EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32006D0003
2006/248/EC: Decision of the European Central Bank of 13 March 2006 amending Decision ECB/2002/11 on the annual accounts of the European Central Bank (ECB/2006/3)
Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 13 ta’ Marzu, 2006 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2002/11 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2006/3)
Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 13 ta’ Marzu, 2006 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2002/11 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2006/3)
ĠU L 89, 28.3.2006, p. 56–57
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 497–498
(MT)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2006; Imħassar b' 32006D0017(01)
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
497 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-13 ta’ Marzu, 2006
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2002/11 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2006/3)
(2006/248/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 26.2,
Billi:
Għal raġunijiet ta' livell ogħla ta' trasparenza, jinħtieġ li l-iskema tal-pensjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tiġi ppreżentata b'mod ċar fil-kontijiet tal-BĊE. L-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2002/11 tal-5 ta’ Diċembru, 2002, dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) għandu jiġi emendat biex jirrifletti d-dħul ta' din il-partita fuq in-naħa tal-passivi tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE taħt partita 12 “Passivi oħra”,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Emendi
L-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2002/11 huwa emendat skond l-Anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih hija adottata.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-13 ta’ Marzu, 2006.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 58, 3.3.2003, pġ. 38. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni BĊE/2005/12 (ĠU L 311, 26.11.2005, pġ. 43).
ANNESS
Emendi ta, l-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2002/11: Kompożizzjoni u regoli ta, valutazzjoni għall-karta tal-bilanċ
L-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2002/11 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-partita tal-karta tal-bilanċ “Attiv, Partita 11.3 Attiv finanzjarju ieħor,” taħt “Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ”, is-sentenza li ġejja hija rrevokata: “Portafolli ta, investiment relatati ma, fondi tal-pensjoni u skemi ta, tmiem ta, impjieg”. |
(2) |
Fl-ewwel linja tal-partita tal-karta tal-bilanċ “Passivi, Partita 12.3 Diversi”, taħt “Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ”, is-sentenza li ġejja hija mdaħħla: “Passiv nett ta, pensjoni”. |
(3) |
Fil-partita tal-karta tal-bilanċ “Passivi, Partita 13 Provisions”, taħt “Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ”, is-sentenza li ġejja hija rrevokata: “Għal pensjonijiet”. |