EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32013D0031(01)
2014/33/EU: Decision of the European Central Bank of 30 August 2013 on the paying-up of the European Central Bank’s capital by the non-euro area national central banks (ECB/2013/31)
2014/33/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 30 ta’ Awwissu 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (BĊE/2013/31)
2014/33/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 30 ta’ Awwissu 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (BĊE/2013/31)
ĠU L 16, 21.1.2014, p. 63–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2018; Imħassar b' 32018D0032
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 16/63 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-30 ta’ Awwissu 2013
dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro
(BĊE/2013/31)
(2014/33/UE)
IL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 47 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) jistipula illi l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri b’deroga (minn hawn ‘il quddiem “BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro”) m’għandhomx għalfejn iħallsu l-kapital sottoskritt tagħhom sakemm il-Kunsill Ġenerali, li jaġixxi b’maġġoranza li tirrappreżenta mill-inqas żewġ terzi mill-kapital sottoskritt tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u mill-inqas nofs l-azzjonisti, jiddeċiedi li persentaġġ minimu għandu jitħallas bħala kontribut għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE. |
(2) |
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/20 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona euro (1) jistipula li kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro jrid iħallas 3,75 % ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013. |
(3) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2013/28 tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar il-persentaġġ ta’ ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn hawn ‘il quddiem “skema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 il-ponderazzjoni ġdida assenjata lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital aġġustata (minn hawn ‘il quddiem “il-ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital”). |
(4) |
Mill-1 ta’ Jannar 2014, il-kapital sottoskritt tal-BĊE ser ikun ta’ EUR 10 825 007 069,61. |
(5) |
L-iskema tal-kapital estiża teħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2013/20 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 u tiddetermina l-persentaġġ tal-kapital sottoskritt tal-BĊE li l-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro huma obbligati jħallsu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ammont u forma ta’ kapital sottoskritt u mħallas
Kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jħallas 3,75 % ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Meta titqies il-ponderazzjoni ġdida fl-iskema tal-kapital stipulata fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/28, kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jkollu kapital totali sottoskritt u mħallas tal-ammonti murija ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:
(f’EUR) |
||
BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro |
Kapital sottoskritt fl-1 ta’ Jannar 2014 |
Kapital imħallas fl-1 ta’ Jannar 2014 |
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
92 986 810,73 |
3 487 005,40 |
Česká národní banka |
174 011 988,64 |
6 525 449,57 |
Danmarks Nationalbank |
161 000 330,15 |
6 037 512,38 |
Hrvatska narodna banka |
65 199 017,58 |
2 444 963,16 |
Lietuvos bankas |
44 728 929,21 |
1 677 334,85 |
Magyar Nemzeti Bank |
149 363 447,55 |
5 601 129,28 |
Narodowy Bank Polski |
554 565 112,18 |
20 796 191,71 |
Banca Națională a României |
281 709 983,98 |
10 564 124,40 |
Sveriges riksbank |
246 041 585,69 |
9 226 559,46 |
Bank of England |
1 480 243 941,72 |
55 509 147,81 |
Artikolu 2
Aġġustament tal-kapital imħallas
1. Billi kull BĊN taż-żona tal-euro diġà ħallas 3,75 % ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2013 skont id-Deċiżjoni BĊE/2013/20, kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mingħand il-BĊE, skont il-każ, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Artikolu 1.
2. It-trasferimenti kollha li jsiru bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru skont id-Deċiżjoni BĊE/2013/29 tad-29 ta’ Awwissu 2013 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (3).
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u revoka
1. Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.
2. Id-Deċiżjoni BĊE/2013/20 hija revokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.
3. Ir-referenzi għal Deċiżjoni BĊE/2013/20 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-30 ta’ Awwissu 2013.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 187, 6.7.2013, p. 25.
(2) Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Ara paġna 55 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.