EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32006D0023(01)
2007/44/EC: Decision of the European Central Bank of 15 December 2006 laying down the terms and conditions for transfers of the European Central Bank's capital shares between the national central banks and for the adjustment of the paid-up capital ( ECB/2006/23 )
2007/44/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (BĊE/2006/23)
2007/44/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (BĊE/2006/23)
ĠU L 24, 31.1.2007, p. 5–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 01/01/2009; Imħassar b' 32008D0025(01)
31.1.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
5 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-15 ta' Diċembru 2006
li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas
(BĊE/2006/23)
(2007/44/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 28.5,
Billi:
(1) |
L-aġġustament ta' l-ippeżar assenjat lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema kapitali għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (iktar “il quddiem ‘l-ippeżar ta' l-iskema kapitali” u l- “iskema kapitali rispettivament”) kif ipprovdut fid-Deċiżjoni BĊE/2006/21 tal-15 ta' Diċembru 2006 fuq l-ishma ta' persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) jeħtieġ li l-Kunsill Governattiv jiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' ishma kapitali bejn il-BĊNi li huma membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fil-31 ta' Diċembru 2006 biex ikun żgurat li t-tqassim ta' dawn l-ishma jikkorrespondi ma' l-aġġustamenti magħmulin. Għalhekk, l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida ta' l-BĊE hija meħtieġa biex tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2004/7 tat-22 ta' April 2004 li tistabbilixxi t-termini l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital (2) imħallas b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2007. |
(2) |
Il-Bulgarian National Bank u l-Banca Naţională a României mhux se jissieħbu fis-SEBĊ sa l-1 ta' Jannar 2007, li jfisser li t-trasferimenti ta' l-ishma kapitali skond l-Artikolu 28.5 ta' l-Istatut ma japplikax għalihom f'din l-okkażjoni. |
(3) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2006/22 tal-15 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (3) tiddetermina kif u safejn il-BĊNi ta' l-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa 'l quddiem il- “BĊNi parteċipanti”) huma obbligati jħallsu l-kapital tal-BĊE minħabba l-iskema kapitali mkabbra. Id-Deċiżjoni BĊE/2006/26 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (4) tiddetermina l-persentaġġ li l-BĊNi ta' l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro fl-1 ta' Jannar 2007 (minn issa 'l quddiem il-“BĊNi mhux parteċipanti”) huma obbligati jħallsu b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, minħabba l-iskema kapitali mkabbra. |
(4) |
Il-BĊNi parteċipanti, bl-eċċezzjoni tal-Banka Slovenije, diġa` ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif meħtieġ skond id-Deċiżjoni BĊE/2004/6 tat-22 ta' April 2004, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (5). Minħabba f'hekk, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2006/22 jgħid li BĊN parteċipanti għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, kif jixraq, sabiex jaslu għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/22. |
(5) |
Barra minn dan, l-Artikolu 2(1) u 2(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2006/30 tat-30 ta' Diċembru 2006 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta' l-assi ta' riżerva barranin u l-kontribuzzjoni tal-Banka Slovenije lir-riżervi u d-dispożizzjonijiet (6) tal-Bank Ċentrali Ewropew jistabbilixxi li l-Banka Slovenije, li se jkun BĊN parteċipanti mill-1 ta' Jannar 2007, huwa obbligat biex iħallas il-kumplament tas-sehem tas-sottoskrizzjoni tiegħu fil-kapital tal-BĊE sabiex jasal għall-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/22, wara li titqies l-iskema kapitali mkabbra. |
(6) |
Bl-istess mod, il-BĊNi mhux parteċipanti, bl-eċċezzjoni tal-Bulgarian National Bank u l-Banca Naţională a României, diġa` ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif meħtieġ skond id-Deċiżjoni BĊE/2004/10 tat-23 ta' April 2004, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (7). Minħabba dan, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2006/26 jgħid li kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, kif jixraq, biex jaslu għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/26. L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2006/26 jgħid li l-Bulgarian National Bank u l-Banca Naţională a României għandhom jittrasferixxu lill-BĊE l-ammont muri ħdejn isimhom fit-tabella fl-Artikolu 1 ta' l-istess Deċiżjoni, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Trasferiment ta' ishma kapitali
Minħabba s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN, bl-eċċezzjoni tal-Bulgarian National Bank u l-Banca Naţională a României, ikun issottoskritta fil-31 ta' Diċembru 2006, u s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull wieħed minn dawn il-BĊNi se jissottoskrivi b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, bħala konsegwenza ta' l-aġġustament ta' l-ippeżar ta' l-iskema kapitali stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/21, dawn il-BĊNi għandhom jittrasferixxu ishma kapitali bejniethom permezz ta' trasferimenti lil u mill-BĊE biex jiżguraw li d-distribuzzjoni ta' l-ishma kapitali b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, tikkorrispondi ma' l-ippeżar aġġustat. Għal dan il-għan, kull wieħed minn dawn il-BĊNi għandu, bis-saħħa ta' dan l-Artikolu u mingħajr il-ħtieġa ta' aktar formalità jew xi att, jew jittrasferixxi jew jirċievi b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE muri ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness I ma' din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal sehem kapitali li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil-BĊN u “-” għal sehem kapitali li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.
Artikolu 2
Aġġustament tal-kapital imħallas
1. Minħabba l-ammont ta' kapital tal-BĊE li kull BĊN ħallas, jekk hemm, u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN għandu jħallas b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/22 għall-BĊNi parteċipanti u l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/26 għall-BĊNi mhux parteċipanti rispettivament, fl-ewwel ġurnata operattiva tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (“TARGET”) wara l-1 ta' Jannar 2007, kull BĊN għandu jew jittrasferrixxi jew jirċievi l-ammont nett muri ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness II ma' din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “-” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil dak il-BĊN.
2. Fl-ewwel ġurnata operattiva tat-TARGET wara l-1 ta' Jannar 2007, il-BĊE u l-BĊNi li huma obbligati biex jittrasferixxu ammont taħt paragrafu 1 għandom kull wieħed minnhom separatament jittrasferixxu kull interess fuq l-ammonti dovuti rispettivi li jakkumulaw fuq il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007, sad-data tat-trasferiment. Min jittrasferixxi u min jirċievi ta' dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal min jittrasferixxi u min jirċievi ta' l-ammonti li fuqhom l-imgħax jakkumula.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom iseħħu permezz tat-TARGET.
2. Meta xi BĊN m'għandux aċċess għat-TARGET, l-ammonti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu ttrasferiti billi jiġu kkreditati kont li l-BĊE jew il-BĊN għandhom jinnominaw fi żmien xieraq.
3. Kull imgħax li jakkumula skond l-Artikolu 2(2) għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkulazzjoni attwali bil-metodu matul-360-jum, b'rata ugwali għar-rata ta' l-imgħax marġinali użata mis-SEBĊ fl-operazzjoni ta' finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.
4. Il-BĊE u l-BĊNi li għandhom l-obbligu li jagħmlu trasferiment skond l-Artikolu 2 għandhom, sadanittant, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex iwettqu dan it-trasferiment fil-ħin kif meħtieġ.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet finali
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.
2. Din id-Deċiżjoni BĊE/2004/7 qed tiġi hawnhekk abrogata b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2004/7 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi magħmulin għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 15 ta' Diċembru 2006.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) Ara paġna 15 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(6) Ara paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(7) ĠU L 205, 9.6.2004, p. 19.
ANNESS I
KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNi
|
Sehem imħallas fil-31 ta’ Diċembru 2006 (EUR) |
Sehem imħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007 (EUR) |
Sehem biex jiġi ttrasferit (EUR) |
BĊN parteċipanti |
|
|
|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
141 910 195,14 |
142 334 199,56 |
+ 424 004,42 |
Deutsche Bundesbank |
1 176 170 750,76 |
1 182 149 240,19 |
+5 978 489,43 |
Bank of Greece |
105 584 034,30 |
104 659 532,85 |
- 924 501,45 |
Banco de España |
432 697 551,32 |
434 917 735,09 |
+2 220 183,77 |
Banque de France |
827 533 093,09 |
828 813 864,42 |
+1 280 771,33 |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
51 300 685,79 |
51 183 396,60 |
- 117 289,19 |
Banca d'Italia |
726 278 371,47 |
721 792 464,09 |
-4 485 907,38 |
Banque centrale du Luxembourg |
8 725 401,38 |
9 073 027,53 |
+ 347 626,15 |
De Nederlandsche Bank |
222 336 359,77 |
224 302 522,60 |
+1 966 162,83 |
Oesterreichische Nationalbank |
115 745 120,34 |
116 128 991,78 |
+ 383 871,44 |
Banco de Portugal |
98 233 106,22 |
98 720 300,22 |
+ 487 194,00 |
Banka Slovenije |
18 613 818,63 |
18 399 523,77 |
- 214 294,86 |
Suomen Pankki |
71 711 892,59 |
71 708 601,11 |
-3 291,48 |
BĊN mhux parteċipanti |
|
|
|
Bulgarian National Bank |
0 |
50 883 842,67 |
Ma japplikax |
Česká národní banka |
81 155 136,30 |
79 957 855,35 |
-1 197 280,95 |
Danmarks Nationalbank |
87 159 414,42 |
87 204 756,07 |
+45 341,65 |
Eesti Pank |
9 927 369,94 |
9 810 391,04 |
- 116 978,90 |
Central Bank of Cyprus |
7 234 070,02 |
7 195 054,85 |
-39 015,17 |
Latvijas Banka |
16 571 585,02 |
16 204 715,21 |
- 366 869,81 |
Lietuvos bankas |
24 623 661,42 |
24 068 005,74 |
- 555 655,68 |
Magyar Nemzeti Bank |
77 259 867,83 |
75 700 733,22 |
-1 559 134,61 |
Bank Ċentrali ta' Malta |
3 600 341,00 |
3 583 125,79 |
-17 215,21 |
Narodowy Bank Polski |
285 912 705,92 |
280 820 283,32 |
-5 092 422,60 |
Banca Naţională a României |
0 |
145 099 312,72 |
Not applicable |
Národná banka Slovenska |
39 770 691,11 |
38 970 813,50 |
- 799 877,61 |
Sveriges Riksbank |
134 292 162,94 |
134 298 089,46 |
+5 926,52 |
Bank of England |
800 321 860,47 |
802 672 023,82 |
+2 350 163,35 |
Total (1): |
5 564 669 247,19 |
5 760 652 402,58 |
0 |
(1) Minħabba t-tqarrib, it-totali jistgħu ma jikkorrespondux mas-somma tal-figuri kollha murijin.
ANNESS II
KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNI
|
Sehem imħallas fil-31 ta' Diċembru 2006 (EUR) |
Sehem imħallas b'effett mill-1 ta' Jannar 2007 (EUR) |
Ammont ta' ħlas ta' trasferiment (EUR) |
BĊN parteċipanti |
|
|
|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
141 910 195,14 |
142 334 199,56 |
+ 424 004,42 |
Deutsche Bundesbank |
1 176 170 750,76 |
1 182 149 240,19 |
+5 978 489,43 |
Bank of Greece |
105 584 034,30 |
104 659 532,85 |
- 924 501,45 |
Banco de España |
432 697 551,32 |
434 917 735,09 |
+2 220 183,77 |
Banque de France |
827 533 093,09 |
828 813 864,42 |
+1 280 771,33 |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
51 300 685,79 |
51 183 396,60 |
- 117 289,19 |
Banca d'Italia |
726 278 371,47 |
721 792 464,09 |
-4 485 907,38 |
Banque centrale du Luxembourg |
8 725 401,38 |
9 073 027,53 |
+ 347 626,15 |
De Nederlandsche Bank |
222 336 359,77 |
224 302 522,60 |
+1 966 162,83 |
Oesterreichische Nationalbank |
115 745 120,34 |
116 128 991,78 |
+ 383 871,44 |
Banco de Portugal |
98 233 106,22 |
98 720 300,22 |
+ 487 194,00 |
Banka Slovenije |
1 302 967,30 |
18 399 523,77 |
+17 096 556,47 |
Suomen Pankki |
71 711 892,59 |
71 708 601,11 |
-3 291,48 |
BĊN mhux parteċipanti |
|
|
|
Bulgarian National Bank |
0 |
3 561 868,99 |
+3 561 868,99 |
Česká národní banka |
5 680 859,54 |
5 597 049,87 |
-83 809,67 |
Danmarks Nationalbank |
6 101 159,01 |
6 104 332,92 |
+3 173,91 |
Eesti Pank |
694 915,90 |
686 727,37 |
-8 188,53 |
Central Bank of Cyprus |
506 384,90 |
503 653,84 |
-2 731,06 |
Latvijas Banka |
1 160 010,95 |
1 134 330,06 |
-25 680,89 |
Lietuvos bankas |
1 723 656,30 |
1 684 760,40 |
-38 895,90 |
Magyar Nemzeti Bank |
5 408 190,75 |
5 299 051,33 |
- 109 139,42 |
Bank Ċentrali ta' Malta |
252 023,87 |
250 818,81 |
-1 205,06 |
Narodowy Bank Polski |
20 013 889,41 |
19 657 419,83 |
- 356 469,58 |
Banca Naţională a României |
0 |
10 156 951,89 |
+10 156 951,89 |
Národná banka Slovenska |
2 783 948,38 |
2 727 956,95 |
-55 991,43 |
Sveriges Riksbank |
9 400 451,41 |
9 400 866,26 |
+ 414,85 |
Bank of England |
56 022 530,23 |
56 187 041,67 |
+ 164 511,44 |
Total (1): |
4 089 277 550,12 |
4 127 136 230,00 |
+37 858 679,88 |
(1) Minħabba t-tqarrib, it-totali jistgħu ma jikkorrespondux mas-somma tal-figuri kollha murijin.