Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32012D0003(01)
2012/153/EU: Decision of the European Central Bank of 5 March 2012 on the eligibility of marketable debt instruments issued or fully guaranteed by the Hellenic Republic in the context of the Hellenic Republic’s debt exchange offer (ECB/2012/3)
2012/153/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta’ Marzu 2012 dwar l-eliġibbiltà ta’strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (BĊE/2012/3)
2012/153/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta’ Marzu 2012 dwar l-eliġibbiltà ta’strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (BĊE/2012/3)
ĠU L 77, 16.3.2012, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 24/07/2012; Imħassar b' 32012D0014(01)
16.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/19 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-5 ta’ Marzu 2012
dwar l-eliġibbiltà ta’strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika
(BĊE/2012/3)
(2012/153/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Centrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikoli 3.1 u 12.1, l-Artikolu 18 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1,
Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1), u b’mod partikolari it-Taqsimiet 1.6, 6.3.1 u 6.3.2 ta’ Anness I tagħha,
Billi:
(1) |
Minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali prevalenti fis-swieq finanzjarji u d-diżordni fil-valutazzjoni normali mis-suq tat-titoli maħruġin jew iggarantiti mir-Repubblika Ellenika, il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni BĊE/2010/3 tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn għas-suq maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Grieg (2) Din id-Deċiżjoni ssospendiet b’mod temporanju r-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal-limiti tal-kwalità tal-kreditu, kif speċifikati fir-regoli tal-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema għal ċerti assi negozjabbli f’Taqsima 6.3.2 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Id-Deċiżjoni BĊE/2012/2 (3) ħassret id-Deċiżjoni BĊE/2010/3 minħabba l-impatt negattiv fuq il-valutazzjonijiet tal-kreditu assenjati lil strumenti ta’ dejn bħal dawn mat-tnedija tal-offerta għall-iskambju tad-dejn fil-kuntest tal-involviment tas-settur privat għal detenturi ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Grieg. |
(2) |
Fil-21 ta’ Lulju 2011, il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern taż-żona tal-euro u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ħabbru miżuri biex jistabilizzaw il-finanzi pubbliċi Griegi, li kienu jinkludu l-impenn tagħhom li jtejbu l-kollateral biex tissaħħaħ il-kwalità ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mir-Repubblika Ellenika. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda illi dan it-tisħiħ tal-kollateral għandu jsir mir-Repubblika Ellenika għall-benefiċċju tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), |
(3) |
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda illi l-limitu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema għandu jiġi sospiż fir-rigward ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika li huma koperti mit-tisħiħ tal-kollateral, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika
1. L-użu, bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika li ma jissodisfawx ir-rekwiziti minimi tal-Eurosistema għal-limiti tal-kwalità tal-kreditu, kif speċifikat fir-regoli tal-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema għal ċerti assi negozjabbli f’Taqsima 6.3.2 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 filwaqt illi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà l-oħrajn speċifikati f’Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, għandhom ikunu kundizzjonali fuq il-provvista mir-Repubblika Ellenika lil BĊNi ta’ tisħiħ tal-kollateral f’forma ta’ skema ta’ riakkwist.
2. L-istrumenti ta’ dejn negozzjabbli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu eliġibbli għad-dewmien tat-tisħiħ tal-kollateral.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Marzu 2012.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Marzu 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.
(2) ĠU L 117, 11.5.2010, p. 102.