EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32006D0026

2007/47/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 18 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (BĊE/2006/26)

ĠU L 24, 31.1.2007, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 01/01/2009; Imħassar b' 32008D0028(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/47(1)/oj

31.1.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

15


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta' Diċembru 2006

li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti

(BĊE/2006/26)

(2007/47/KE)

IL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 48,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2004/10 tat-23 ta' April 2004, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (1), iddeterminat il-persentaġġ tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta' l-Istati Membri li ma jkunux adottaw il-euro fl-1 ta' Mejju 2004, kellhom obbligazzjoni li jħallsu fl-1 ta' Mejju 2004, bħala kontribuzzjoni ta' l-ispejjeż operattivi tal-BĊE.

(2)

Minħabba s-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea u minħabba li l-BĊNi rispettivi tagħhom se jissieħbu fis-SEBĊ fl-1 ta' Jannar 2007, id-Deċiżjoni BĊE/2006/21 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-ishma ta' persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tistabbilixxi b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, l-ippeżar il-ġdid assenjat lil kull BĊN li se jkun membru tas-SEBĊ fl-1 ta' Jannar 2007, fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital imkabbar tal-BĊE (minn issa “l quddiem l-ippeżar ta' l-iskema kapitali” u l-“iskema kapitali” rispettivament).

(3)

Il-kapital sottoskritt tal-BĊE se jkun EUR 5 760 652 402,58 b'effet mill-1 ta' Jannar 2007.

(4)

L-iskema kapitali teħtieġ l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2004/10 b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, u li tiddetermina l-persentaġġ tal-kapital sottoskritt tal-BĊE li l-BĊNi ta' l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro sa l-1 ta' Jannar 2007, (minn issa 'l quddiem “il-BĊNi mhux parteċipanti”) għandhom obbligazzjoni biex iħallsu b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.

(5)

Minħabba l-Artikoli 3.5 u 6.6 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Gvernaturi tal-Bulgarian National Bank u tal-Banca Naţională a României kellhom l-opportunità biex jissottomettu osservazzjonijiet dwar din id-Deċiżjoni qabel l-adozzjoni tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Daqs u forma ta' kapital imħallas

Kull BĊN mhux parteċipanti għandu jħallas 7 % tas-sottoskrizzjoni tiegħu għall-kapital tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2007. Wara li jitqies l-ippeżar ta' l-iskema kapitali deskritta fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/21, kull BĊN mhux parteċipanti għandu jħallas b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, l-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

BĊN mhux parteċipanti

(EUR)

Bulgarian National Bank

3 561 868,99

Česká národní banka

5 597 049,87

Danmarks Nationalbank

6 104 332,92

Eesti Pank

686 727,37

Central Bank of Cyprus

503 653,84

Latvijas Banka

1 134 330,06

Lietuvos bankas

1 684 760,40

Magyar Nemzeti Bank

5 299 051,33

Bank Ċentrali ta' Malta

250 818,81

Narodowy Bank Polski

19 657 419,83

Banca Naţională a României

10 156 951,89

Národná banka Slovenska

2 727 956,95

Sveriges Riksbank

9 400 866,26

Bank of England

56 187 041,67

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Minħabba li kull BĊN mhux parteċipanti, bl-eċċezzjoni tal-Bulgarian National Bank u l-Banca Naţională a României, diġa ħallas 7 % tas-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2006, skond id-Deċiżjoni BĊE/2004/10, kull wieħed minnhom, bl-eċċezzjoni tal-Bulgarian National Bank u l-Banca Naţională a României, għandhom jew jittrasferixxu ammont addizjonali lill-BĊE, jew jirċievu ammont lura mill-BĊE, kif jixraq, sabiex jaslu għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1.

2.   Il-Bulgarian National Bank u l-Banca Naţională a României għandhom jittrasferixxu lill-BĊE l-ammont muri ħdejn isimhom fit-tabella fl-Artikolu 1.

3.   It-trasferimenti kollha skond dan l-Artikolu għandhom isiru skond id-Deċiżjoni BĊE/2006/23 tal-15 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (3).

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2004/10 qed tiġi hawnhekk abrogata b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2004/10 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi magħmulin għal din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Diċembru 2006.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 205, 9.6.2004, p. 19.

(2)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Ara paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Fuq