għalihom għandu jiġi identifikat l-għan tas-self (analizzat fi krediti tal-konsumatur, self għal xiri ta’ djar u self ieħor (residwali). Din l-analiżi hija meħtieġa bħala indikatur prinċipali.

4.2   Data ta’ aġġustament

Id-data ta’ aġġustament għandha tiġi rrapportata biss fil-każ ta’ interruzzjonijiet sinifikanti fl-istokks. Eżempju, id-data ta’ aġġustament għandha tiġi pprovduta minħabba l-klassifikazzjoni mill-ġdid fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tal-qafas tas-SEK 95. Id-data għandha tiġi pprovduta fuq bażi volontarja, fejn din tkun disponibbli.

4.3   Data ta’ transazzjoni

Taħt il-metodu fuq perjodu ta’ żmien qasir għall-istatistiċi IFO, data fuq it-transazzjonijiet finanzjarji u bejgħ u xiri mill-ġdid ta' unitajiet/ishma maħruġin minn fondi ta’ investiment għandha tiġi pprovduta bħala ‘partiti tal-memorandum’ għas-sub-settur ‘fondi ta’ investiment’ (għal fondi ta’ investiment totali u għal fondi ta’ investiment skond it-tip ta’ investiment).

Analiżi ta’ l-istrument u l-maturità: It-tabella ta’ taħt tipprovdi dehra ġenerali ta’ l-analiżi meħtieġa tad-data ta’ transazzjoni ta’ l-istrument u tal-maturità.

Dehra ġenerali ta’ l-analiżi meħtieġa tad-data ta’ transazzjoni skond l-istrumenti u l-maturità

KATEGORIJI TA’ STRUMENTI U MATURITÀ

ASSI

PASSIVI

1.

Depożiti

2.

Titoli ta’ dejn għajr ishma

 

sa sena

 

aktar minn sena

3.

Ishma u equity oħra (14)

4.

Ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment

5.

Assi fissi (15)

6.

Assi oħra (inkluż self u derivattivi finanzjarji) (16)

1.

Depożiti u self meħud

2.

Ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment maħruġin

3.

Passivi oħra (inkluż titoli ta’ dejn, capital u riservi, derivattivi finanzjarji)

Assi totali = Passivi totali (irrapportati mill-kategoriji kollha)

Bejgħ u xiri mill-ġdid ta’ ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment: It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi dehra ġenerali ta’ l-analiżi ta’ l-istrument meħtieġa ta’ data dwar il-bejgħ u xiri mill-ġdid ta’ ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment.

Bejgħ u xiri mill-ġdid ta’ ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment

KATEGORIJI TA’ STRUMENT

ASSI

PASSIVI

 

1.

Ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment maħruġa — bejgħ ta’ ishma ġodda

2.

Ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment maħruġa — xiri mill-ġdid ta’ ishma ġodda

Ħtiġijiet addizzjonali għall-kompilazzjoni tal-MUFA: It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi dehra ġenerali ta’ l-analiżi addizzjonali meħtieġa ta’ data ta’ transazzjoni skond l-istrument u l-maturità.

Ħtiġijiet addizzjonali għall-kompilazzjoni tal-MUFA

KATEGORIJI TA’ STRUMENTI U MATURITÀ

ASSI

PASSIVI

1.

Ishma kkwotati

2.

Ishma tal-FSM

3.

Self

 

sa sena

 

aktar minn sena

 

4.4   Frekwenza tar-rapportar, perjodiċità u firxa ta’ żmien

Il-frekwenza tar-rapportar lill-BĊE hija kull tliet xhur.

L-istatistiċi ta’ l-IFO huma trasmessi lill-BĊE l-aktar tard nhar l-aħħar ġurnata kalendarja tat-tielet xahar ta’ wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza, jew fil-jum tan-negozju tal-BĊN preċedenti (17) jekk l-aħħar jum kalendarju mhuwiex jum tan-negozju tal-BĊN. Id-dati ta’ trasmissjoni eżatti jiġu kkomunikati lill-BĊN bil-quddiem fil-forma ta’ skeda ta’ rapportar. Data storika ta’ kull tliet xhur għandha tiġi trasmessa lill-BĊE billi l-ewwel tiġi trasmessa dik għall-ewwel perjodu ta’ referenza disponibbli, għallinqas għandha l-ewwel tiġi trasmessa dik id-data għar-raba’ perjodu ta’ tliet xhur ta’ l-1998.

5.   Trasmissjoni elettronika ta’ l-istatistiċi ta’ l-IFO — identifikatur tal-familja tal-kodiċi: IFO

Il-familja tal-kodiċi ta’ l-IFO tirreferi għall-istatistiċi tal-karta tal-bilanċ ta’ l-IFO taż-żona ta’ l-euro. Ġiet imfassla b’tali mod li tkun simili kemm jista’ jkun għal-listi tal-kodiċi u għall-valuri tal-familja tal-kodiċi diġà definiti għall-istatistiċi tal-BSI.

5.1   Dimensjonijiet

It-tabella ta’ taħt tiddeskrivi d-dimensjonijiet użati fil-familja tal-kodiċi ta’ l-IFO. Għall-istatistiċi ta’ l-IFO, ġew speċifikati 11-il dimensjoni bħala essenzjali sabiex tiġi identifikata serje temporali.

Pożi-zzjoni fil-kodiċi

Kunċett (mnemoniku)

Isem tal-kunċett

Format tal- valur

Lista tal-kodiċi (mnemoniku)

Isem tal-lista tal-kodiċi

Dimensjonijiet

1

FREQ

Frekwenza

AN1

CL_FREQ

Lista tal-kodiċi tal-frekwenza (BIS, BĊE)

2

REF_AREA

Żona ta’ referenza

AN2

CL_AREA_EE

Lista tal-kodiċi taż-żona ta’ referenza (Eurostat BoP, BĊE)

3

ADJUSTMENT

Indikatur ta’ aġġustament

AN1

CL_ADJUSTMENT

Lista tal-kodiċi ta’ l-indikatur ta’ aġġustament (BIS, BĊE)

4

IFO_REP_SECTOR

Analiżi settorjali ta’ referenza ta’ l-IFO

AN2

CL_IFO_REP_SECTOR

Lista tal-kodiċi ta’ l-analiżi settorjali ta’ referenza ta’ l-IFO (BĊE)

5

IFO_ITEM

Partita tal-karta tal-bilanċ ta’ l-IFO

AN3

CL_IFO_ITEM

Lista tal-kodiċi tal-kategorija tal-karta tal-bilanċ ta’ l-IFO (BĊE)

6

MATURITY_ORIG

Maturità oriġinali

AN1

CL_MATURITY_ORIG

Lista tal-kodiċi tal-maturità oriġinali (BĊE)

7

DATA_TYPE

Tip ta’ data

AN1

CL_DATA_TYPE

Tip ta’ data monetarja u bankarja, fluss u pożizzjoni (BĊE, BIS)

8

COUNT_AREA

Żona kontraparti

AN2

CL_AREA_EE

Lista tal-kodiċi taż-żona (Eurostat BoP, BĊE)

9

BS_COUNT_SECTOR

Settur kontraparti tal-karta ta’ bilanċ

AN4

CL_BS_COUNT_SECTOR

Lista tal-kodiċi tas-settur kontraparti tal-karta tal-bilanċ (BĊE, BIS)

10

CURRENCY_TRANS

Munita ta’ transazzjoni

AN3

CL_CURRENCY

Lista tal-kodiċi tal-munita ta’ transazzjoni (BĊE, BIS, Eurostat BoP)

11

SERIES_DENOM

Denominazzjoni tas-serje jew kalkolazzjoni speċjali

AN1

CL_SERIES_DENOM

Lista tal-kodiċi tad-denominazzjoni tas-serje jew kalkolazzjoni speċjali (BĊE)

Kull waħda mill-ħdax-il dimensjoni statistika tieħu l-valuri tagħha minn lista tal-kodiċi li tikkorrespondi. Eżempju, skond it-tabella fuq, id-dimensjoni REF_AREA (żona ta’ referenza) tieħu l-valuri tagħha mil-lista tal-kodiċi CL_AREA_EE. Id-dimensjonijiet tal-familja tal-kodiċi ta’ l-IFO huma deskritti taħt u jsegwu l-istess sekwenza kif tidher fil-kodiċi.

Dimensjoni Nru 1: Frekwenza (FREQ; tul: karattru wieħed)

Din id-dimensjoni tindika l-frekwenza tas-serje temporali rrapportata. Il-valur użat fil-familja tal-kodiċi ta’ l-IFO huwa ‘Q’ għal data ta’ kull tliet xhur u huwa subsett tal-valuri speċifikati fil-lista tal-kodiċi CL_FREQ. Meta data nazzjonali tkun disponibbli biss fi frekwenza aktar baxxa (iġifieri kull sitt xhur jew kull sena), il-BĊN jistmaw id-data ta’ kull tliet xhur. Meta ma jkunx possibbli li jsiru l-istimi ta’ kull tliet xhur, id-data għandha madankollu tiġi pprovduta bħala serje temporali ta’ kull tliet xhur (iġifieri data annwali tiġi pprovduta bħala ssssQ4 u data ta’ kull sitt xhur tiġi pprovduta bħala ssssQ2 u ssssQ4 bil-bqija tal-perjodi ta’ tliet xhur ma jiġux irrapportati jew jiġu rrapportati bħala nieqsa bl-istatus ta’ osservazzjoni ‘L’ (18)).

Dimensjoni Nru 2: Żona ta’ referenza (REF_AREA; tul: żewġ karattri)

Din id-dimensjoni tirrappreżenta l-pajjiż ta’ residenza ta’ l-istituzzjoni li tirrapporta. Il-lista tal-kodiċi assoċjata CL_AREA_EE fiha l-lista ta’ l-istandard ta’ l-ISO tal-pajjiż u xi valuri addizzjonali (ara wkoll id-dimensjoni Nru 8: Żona kontraparti). Is-subsett tal-valuri wżat fil-familja tal-kodiċi ta’ l-IFO jikkorrespondi għall-15-il Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea (UE).

Dimensjoni Nru 3: Indikatur ta’ l-aġġustament (ADJUSTMENT; tul: karattru wieħed)

Din id-dimensjoni tindika jekk ikunx ġie applikat aġġustament staġjonali u/jew aġġustament għall-jum xogħol. Il-lista tal-kodiċi li tikkorrespondi hija CL_ADJUSTMENT. Il-valur użat fil-familja tal-kodiċi ta’ l-IFO huwa ‘N’ għal serje li la tkun ġiet aġġustata staġjonalment u lanqas aġġustata għall-jum xogħol.

Dimensjoni Nru 4: Analiżi settorjali ta’ referenza ta’ l-IFO (IFO_REP_SECTOR; tul: żewġ karattri)

Din id-dimensjoni tindika liema tip ta’ IFO tkun qegħda tirrapporta u hija marbuta mal-lista tal-kodiċi CL_IFO_REP_SECTOR. Ġew definiti l-11-il valur li ġejjin: fondi ta’ investiment totali (‘10’); fondi ta’ investiment analizzati skond it-tip ta’ investiment: fondi azzjonarji (‘11’), bond funds (‘12’), fondi mħallta (‘13’), fondi ta’ l-immobbli (‘14’) u fondi oħra (‘15’); fondi ta’ investiment analizzati skond it-tip ta’ investitur: fondi pubbliċi ġenerali (‘1G’) u fondi speċjali għall-investituri (‘1S’); SDDs (‘20’); KF(‘30’) u kategoriji oħra ta’ IFO (‘40’).

Dimensjoni Nru 5: Partita tal-karta tal-bilanċ ta’ l-IFO (IFO_ITEM; tul: tliet karattri)

Din id-dimensjoni tirrappreżenta l-BSI ta’ l-IFO u hija marbuta mal-lista tal-kodiċi CL_IFO_ITEM. Il-valuri għall-attivi u passivi huma identifikati mill-prefiss ‘A’ jew ‘L’ u huma organizzati u kkodifikati wara, kull fejn possibbli, relazzjoni ġerarkika fost il-partiti. Minħabba li l-IFO jikkonċentraw fuq attivitajiet finanzjarji differenti, mhux il-BSI kollha japplikaw għat-tipi kollha, jiddependi fuq it-tip tagħhom. ‘B’mod partikolari, fuq in-naħa ta’ l-attivi, ġew definiti żewġ partiti differenti għal ‘attività oħra’.

attività oħra (inkluż self) (‘A8A’) li tapplika għall-kategoriji kollha ta’ l-IFO għajr il-KF

u

attività oħra (inklużi depożiti, flus kontanti, ishma ta’ fondi ta’ investiment, attività fissa u derivattivi finanzjarji) (‘A8B’) li japplikaw għall-KF

Fuq in-naħa tal-passivi, ġew identifikati tliet partiti differenti għal ‘passivi oħra’:

passivi oħra (għajr titoli ta’ dejn, kapital u riservi u derivattivi finanzjarji) (‘L6A’) li japplikaw għall-SDDs,

passivi oħra (inklużi d-derivattivi finanzjarji) (‘L6B’) li japplikaw għall-KF,

u

passivi oħra (inklużi titoli ta’ dejn u kapital u riservi) (‘L6C’) li japplikaw għall-kategoriji tal-fondi ta’ investiment.

Dimensjoni Nru 6: Maturità oriġinali (MATURITY_ORIG; tul: karattru wieħed)

Din id-dimensjoni tirrappreżenta l-maturità oriġinali tal-BSI u hija marbuta mal-lista tal-kodiċi CL_MATURITY_ORIG. L-analiżi tal-maturità sa sena (‘f’) u aktar minn sena (‘K’) tapplika għall-partita ‘titoli għajr ishma’ għall-kategoriji tal-fondi ta’ investiment. B’mod kunċettwali, għalkemm l-analiżi tal-maturità mhijiex meħtieġa f’dan il-kuntest, il-maturità oriġinali tapplika wkoll għall-partiti ta’ l-attivi ‘self’ u ‘depożiti’ u l-partiti tal-passivi ‘depożiti u self meħudin’ u ‘titoli ta dejn maħruġin’. F’dawn il-każijiet, il-valur ‘A’ huwa għalhekk użat għal maturità totali. Il-partiti l-oħra kollha juru l-valur ‘X’ għal mhux applikabbli.

Dimensjoni Nru 7: Tip ta’ data (DATA_TYPE; tul: karattru wieħed)

Din id-dimensjoni hija deskritta bil-lista tal-kodiċi CL_DATA_TYPE u tindika t-tip ta’ data li għandha tiġi rrapportata: stokks grossi (‘1’), bejgħ (‘2’), xiri mill-ġdid (‘3’), transazzjonijiet finanzjarji (‘4’) u klassifikazzjoni mill-ġdid u aġġustamenti oħra (‘5’). Klassifikazzjoni mill-ġdid u aġġustamenti oħra jinkludu bidliet fl-attivi u fil-passivi fuq il-karta tal-bilanċ tas-settur li jirrapporta ta’ l-IFO li jirriżultaw minn 1) bidliet fil-popolazzjoni ta’ rapportar; 2) ristrutturar korporattiv; 3) il-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ l-attivi u tal-passivi; u 4) il-korrezzjoni ta’ l-iżbalji ta’ rapportar li, għal raġunijiet tekniċi, ma jistgħux jitneħħew mid-data ta’ l-istokk għall-perjodu relevanti sħiħ.

Dimensjoni Nru 8: Żona kontraparti (COUNT_AREA; tul: żewġ karattri)

Din id-dimensjoni tirrappreżenta ż-żona ta’ residenza tal-kontraparti tal-karta ta’ bilanċ ta’ l-IFO. Il-lista tal-kodiċi marbuta ma’ dan il-kunċett hija CL_AREA_EE, li fiha l-lista standard ta’ l-ISO tal-pajjiżi u valuri addizzjonali (eż. ‘U6’ — ‘Domestiku: l-istess pajjiż bħal dak ta l-IFO li jirrapporta’). Għall-għan tal-familja tal-kodiċi ta’ l-IFO jiġi wżat is-subsett ta’ valuri li ġej: domestiku (dar jew żona ta’ referenza) (‘U6’); Stati Membri parteċipanti oħra (il-pajjiżi kollha għajr iż-żona ta’ referenza) (‘U5’); bqija tad-dinja (‘U4’) u dinja (l-entitajiet kollha) (‘A1’). Meta pajjiż isir Stat Membru parteċipanti, tiġi pprovduta d-data storika li tirreferi għall-perjodu ta’ qabel id-dħul billi jiġu wżati l-kodiċi taż-żona kontraparti Unjoni Monetarja (‘U2’) u l-oqsma l-oħra kollha għajr l-Istati Membri parteċipanti u ż-żona ta’ referenza/bażi (‘U8’) (19).

Dimensjoni Nru 9: Settur kontraparti tal-karta tal-bilanċ (BS_COUNT_SECTOR; tul: erba’ karattri)

Din id-dimensjoni tirrappreżenta l-analiżi settorjali tal-BSI ta’ l-IFO u hija marbuta mal-lista tal-kodiċi CL_BS_COUNT_SECTOR. Huma meħtieġa ħames setturi kontraparti: IFM (‘1000’); istituzzjonijiet mhux IFM (‘2000’); setturi residenti oħra — li minnhom korporazzjonijiet mhux finanzjarji (‘2240’); setturi residenti oħra — li minnhom djar (‘2251’) u s-settur mhux speċifikat (‘0000’).

Dimensjoni Nru 10: Munita tat-transazzjoni (CURRENCY_TRANS; tul: tliet karattri)

Din id-dimensjoni tiddeskrivi l-munita li fiha huma denominati l-BSI ta’ l-IFO u hija marbuta mal-lista tal-kodiċi CL_CURRENCY. Il-valur ‘Z01’ biss huwa wżat għall-muniti kollha flimkien.

Dimensjoni Nru 11: Denominazzjoni tas-serje jew kalkolazzjoni speċjali (SERIES_DENOM; tul: karattru wieħed)

Din id-dimensjoni tispeċifika jekk is-serje rrappartata hijiex imfissra fil-munita nazzjonali jew fil-munita komuni (euro). Għandha żewġ valuri (‘N’’, munita nazzjonali u ‘E’, euro), li huma rrappreżentati bil-lista tal-kodiċi CL_SERIES_DENOM. Il-kodiċi ‘E’ huwa wżat mill-Istati Membri parteċipanti, filwaqt li l-kodiċi ‘N’ huwa wżat mill-Istati Membri parteċipanti għall-għoti ta’ data storika għall-perjodu ta’ qabel id-dħul (20).

5.2   L-Attributi

Barra mill-ħdax-il dimensjoni li jiddefinixxu l-kodiċi, ġie ddefinit sett ta’ attributi (21). Dawn huma mehmużin f’livelli varji ta’ l-informazzjoni skambjata:

Il-familja tal-kodiċi tal-partiti tal-karta tal-bilanċ (ECB_IFO): Attributi kkodifikati u mhux ikkodifikati

Livell ta’ assenj-azzjoni

Kunċett statistiku

Format tal-valur

Lista tal-kodiċi

Attributi fuq livell ta’ parentela

(skambjati billi jsir użu tal-grupp FNS)

Parentela

TITLE_COMPL

Kumpliment tat-titlu

AN..1050

Mhux kodifikat

 

Parentela

UNIT

Unità

AN..12

CL_UNIT

Lista tal-kodiċi ta’ l-unità (BIS, BĊE, Eurostat BoP)

Parentela

UNIT_MULT

Multiplikatur ta’ l-unità

AN..2

CL_UNIT_MULT

Lista tal-kodiċi tal-multiplikatur ta’ l-unità (BIS, BĊE, Eurostat BoP)

Parentela

DECIMALS

Deċimali

N1

CL_DECIMALS

Lista tal-kodiċi tad-deċimali (BIS, BĊE)

Parentela

TITLE

Titlu

AN..70

Mhux kodifikat

 

Parentela

NAT_TITLE

Titlu fil-lingwa nazzjonali

AN..350

Mhux kodifikat

 

Parentela

COMPILATION

Kompilazzjoni

AN..1050

Mhux kodifikat

 

Parentela

COVERAGE

Kopertura

AN..350

Mhux kodifikat

 

Attributi fuq livell ta’ serje temporali

(skambjati billi jsir użu mill-grupp FNS)

Serje temporali

COLLECTION

Indikatur tal-ġbir

AN1

CL_COLLECTION

Lista tal-kodiċi ta’ l-indikatur tal-ġbir (BIS, BĊE)

Serje temporali

AVAILABILITY

Disponibilità

AN1

CL_AVAILABILITY

Lista tal-kodiċi tad-disponibilità ta’ l-organizzazzjoni (BIS, BĊE)

Serje temporali

DOM_SER_IDS

Ids tas-serje domestiċi

AN..70

Mhux kodifikat

 

Serje temporali

BREAKS

Interruzzjonijiet

AN..350

Mhux kodifikat

 

Attributi fuq livell ta’ osservazzjoni

(skambjati flimkien mad-data fis-segment prinċipali ARR)

Osservazzjoni

OBS_STATUS

Status ta’ l-osservazjoni

AN1

CL_OBS_STATUS

Lista tal-kodiċi ta’ l-istatus ta’ l-osservazzjoni (BIS, BĊE, Eurostat BoP)

Osservazzjoni

OBS_CONF

Kunfidenzjalità ta’ l-osservazzjoni

AN1

CL_OBS_CONF

Lista tal-kodiċi tal-kunfidenzjalità ta’ l-osservazzjoni (Eurostat BoP, BĊE)

Osservazzjoni

OBS_PRE_BREAK

Valur ta’ l-osservazzjoni qabel l-interruzzjoni

AN..15

-

 

Osservazzjoni

OBS_COM

Kumment fuq l-osservazzjoni

AN..350

Mhux kodifikat

 

Kull wieħed minn dawn l-attributi huwa kkaratterizzat minn xi karatteristiċi tekniċi, li huma elenkati fit-tabella taħt.

BĊN taż-żona ta’ l-euro li jirrapportaw lill-BĊE

Karatteristiċi komuni ta’ l-attribut għall-familja tal-kodiċi ECB_IFO

 

Status

L-ewwel valur stabbilit minn … (22)

Jista’ jiġi modifikat mill-BĊN

TITLE_COMPL

O

BĊE

Le

UNIT

O

BĊE

Le

UNIT_MULT

O

BĊE

Le

DECIMALS

O

BĊE

Le

TITLE

K

BĊE

Le

NAT_TITLE

K

BĊN

Iva

COMPILATION

K

BĊN

Iva (**)

COVERAGE

K

BĊN

Iva (**)

COLLECTION

O

BĊE

Le

AVAILABILITY

O

BĊE/BĊN

Iva

DOM_SER_IDS

K

BĊN

Iva

BREAKS

K

BĊN

Iva

OBS_STATUS

O

BĊN

Iva

OBS_CONF

K

BĊN

Iva

OBS_PRE_BREAK

K

BĊN

Iva

OBS_COM

K

BĊN/BĊE

Iva

 

O: Obbligatorju,

K: Kondizzjonali

 

 

Taħt hemm deskrizzjoni ta’ kull attribut li tinkludi l-lista tal-kodiċi ta’ referenza (indikata b’ittri kapitali bħal CL_****) kull meta jkun applikabbli.

5.2.1.   Attributi fuq livell ta’ parentela

Obbligatorji:

TITLE_COMPL (mhux kodifikat): Dan l-attribut huwa stabbilit, reġistrat u mxandar mill-BĊE (huwa bl-Ingliż, b’tul massimu ta’ 350 karattru). Jekk il-BĊN ikun irid jagħmel modifika, tista’ ssir reviżjoni wara konsultazzjoni mal-BĊE. Iżda, din ir-reviżjoni għandha ssir mill-BĊE.

UNIT (lista tal-kodiċi: CL_UNIT): Dan l-attribut jipprovdi l-unità tal-kejl tad-data rrapportata. Stati Membri parteċipanti jirrapportaw id-data f’euro u l-BĊE jissettja dan l-attribut għal ‘EUR’ (DENOM = ‘EUR’). Fil-każ li pajjiż isir Stat Membru parteċipant, il-BĊE jistabbilixxi l-valur ta’ dan l-attribut ugwali għall-munita nazzjonali li tikkorrespondi fil-każ ta’ data storika li tirreferi għall-perjodu ta’ qabel id-dħul (23).

UNIT_MULT (lista tal-kodiċi: CL_UNIT_MULT): Dan l-attribut jipprovdi informazzjoni dwar jekk is-serje hijiex imfissra f’miljuni (UNIT_MULT = ‘6’), f’biljuni (UNIT_MULT = ‘9’), eċċ. Il-BĊN jirrapportaw id-data f’miljuni u l-BĊE jiffissa l-valur għal 6 (UNIT_MULT = ‘6’).

DECIMALS (lista tal-kodiċi: CL_DECIMALS): Dan l-attribut jindika n-numru ta’ postijiet deċimali mogħtija għall-valuri ta’ l-osservazzjonijiet. Il-BĊN jirrapportaw id-data bi tliet pożizzjonijiet deċimali u l-BĊE jiffissa l-valur ta’ l-attribut għal 3 għas-serje kollha (għalhekk DECIMALS = ‘3’).

Kondizzjonali:

TITLE (mhux kodifikat): It-titolu tas-serje jippermetti massimu ta’ 70 karattru biss. Minħabba l-ispazju limitat, jiġi wżat l-attribut TITLE COMPLIMENT minflok l-attribut obbligatorju. L-attribut TITLE jista’ fil-futur jiġi wżat għall-kostruzzjoni ta’ titli qosra.

NAT_TITLE (mhux kodifikat): Il-BĊN jistgħu jużaw dan l-attribut sabiex jipprovdu deskrizzjoni preċiża u speċifikazzjonijiet supplimentari fil-lingwi nazzjonali. Għalkemm l-użu ta’ ittri kbar u ta’ ittri żgħar ma joħloqx problemi, l-iskambju ta’ karattri b’aċċent u simboli alfanumeriċi estiżi jeħtieġ li jiġi ttestjat qabel użu regolari.

COMPILATION (mhux kodifikat): Dan l-attribut huwa wżat għal spjegazzjonijiet testwali dettaljati tal-metodi ta’ kompilazzjoni applikati u jinkludi informazzjoni bħal:

sistema ta’ ġbir ta’ sorsi/data,

proċeduri ta’ kompilazzjoni (inklużi d-deskrizzjoni ta’ l-istimi/assunzjonijiet magħmula),

qafas legali: informazzjoni dwar il-qafas legali nazzjonali u dwar rabtiet mad-direttivi ta’ l-UE għal kull tip ta’ IFO,

devjazzjonijiet mill-istruzzjonijiet ta’ rapportar tal-BĊE (klassifikazzjoni skond l-istrumenti/maturità/ġeografija/qasam settorjali u metodu ta’ valutazzjoni),

kriterji għall-klassifikazzjoni tal-fondi ta’ investiment skond it-tip.

Deskrizzjoni dettaljata ta’ l-informazzjoni li għandha tkun inkluża taħt dan l-attribut hija pprovduta fl-Appendiċi 2 (punti 1 sa 5).

COVERAGE (mhux kodifikat): Dan l-attribut jiddeskrivi l-kopertura tal-popolazzjoni ta’ rapportar u għandu jiġi speċifikat taħt is-serje attività/passività totali. Għandu jiddeskrivi t-tip ta’ IFO kopert fil-kategoriji prinċipali. Jekk il-kopertura hija magħrufa li tkun waħda parzjali, tiġi pprovduta stima tas-sehem tas-suq. Barra minn hekk, għandu jindika jekk iċ-ċifri jkunux ġew ingrossati. Aktar dettalji dwar l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża taħt dan l-attribut huma pprovduti fl-Appendiċi 2 (punt 6).

5.2.2.   Attributi fil-livell tas-serje temporali

Obbligatorju:

COLLECTION (lista tal-kodiċi: CL_COLLECTION): Dan l-attribut jipprovdi spjegazzjoni tal-ħin meta jinġabru l-osservazzjonijiet (eż. fil-bidu, nofs jew tmiem ta’ perjodu) jew l-indikazzjoni ta’ jekk id-data hijiex medja, l-ogħla jew l-inqas f’perjodu partikolari, eċċ. Il-BĊE jiffissa s-serje ta’ l-IFO bħala ‘tmiem ta’ perjodu’ (COLLECTION = ‘E’).

AVAILABILITY (lista tal-kodiċi: CL_AVAILABILITY): Dan l-attribut jindika l-istituzzjonijiet għal liema din id-data tista’ tkun magħmula disponibbli. Meta jkun meħtieġ trattament speċjali għal osservazzjonijiet speċifiċi, jista’ jiġi wżat l-attribut OBSERVATION CONFIDENTIALITY (ara taħt).

Kondizzjonali:

DOM_SER_IDS (mhux kodifikat): Dan l-attribut jagħmilha possibbli li ssir referenza għall-kodiċi fil-bażi ta’ data nazzjonali sabiex tiġi identifikata s-serje li tikkorrespondi (jistgħu jiġu speċifikati l-formoli li jużaw il-kodiċi ta’ referenza nazzjonali).

BREAKS (mhux kodifikat): Dan l-attribut jipprovdi deskrizzjoni ta’ l-interruzzjonijiet u l-bidliet kbar maż-żmien fil-ġbir, kopertura ta’ l-irapportar u l-kompilazzjoni tas-serje. Fil-każ ta’ interruzzjonijiet, huwa mixtieq li jiġi ddikjarat il-punt kemm id-data l-ġdida u dik antika jistgħu jitqiesu komparabbli (sa 350 karattru).

5.2.3.   Attributi fuq livell ta’ osservazzjoni

Obbligatorji:

OBS_STATUS (lista tal-kodiċi: CL_OBS_STATUS): Il-BĊN jirrapportaw valur ta’ status ta’ osservazzjoni mehmuż ma’ kull osservazzjoni skambjata. Dan l-attribut huwa obbligatorju u għandu jiġi pprovdut ma’ kull trasmissjoni ta’ data għal kull osservazzjoni individwali. Meta l-BĊN jirrevedu l-valur ta’ dan l-attribut, jiġu rrapportati kemm il-valur ta’ osservazzjoni (anki jekk mhux mibdul) kif ukoll il-valur ta’ l-istatus ta’ osservazzjoni l-ġdid.

Il-lista taħt tispeċifika l-valuri mistennija (skond il-ġerarkija miftehma) għal dawn l-attributi għall-għan ta’ l-istatistiċi ta’ l-IFO:

‘A’

=

valur normali,

‘B’

=

valur ta’ l-interruzzjoni (24),

‘M’

=

data mhux applikabbli (25),

‘L’

=

id-data teżisti iżda mhijiex miġbura (26),

‘E’

=

stima tal-valur/suppożizzjoni,

‘P’

=

valur proviżorju (dan l-attribut jista’ jintuża, b’mod partikolari, ma’ kull trasmissjoni ta’ data li tirreferi għall-aħħar osservazzjoni) (27).

Jekk osservazzjoni hija kkwalifikata b’żewġ karatteristiċi, għandha tiġi rrapportata l-aktar waħda importanti. Jekk, bħala eżempju, osservazzjoni tkun kemm valur proviżorju kif ukoll ir-riżultat ta’ stima, tingħata prijorità għall-karatteristika ‘stima’, u jiġi wżat il-valur ‘E’.

Kondizzjonali:

OBS_CONF (lista tal-kodiċi: CL_OBS_CONF): Jekk BĊN jixtieq jagħmel differenza bejn l-istatus tal-konfidenzjalità ta’ osservazzjoni speċifika wieħed jew aktar, jista’ juża l-attribut OBS_CONF. Il-valur ta’ dan l-attribut (jekk preżenti) jista’ jiġi modifikat meta tiġi trasmessa d-data mill-mittent ta’ l-informazzjoni.

OBS_PRE_BREAK: Dan l-attribut fih il-valur ta’ qabel l-interruzzjoni, li huwa field numeriku bħall-osservazzjoni. Dan jiġi pprovdut meta sseħħ interruzzjoni tas-serje. Għall-għan tal-familja tal-kodiċi ta’ l-IFO, dan l-attribut mhuwiex mitlub minħabba li din l-informazzjoni hija diġà disponibbli mis-serje tal-klassifikazzjoni mill-ġdid. Dan ġie miżjud mal-lista ta’ attributi minħabba li huwa parti mis-subsett komuni ta’ attributi għall-familji tal-kodiċi kollha.

OBS_COM (mhux kodifikat): Dan l-attribut jista’ jintuża sabiex jipprovdi kummenti testwali fil-livell ta’ osservazzjoni (eż. deskrizzjoni ta’ l-istima jew suppożizzjoni magħmula għal osservazzjoni speċifika minħabba nuqqas ta’ data, filwaqt li tiġi spjegata r-raġuni għal osservazzjoni mhux normali li tista’ sseħħ jew jingħataw dettalji għal bidla fis-serje temporali rrapportati).

6.   Skambju ta’ informazzjoni

6.1   Lista tas-serje

Il-BĊE jaġġorna u jiddistribwixxi lill-BĊN, tabelli li fihom listi bil-kodiċi tas-serje tas-serje temporali ta’ l-IFO li għandhom jiġu trasmessi. Is-serje li għandha tiġi pprovduta lill-BĊE hija stabbilita fl-Appendiċi 1. Is-serje li ġejjin, li għandhom jiġu rrapportati, jistgħu jintgħarfu:

INDIKATURI PRINĊIPALI

Id-data ta’ l-istokk li għandha tiġi rrapportata taħt din il-partita tirreferi għal:

Fondi ta’ investiment totali u fondi ta’ investiment analizzati skond it-tip ta’ investiment:

Fondi totali:Il-karti ta’ bilanċ analizzati skond l-istrument, maturità u kontraparti ġejografika (total ta’ 29 serje).

Fondi ta’ investiment analizzati skond it-tip ta’ politika ta’ investiment: Għajr għal differenzi żgħar, l-analiżi meħtieġa hija l-istess bħal dik għall-fondi ta’ l-investiment totali. Id-data li għandha tiġi rrapportata taħt din il-partita tkopri:

karti ta’ bilanċ tal-fondi azzjonarji u bond funds (total ta’ 28 serje għal kull partita),

karti ta’ bilanċ ta’ fondi mħallta (total ta’ 29 serje),

karti ta’ bilanċ ta’ fondi ta’ l-immobbli (total ta’ 20 serje),

karti ta’ bilanċ ta’ fondi oħra (total ta’ 29 serje).

SDDs (total ta’ 12 serje).

Il-karti ta’ bilanċ tal-KF analizzati skond l-istrument, settur u kontraparti ġejografika u s-‘self’ tal-BSI analizzat skond l-għan (total ta’ 32 serje).

PARTITI TAL-MEMORANDUM

Id-data ta’ l-istokk li għandha tiġi rrapportata taħt din il-partita tirreferi għal:

Fondi ta’ investiment totali: Data tal-karta tal-bilanċ analizzata skond is-settur IFM/istituzzjonijiet mhux IFM (total ta’ 27 serje).

Fondi azzjonarji (27 serje), bond funds (27 serje), fondi mħallta (27 serje), fondi ta’ l-immobbli (15-il serje), fondi oħra (27 serje): Karta ta’ bilanċ għal fondi ta’ investiment skond it-tip ta’ investiment analizzat skond is-settur IFM/istituzzjonijiet mhux IFM.

Data tal-karta tal-bilanċ dwar fondi pubbliċi ġenerali (12-il serje) u fondi speċjali għall-investituri (12-il serje).

Attività/passivi totali għal kategoriji oħra ta’ l-IFO(serje 1).

DATA TA’ AĠĠUSTAMENT U TA’ TRANSAZZJONI

Barra mis-serje ta’ stokks, fejn ikunu disponibbli huma meħtieġa s-serje dwar ‘klassifikazzjoni mill-ġdid u aġġustamenti oħra’ u ‘transazzjonijiet’, inkluż data dwar il-bejgħ u xiri mill-ġdid ta’ ishma/unitajiet ta’ fondi ta’ investiment.

6.2   Ħtiġijiet ta’ data

L-Istati Membri kollha parteċipanti għandhom jittrasmettu l-indikaturi prinċipali meta d-data reali tkun disponibbli. Meta ebda data reali ma tkun disponibbli għal ċerti analiżi jew għall-frekwenza ta’ kull tliet xhur miftehma, għandhom jiġu pprovduti stimi, jekk dan ikun possibbli.

Data supplimentari’ għandha tiġi trasmessa biss minn dawk il-pajjiżi li għalihom tkun disponibbli data reali.

Fil-każ li jkun jeżisti l-fenomenu ekonomiku bażi iżda dan ma jkunx immonitorjat b’mod statistiku u għalhekk ma jkunux jistgħu jiġu pprovduti stimi nazzjonali, il-BĊN jistgħu jagħżlu jew li ma jirrapportawx is-serje temporali jew li jirrapportawha bħala nieqsa bi status ta’ osservazzjoni ‘L’. Kwalunkwe serje temporali li ma tiġix irrapportata għandha għalhekk tiġi interpretata bħala ‘data li teżisti iżda li mhijiex miġbura’ u jistgħu jsiru suppożizzjonijiet/stimi fuq il-livell tal-BĊE għall-għan li jiġu kkompilati l-aggregati taż-żona ta’ l-euro.

Għal data ta’ transazzjonijiet, fejn it-transazzjonijiet huma stmati billi tiġi meqjusa d-differenza fl-istokks (Qt-Qt-1), il-BĊN għandhom jew ma jirrapportawx is-serje temporali jew jirrapportawha bħala nieqsa bi status ta’ osservazzjoni ‘L’.

Jekk il-fenomenu bażi ma jkunx jeżisti, allura s-serje temporali għandhom jiġu rrapportati bħala nieqsa bi status ta’ osservazzjoni ‘M’.

Fil-każ ta’ data dwar ‘klassifikazzjoni mill-ġdid u aġġustamenti oħra’, għandha tiġi rrapportata biss data meta sseħħ klassifikazzjoni mill-ġdid jew iseħħ aġġustament ieħor kif deskritt fis-Sezzjoni 4.2.

7.   Il-politika tar-reviżjoni

Il-BĊN jista’ jkollhom bżonn jirrevedu d-data trasmessa matul it-tliet xhur ta’ qabel (reviżjonijiet ordinarji). Barra minn hekk, jistgħu jseħħu wkoll reviżjonijiet għal data dwar perjodi ta’ tliet xhur preċedenti (reviżjonijiet storiċi).

Japplikaw il-prinċipji ġenerali li ġejjin:

Fl-okkażjoni tat-trasmissjonijiet regolari ta’ data ta’ kull tliet xhur, barra mid-data dwar l-aħħar perjodu ta’ tliet xhur, jistgħu jintbagħtu biss reviżjonijiet ‘ordinarji’ (iġifieri, reviżjonijiet għad-data trasmessa matul it-tliet xhur preċedenti).

Ir-reviżjonijiet ‘storiċi’ għandhom ikunu limitati u rrapportati f’data differenti mir-rapportar regolari. Fi prinċipju, ir-reviżjonijiet storiċi żgħar ta’ rutina għad-data għandhom jiġu pprovduti biss fuq bażi annwali (flimkien mat-trasmissjoni ta’ data għar-raba’ perjodu ta’ tliet xhur). Iżda, b’mod eċċezzjonali, matul is-sena, jistgħu jiġu aċċettati reviżjonijiet storiċi li jtejjbu b’mod sinifikanti l-kwalità tad-data (barra miċ-ċikli regolari ta’ produzzjoni).

Fil-każ ta’ reviżjonijiet sinifikanti, għandhom jiġu pprovduti noti ta’ spjega lill-BĊE.

Appendix 1

SERJE DWAR IL-FONDI TA' INVESTMENT LI GĦANDHOM JIĠU TRASMESSI LILL-BĊE — DATA DWAR L-ISTOKK

(Indikaturi prinċipali/Kategoriji tal-memorandum)

ATTIVI

Isem tal-partita u maturità/analiżi ġejografika/analiżi settorjali

Fondi ta’ investment/total

Fondi ta’ l-equity

Fondi Bond

Fondi mħallta

Fondi ta’ l-immobbli

Fondi oħra

Fondi pubbliċi ġenerali

Fondi ta’ investiment speċjali

Depożiti/dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Memo

Memo

Self maturità totali/dinja/total

Memo

 

 

 

 

 

 

 

Self fuq perjodu ta' żmien qasir/dinja/total

Memo

 

 

 

 

 

 

 

Self fuq perjodu ta' żmien twil/dinja/total

Memo

 

 

 

 

 

 

 

Titoli għajr ishma maturità totali/dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Memo

Memo

Titoli għajr ishma maturità totali/domestiċi/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

Kodiċi

 

 

Titoli għajr ishma maturità totali/domestiċi/IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

 

Memo

 

 

Titoli għajr ishma maturità totali/domestiċi/mhux IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

 

Memo

 

 

Titoli għajr ishma maturità totali/Stati Membri parteċipanti oħra/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

Kodiċi

 

 

Titoli għajr ishma maturità totali/Stati Membri parteċipanti oħra/IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

 

Memo

 

 

Titoli għajr ishma maturità totali/Stati Membri parteċipanti oħra/mhux IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

 

Memo

 

 

Titoli għajr ishma maturità totali/bqija tad-dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

Kodiċi

 

 

Titoli għajr ishma sa sena/dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

 

Titoli għajr ishma sa sena/domestiċi/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

Kodiċi

 

 

Titoli għajr ishma sa sena/domestiċi/IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

 

Memo

 

 

Titoli għajr ishma sa sena/domestiċi/mhux IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

 

Memo

 

 

Titoli għajr ishma sa sena/Stati Membri parteċipanti oħra/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

Kodiċi

 

 

Titoli għajr ishma sa sena/Stati Membri parteċipanti oħra/IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

 

Memo

 

 

Titoli għajr ishma sa sena/Stati Membri parteċipanti oħra/mhux IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

 

Memo

 

 

Titoli għajr ishma sa sena/bqija tad-dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

Kodiċi

 

 

Titoli għajr ishma aktar minn sena/dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

 

Titoli għajr ishma aktar minn sena/domestiċi/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

Kodiċi

 

 

Titoli għajr ishma aktar minn sena/domestiċi/IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

 

Memo

 

 

Titoli għajr ishma aktar minn sena/domestiċi/mhux IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

 

Memo

 

 

Titoli għajr ishma aktar minn sena/Stati Membri parteċipanti oħra/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

Kodiċi

 

 

Titoli għajr ishma aktar minn sena/Stati Membri parteċipanti oħra/IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

 

Memo

 

 

Titoli għajr ishma aktar minn sena/Stati Membri parteċipanti oħra/mhux IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

 

Memo

 

 

Titoli għajr ishma aktar minn sena/bqija tad-dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

Kodiċi

 

 

Ishma u equity oħra/dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Memo

Memo

Ishma u equity oħra/domestiċi/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

 

Ishma u equity oħra/domestiċi/IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma u equity oħra/domestiċi/mhux IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma u equity oħra/Stati Membri parteċipanti oħra/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

 

Ishma u equity oħra/Stati Membri parteċipanti oħra/IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma u equity oħra/Stati Membri parteċipanti oħra/mhux IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma u equity oħra/bqija tad-dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

 

Ishma kkwotati/dinja/total

Memo

 

 

 

 

 

 

 

Ishma ta' fondi ta' investiment/dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Memo

Memo

Ishma ta' fondi ta' investiment/domestiċi/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

 

Ishma ta' fondi ta' investiment/domestiċi/IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma ta' fondi ta' investiment/domestiċi/mhux IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma ta' fondi ta' investiment/Stati Membri parteċipanti oħra/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

 

Ishma ta' fondi ta' investiment/Stati Membri parteċipanti oħra/IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma ta' fondi ta' investiment/Stati Membri parteċipanti oħra/mhux IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma ta' fondi ta' investiment/bqija tad-dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

 

 

Ishma ta' fondi tas-suq monetarju/dinja/IFM

Memo

 

 

 

 

 

 

 

Assi fissi/dinja/total

Kodiċi

 

 

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Memo

Memo

Derivattivi finanzjarji/dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Memo

Memo

Attivi oħra (inkluż ‘self’ u 'derivattivi finanzjarji')/dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Memo

Memo

ATTIVI/PASSIVI TOTALI/dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Memo

Memo


PASSIVI

Isem tal-partita u maturità/analiżi ġejografika/analiżi settorjali

Fondi ta’ investment/total

Fondi ta’ l-equity

Fondi Bond

Fondi mħallta

Fondi ta’ l-immobbli

Fondi oħra

Fondi pubbliċi ġenerali

Fondi ta’ investiment speċjali

Depożiti u self meħudin/dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Memo

Memo

Ishma ta' fondi ta' investiment/dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Memo

Memo

Ishma ta' fondi ta' investiment/domestiċi/total

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma ta' fondi ta' investiment/domestiċi/IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma ta' fondi ta' investiment/domestiċi/mhux IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma ta' fondi ta' investiment/Stati Membri parteċipanti oħra/total

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma ta' fondi ta' investiment/Stati Membri parteċipanti oħra/IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma ta' fondi ta' investiment/Stati Membri parteċipanti oħra/mhux IFM

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma ta' fondi ta' investiment/bqija tad-dinja/total

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Derivattivi finanzjarji/dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Memo

Memo

Passivi oħra (inklużi ‘titoli ta’ dejn’ u ‘kapital u riservi’)/dinja/total

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Kodiċi

Memo

Memo

SERJE DWAR IL-FONDI TA' INVESTMENT LI GĦANDHOM JIĠU TRASMESSI LILL-BĊE — DATA DWAR IT-TRANSAZZJONIJIET

(Partiti tal-memorandum)

ASSI

Isem tal-partita u maturità/analiżi ġeografika/analiżi settorjali

Fondi ta’ investment/total

Fondi ta’ l-ekwità

Fondi Bond

Fondi mħallta

Fondi ta’ l-immobbli

Fondi oħra

Fondi pubbliċi ġenerali

Fondi ta’ investiment speċjali

Depożiti/dinja/total

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Self maturità totali/dinja/total

Memo

 

 

 

 

 

 

 

Self fuq perjodu ta' żmien qasir/dinja/total

Memo

 

 

 

 

 

 

 

Self fuq perjodu ta' żmien twil/dinja/total

Memo

 

 

 

 

 

 

 

Titoli għajr ishma maturità totali/dinja/total

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Titoli għajr ishma sa sena/dinja/total

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Titoli għajr ishma aktar minn sena/dinja/total

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Titoli u ekwiti oħra/dinja/total

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma kkwotati/dinja/total

Memo

 

 

 

 

 

 

 

Ishma ta' fondi ta' investment/dinja/total

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma tal-fond tas-suq monetarju/dinja/IFM

Memo

 

 

 

 

 

 

 

Assi fissi/dinja/total

Memo

 

 

Memo

Memo

Memo

 

 

Attivi oħra (inkluż ‘self’ u ‘derivattivi finanzjarji’)/dinja/total

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

ATTIVI/PASSIVI TOTALI/dinja/total

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 


PASSIVI

Isem tal-partita u maturità/analiżi ġeografika/analiżi settorjali

Fondi ta’ investment/total

Fondi ta’ l-ekwità

Fondi Bond

Fondi mħallta

Fondi ta’ l-immobbli

Fondi oħra

Fondi pubbliċi ġenerali

Fondi ta’ investiment speċjali

Depożiti u self meħudin/dinja/total

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma ta' fondi ta' investiment/dinja/total

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Passivi oħra (inkluż ‘titoli ta' dejn’, ‘kapital u riservi’ u ‘derivattivi finanzjarji’)/dinja/total

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

SERJE DWAR IL-FONDI TA' INVESTMENT LI GĦANDHOM JIĠU TRASMESSI LILL-BĊE — BEJGĦ U XIRI MILL-ĠDID

(Partiti tal-memorandum)

PASSIVI

Isem tal-partita u maturità/analiżi ġejografika/analiżi settorjali

Fondi ta’ investment/total

Fondi ta’ l-equity

Fondi Bond

Fondi mħallta

Fondi ta’ l-immobbli

Fondi oħra

Fondi pubbliċi ġenerali

Fondi ta’ investiment speċjali

Ishma tal-fondi ta' investiment/dinja/total — Bejgħ ta' ishma ġodda

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 

Ishma tal-fondi ta' investiment/dinja/total — Xiri mill-ġdid ta' ishma

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

Memo

 

 


(1)  Ara l-Appendiċi 2.

(2)  Tinsab fl-Anness A għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontabilità nazzjonali u reġjonali fil-Komunità, ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(4)  Fil-każ li, fuq il-livell nazzjonali, fondi investiti f’titoli li jistgħu jiġu ttrasferiti u fl-immobbli jiġu kklassifikati bħala ‘fondi mħallta’, dawn il-fondi għandhom jiġu allokati għall-kategorija ‘fondi mħallta’.

(5)  Għal għanijiet statistiċi, kiri huwa ddefinit bħala kiri finanzjarju meta l-perjodu tal-kiri jkopri ħafna mill-ħajja ekonomika jew il-ħajja ekonomika kollha ta’ l-oġġett li jibqa’ għal żmien twil. Fl-aħħar tal-perjodu tal-kiri, il-kerrej spiss għandu l-għażla li jixtri l-oġġett bi prezz nominali (SEK 95, Anness II).

(6)  Għajr ishma/unitajiet f’fondi ta’ investiment.

A

:

Fondi ta’ investiment

B

:

SDDs

Ċ

:

KF

D

:

IFO oħra

(7)  ta’ min wieħed jinnota li, fil-karta ta’ bilanċ ta’ l-IFM, ma ssir ebda distinzjoni bejn depożiti u self fuq in-naħa ta’ l-attivi u tal-passivi. Minflok, il-fondi kollha li ma jistgħux jiġu nnegozjati mpoġġija ma’/mislufin lil IFM (= passivi) huma meqjusin bħala ‘depożiti’ u l-fondi kollha mpoġġija/mislufin mill-IFM (= attivi) huma meqjusin bħala ‘self’. Madankollu, s-SEK 95 tispjega d-differenza bbażata fuq il-kriterju ta’ min qiegħed jieħu l-inizjattiva għat-transazzjoni. F’każijiet fejn l-inizjattiva tittieħed mill-persuna li tkun qegħda tissellef, it-transazzjoni finanzjarja għandha tiġi kklassifikata bħala self. F’każijiet fejn l-inizjattiva tittieħed mill-persuna li tkun qegħda tislef, it-transazzjoni għandha tiġi kklassifikata bħala depożitu.

(8)  Bank Ċentrali Ewropew, Novembru 2002.

(9)  ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.

(10)  Meħtieġa biss għall-partita ‘self’.

(11)  Is-SEK 95 jipprovdi l-istandard għall-klassifikazzjoni settorjali.

(12)  Gvern ġenerali: Unitajiet residenti li huma prinċipalment involuti fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux tas-suq, maħsubin sabiex jiġu kkunsmati individwalment u b’mod kollettiv u/jew fid-distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul u ġid nazzonali (SEK 95, paragrafi 2.68-2.70). Il-gvern ġenerali jinkludi l-gvern ċentrali, l-gvern Statali, il-gvern lokali u l-fondi tas-sigurtà soċjali (SEK 95, il-paragrafi 2.71-2.74). Għal aktar gwida dwar il-klassifikazzjoni settorjali, jekk jogħġbok irreferi għall-Money and Banking Statistics Sector Manual: Guidance for the statistical classification of customers, Bank Ċentrali Ewropew, it-tieni edizzjoni, Novembru 1999.

(13)  Setturi residenti oħra jinkludu:

IFO kif definit f’dan il-qafas,

awżiljarji finanzjarji,

korporazzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni. Korporazzjonijiet finanzjarji mhux monetarji u kważi-korporazzjonijiet b’mod prinċipali involuti fl-intermedjazzjoni finanzjarja bħala l-konsegwenza tal-ġbir tar-riskji (SEK 95, paragrafi 2.60-2.67),

korporazzjonijiet mhux finanzjarji. Korporazjonijiet u kważi korporazzjonijiet mhux involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja iżda involuti b’mod ewlieni fil-produzzjoni ta’ oġġetti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji (SEK 95, paragrafi 2.21-2.31),

djar. Individwi jew gruppi ta’ individwi bħala konsumaturi, u produtturi ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji, esklussivament għall-konsum finali tagħhom stess, u bħala produtturi ta’ oġġetti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji u servizzi finanzjarji sakemm l-attivitajiet tagħhom mhumiex dawk ta’ kważi-korporazzjonijiet. Inklużi huma istituzzjonijiet mhux finanzjarji li jservu d-djar u li huma b’mod ewlieni nvoluti fil-produzzjoni ta’ oġġetti mhux tas-suq u servizzi maħsubin għal gruppi partikolari ta’ djar (SEK 95, paragrafi 2.75-2.88).

(14)  Barra ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment.

(15)  Mhux irrapportati għal equity u bond funds.

(16)  Is-self għandu jiġi rrapportat separatament għas-sub-settur ‘fondi ta’ investiment totali’.

(17)  ‘Jum ta negozju tal-BĊN’ jfisser kull ġurnata li fiha, l-BĊN partikolari ta’ Stat Membru parteċipant jkun miftuħ sabiex iwettaq operazzjonijiet tal-politika monetarja tas-SEBĊ.

(18)  Ara wkoll is-Sezzjoni 6.2, ‘Ħtiġijiet ta’ data’.

(19)  Eżempju, fil-każ tal-Greċja, jiġu wżati l-kodiċi taż-żona kontraparti ‘U2’ u ‘U8’ għal data li tirreferi għall-perjodi ta’ qabel u li jinkludu 2000Q4, u l-kodiċi ‘U5’ u ‘U4’ huma wżati mill-2001Q1 ’l quddiem.

(20)  Eżempju, fil-każ tal-Greċja, il-kodiċi ‘N’ huwa wżat għal data li tirreferi għall-perjodi ta’ qabel u li jinkludu l-2000Q4, u l-kodiċi ‘E’ mill-2001Q1 ’l quddiem.

(21)  L-attributi huma kunċetti statistiċi li jfornu informazzjoni addizzjonali kkodifikata (eż. l-unità) u mhux kodifikata (eż. il-metodu ta’ kompilazzjoni) fir-rigward tad-data skambjata. ‘Obbligatorju’ tapplika għall-attributi li għalihom, l-isħab kollha jkunu jafu l-valuri. ‘Kondizzjonali’ tapplika għall-attributi li huma ddefiniti biss jekk ikunu magħrufin fl-istituzzjoni li tirrapporta (eż. ids tas-serje domestika) jew kull meta jkunu relevanti (eż. kompilazzjoni, interruzzjonijiet). Il-valuri ta’ l-attributi għandhom jiġu skambjati biss meta jiġu stabbiliti għall-ewwel darba jew meta jiġu mibdulin. L-istatus ta’ osservazzjoni biss huwa preżenti f’kull skambju, mehmuż ma’ kull osservazzjoni.

(**)  Il-bidliet għandhom jiġu kkommunikati lill-qasam tan-negozju tal-BĊE responsabbli, permezz ta’ fax/e-mail.

(22)  BĊE tirreferi għad-Direttorat Ġenerali Statistiċi tal-BĊE.

(23)  Eżempju, fil-każ tal-Greċja, il-valur ta’ dan l-attribut huwa ffissat għal ‘GRD’ għall-perjodu sa u li jinkludi 2000Q4 u bħala ‘EUR’ mill-2001Q1 ’l quddiem.

(24)  Għall-għanijiet tal-familja tal-kodiċi IFO, dan l-attribut mhuwiex mitlub minħabba li din l-informazzjoni hija diġà disponibbli mis-serje tal-klassifikazzjoni mill-ġdid. Ġie miżjud mal-lista minħabba li huwa parti minn lista komuni ta’ valuri possibbli għall-attribut ta’ l-istatus ta’ osservazzjoni għall-familji tal-kodiċi kollha. Madankollu, jekk l-istatus ta’ osservazzjoni ‘B’ jkun provdut, għandu jkun akkompanjat b’valur ta’ osservazzjoni ta’ qabel l-interruzzjoni (OPS_PRE_BREAK).

(25)  Meta, minħabba l-prattiċi tas-suq lokali jew tal-qafas legali, serje temporali ma tkunx applikabbli (jew parti minnha), (il-fenomenu bażi ma jkunx jeżisti), jiġi rrapportat valur nieqes (‘-’) bi status ta’ osservazzjoni ‘M’.

(26)  Meta, minħabba l-kundizzjonijiet statistiċi lokali, ma tiġix miġbura data għal serje temporali jew f’dati speċifiċi jew għat-tul totali tas-serje temporali (il-fenomenu ekonomiku bażi jeżisti iżda mhuwiex immonitorjat b’mod statistiku), jiġi rrapportat valur nieqes (‘-’) bi status ta’ osservazzjoni ‘L’ f’kull perjodu.

(27)  Dawn l-osservazzjonijiet jieħdu valuri definiti (status ta’ osservazzjoni ‘A’) f’fażi aktar tard. Il-valuri riveduti ġodda jissostitwixxu l-osservazzjonijiet proviżorji ta’ qabel.


Fuq