EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32009R0024

Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 19 ta' Diċembru 2008 dwar statistika li tittratta l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet vetturi finanzjarji nvoluti f' tranżazzjonijiet ta' securitisation (BĊE/2008/30)

ĠU L 15, 20.1.2009, p. 1–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 008 P. 266 - 278

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2014; Imħassar b' 32013R1075

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/24/oj

20.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/1


REGOLAMENT (KE) Nru 24/2009 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta' Diċembru 2008

dwar statistika li tittratta l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet vetturi finanzjarji nvoluti f' tranżazzjonijiet ta' securitisation

(BĊE/2008/30)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 5,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jipprovdi fl-Artikolu 2(1) li, biex l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jiġu sodisfatti, il-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), għandu d-dritt jiġbor informazzjoni statistika fi ħdan il-limiti tal-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza u ta' dak li jinħtieġ biex iwettaq il-ħidmiet tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Isegwi mill-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 li korporazzjonijiet vetturi finanzjarji nvoluti f'tranżazzjonijiet ta' securitisation (FVCs) jiffurmaw parti mill-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza għall-finijiet biex jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika tal-BĊE, inter alia, fil-qasam ta' l-istatistika monetarja u finanzjarja. Barra minn dan, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeħtieġ lill-BĊE biex jispeċifika l-popolazzjoni attwali ta' rappurtar fi ħdan il-limiti tal-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza, u jintitolah, biex jeżenta għal kollox jew parzjalment, klassijiet speċifiċi ta' aġenti ta' rappurtar mill-obbligi tiegħu ta' rappurtar ta' statistika.

(2)

L-iskop ta' data ta' FVC huwa li l-BĊE jingħata statistika adegwata dwar l-attivitajiet finanzjarji tas-subsettur tal-FVC fl-Istati Membri parteċipanti, li jitqiesu bħala territorju ekonomiku.

(3)

Minħabba r-rabtiet mill-qrib bejn l-attivitajiet tas-securitisation ta' FVCs u istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs), jinħtieġ rappurtar konsistenti, kumplimentari w integrat ta' IFMi u FVCs. Għalhekk, l-informazzjoni statistika mogħtija skond dan ir-Regolament għandha titqies flimkien ma' l-obbligi tad-data għall-IFMi dwar self securitised, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (ifformulat mill-ġdid) (2) (BĊE/2008/32).

(4)

Il-metodu ta' rappurtar integrat tal-FVCs u IFMi u d-derogi mogħtija f'dan ir-Regolament jimmiraw biex inaqqsu l-piż tar-rappurtar għal aġenti ta' rappurtar u biex jevitaw rappurtar doppju fir-rappurtar ta' informazzjoni statistika minn FVCs u IFMi.

(5)

Il-BĊNi għandu jkun intitolat jeżenta FVCs mill-obbligi ta' rappurtar li joħolqu spejjeż għolja mhux ġġustifikati meta mqabbla mal-benefiċċju statistiku tagħhom.

(6)

Minkejja li r-regolamenti adottati skond l-Artikolu 34.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ ma jagħtu l-ebda dritt jew ma jimponu l-ebda obbligu fuq Stati Membri mhux parteċipanti, l-Artikolu 5 ta' l-Istatut tas-SEBĊ japplika għall-Istati Membri kollha, irrispettivament ta' jekk ikunux adottaw l-euro jew le. Ir-recital 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jagħmilha ċara li l-Artikolu 5 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, flimkien ma' l-Artikolu 10 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, jimplika obbligu biex jiġu ddisinjati w implimentati fuq livell nazzjonali l-miżuri kollha li l-Istati Membri mhux parteċipanti jqisu xierqa biex jiġbru l-informazzjoni statistika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika tal-BĊE u biex jagħmlu preparazzjonijiet fil-ħin fil-qasam ta' l-istatistika biex isiru Stati Membri parteċipanti.

(7)

Ir-reġim tas-sanzjonijiet tal-BĊE stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 japplika għall-FVCs,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

1.

“FVC” tfisser impriża li hija kostitwita skond il-liġi nazzjonali jew tal-Komunita' skond waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

il-liġi tal-kuntratti bħala fond komuni mmaniġġjat minn kumpaniji ta' l-immaniġġjar;

(ii)

liġi tat-trusts;

(iii)

il-liġi tal-kumpanija bħala kumpanija pubblika jew privata llimitata;

(iv)

kull mekkaniżmu simili ieħor.

u li l-attivita' prinċipali tagħha tissodisfa t-tnejn mill-kriterji li ġejjin:

(a)

l-għan tagħha hu li twettaq tranżazzjoni waħda jew iżjed ta' securitisation u hija iżolata mir-riskju ta' falliment jew kull nuqqas ieħor ta' l-oriġinatur; u

(b)

toħroġ, jew tippjana li toħroġ, titoli, unitajiet ta' fond ta' securitisation, strumenti oħra ta' dejn u/jew derivattivi finanzjarji u/jew hija legalment jew ekonomikament is-sid, jew tista' tkun is-sid, ta' attiv wara l-ħarġa ta' titoli, unitajiet ta' fond ta' securitisation, strumenti oħra ta' dejn u/jew derivattivi finanzjari li huma offruti għall-bejgħ lill-pubbliku jew mibjugħa skond il-bażi ta' placements privati; u

L-ebda minn dawn li ġejjin m'hu inkluż fid-definizzjoni ta' FVC:

IFMi ġewwa t-tifsira ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32),

Fondi ta' investiment (IFs) ġewwa t-tifsira ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta' Lulju 2007 dwar statistika li tittratta l-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2007/8) (3);

2.

securitisation” tfisser tranżazzjoni jew skema fejn attiv jew ġabra ta' attiv ittrasferit lil entita' li hija separata mill-oriġinatur u li hija maħluqa biex jew isservi l-iskop tas-securitisation u/jew ir-riskju ta' kreditu ta' attiv jew ta' ġabra ta' attiv, jew parti minnhom, jiġi ttrasferit lill-investituri fit-titoli, unitajiet ta' fond ta' securitisation, strumenti oħra ta' dejn u/jew derivattivi finanzjarji maħruġa minn entita' li hija separata mill-oriġinatur u li hija maħluqa biex jew isservi l-iskop tas-securitisation, u:

(a)

fil-każ ta' trasferiment ta' riskju ta' kreditu, it-trasferiment jintlaħaq:

it-trasferiment ekonomiku ta' dan l-attiv li jkun qed jiġi securitised lil entita' separata mill-oriġinatur u li hija maħluqa biex jew isservi l-iskop tas-securitisation. Dan isir bit-trasferiment tal-proprjeta' ta' l-attiv securitised mill-oriġinatur jew permezz tas-sotto parteċipazzjoni; jew

l-użu ta' derivattivi ta' kreditu, garanziji jew mekkaniżmu simili;

u

(b)

meta jinħarġu titoli bħal dawn, unitajiet ta' fond ta' securitisation, strumenti ta' dejn u/jew derivattivi finanzjarji, huma ma jirrappreżentawx l-obbligi tal-ħlas ta' l-oriġinatur;

3.

“oriġinatur” tfisser dak li jittrasferixxi l-attiv, ġabra ta' attiv, u/jew ir-riskju tal-kreditu ta' l-attiv jew tal-ġabra ta' attiv lill-istruttura ta' securitisation;

4.

“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li adotta l-euro;

5.

“Stat Membru mhux parteċipanti” tfisser Stat Membru li m'adottax l-euro;

6.

“aġent ta' rappurtar” tfisser aġent ta' rappurtar ġewwa t-tifsira ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

7.

“resident” tfisser resident ġewwa t-tifsira ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, u jekk entita' legali ma jkollhiex dimensjoni fiżika, ir-residenza tagħha għandha tkun iddeterminata mit-territorju ekonomiku li skond il-liġijiet tiegħu l-entita' hija inkorporata. Jekk l-entita' m'hijiex inkorporata, għandu jintuża d-domiċilju legali bħala kriterju, jiġifieri l-pajjiż li s-sistema legali tiegħu tiggverna l-ħolqien u l-eżistenza kontinwa ta' l-entita';

8.

“IFM” tfisser istituzzjoni finanzjarja monetarja ġewwa t-tifsira ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32);

9.

“BĊNi rilevanti” tfisser il-BĊN ta' Stat Membru parteċipanti li fih il-FVC hija residenti;

10.

“tibda n-negozju” tfisser kull attivita', inklużi kull miżuri preparatorji, relatati mas-securitisation, minbarra dawk li sempliċiment jistabbilixxu entita' li m'hijiex mistennija tibda l-attivita' ta' securitisation fis-sitt xhur li ġejjin. Kull attivita' mill-FVC mibdija wara l-attivita' ta' securitisation issir mezz prevedibbli li jibda n-negozju.

Artikolu 2

Popolazzjoni ta' rappurtar

1.   FVCs residenti fit-territorju ta' Stat Membru parteċipanti għandhom jikkostitwixxu l-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza. Il-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza għandha tkun suġġetta għall-obbligu stabbilit fl-Artikolu 3(2).

2.   Il-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza minbarra dawk il-FVCs li jkunu ġew eżentati għal kollox skond l-Artikolu 5(1)(c) għandhom jikkostitwixxu l-popolazzjoni attwali ta' rappurtar. Il-popolazzjoni attwali ta' rappurtar għandha tkun suġġetta għall-obbligi ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 4, suġġetta għad-derogi stabbiliti fl-Artikolu 5. Il-FVCs li huma suġġetti biex jirrappurtaw l-istqarrijiet finanzjarji annwali skond l-Artikolu 5(3) jew li huma suġġetti għal obbligi ta' rappurtar ad hoc skond l-Artikolu 5(5), għandhom jiffurmaw ukoll parti mill-popolazzjoni attwali ta' rappurtar.

3.   Jekk FVC ma jkollhiex personalita' legali taħt il-liġi nazzjonali tagħha, il-persuni li huma legalment intitolati biex jirrappreżentaw il-FVC, jew fin-nuqqas ta' rappreżentazzjoni formalizzata, il-persuni li taħt il-liġijiet nazzjonali applikabbli huma responsabbli għall-atti tal-FVC, għandhom ikunu responsabbli biex jirrappurtaw l-informazzjoni meħtieġa skond dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Lista ta' FVCs għal finijiet ta' statistika

1.   Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jistabbilixxi u jżomm, għal finijiet ta' statistika, lista ta' FVCs li jikkostitwixxu l-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza. Il-FVCs għandhom jippreżentaw lill-BĊNi d-data li l-BĊNi jeħtieġu skond il-Linja Gwida BĊE/2008/31 tad-19 ta' Diċembru 2008 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 dwar l-istatistika monetarja, dik tas-swieq u dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji (ifformulata mill-ġdid) (4). Il-BĊNi u l-BĊE għandhom jagħmlu din il-lista u l-aġġornamenti tagħha disponibbli f'forma xierqa, inkluż f'mezzi elettroniċi, permezz ta' l-Internet jew, fuq it-talba ta' l-aġenti ta' rappurtar interessati, f'forma tal-karta.

2.   FVC għandha tinforma lil BĊN rilevanti bl-eżistenza tagħha fi żmien ġimgħa mid-data li fiha l-FVC tkun bdiet in-negozju, irrispettivament ta' jekk hija tistenna li tkun suġġetta għall-obbligi ta' rappurtar regolari skond dan ir-Regolament.

3.   Jekk l-aħħar verżjoni elettronika aċċessibbli tal-lista msemmija fil-paragrafu 1 m'hijiex korretta, il-BĊE m'għandu jimponi sanzjonijiet fuq l-ebda entita' li ma tkunx issodisfat kif suppost l-obbligi tagħha ta' rappurtar, sakemm l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 2 ikun ġie sodisfatt u l-entita' qagħdet fuq il-lista mhux korretta in buona fede.

Artikolu 4

Obbligi trimestrali ta' rappurtar ta' statistika u regoli ta' rappurtar

1.   Kull trimestru l-popolazzjoni attwali ta' rappurtar għandha tipprovdi lil BĊN rilevanti, data dwar l-ammonti dovuti ta' tmiem it-trimestru, tranżazzjonijiet finanzjarji u write-offs/write-downs dwar l-attiv u l-passiv ta' FVCs, skond l-Annessi I u II.

2.   Il-BĊNi jistgħu jiġbru l-informazzjoni statistika dwar titoli maħruġa u miżmuma mill-FVCs mitluba skond il-paragrafu 1 titolu b'titolu, sakemm id-data msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi dedotta skond standards statistiċi minimim kif speċifikat fl-Anness III.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' rappurtar stabbiliti fl-Anness II, l-attiv u l-passiv kollu tal-FVCs għandu jkun irrappurtat skond dan ir-Regolament, skond ir-regoli ta' rappurtar stabbiliti fil-liġi nazzjonali rilevanti li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (5). Ir-regoli tal-kontabilita' fil-liġi nazzjonali rilevanti li tittrasponi r-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji (6), għandhom japplikaw għal FVCs li ma jaqgħux fi ħdan l-iskop tal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 86/635/KEE. Kull standard jew prattika rilevanti oħra nazzjonali jew internazzjonali tal-kontabilita', għandhom japplikaw għall-FVCs li ma jaqgħux taħt il-liġi nazzjonali li tittrasponi waħda minn dawn id-direttivi.

4.   Meta l-paragrafu 3 jeħtieġ ir-rappurtar ta' strumenti suq b'suq, il-BĊNi jistgħu jeżentaw FVCs milli jirrappurtaw dawn l-istrumenti suq b'suq meta l-ispejjeż implikati mill-FVC jkunu għolja mingħajr ġustifikazzjoni. F'dan il-każ il-FVCs għandhom japplikaw il-valutazzjoni wżata għall-fini tar-rapporti ta' l-investitur.

5.   Meta skond prattiċi nazzjonali tas-swieq, data disponibbli tirreferi għal kwalunkwe data f'trimestru, il-BĊNi jistgħu jħallu lill-aġenti ta' rappurtar biex jirrappurtaw minflok din id-data trimestrali, jekk id-data titqabbel u jekk jitqiesu tranżazzjonijiet sinifikanti li jseħħu bejn din id-data u t-tmiem tat-trimestru.

6.   Minflok ir-write-offs/write-downs imsemmija fil-paragrafu 1, FVC tista', bi qbil mal-BĊN rilevanti, tagħti informazzjoni oħra li tippermetti lil BĊN joħroġ id-data meħtieġa dwar write-offs/write-downs.

Artikolu 5

Derogi

1.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi mill-obbligi ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 4 kif ġej.

(a)

Għal self oriġinat mill-IFMi taż-żona ta' l-euro u kkategorizzat skond il-maturita', is-settur u r-residenza tad-debituri, u fejn l-IFMi jibqgħu jservu s-self securitised fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), il-BĊNi jistgħu jagħtu FVCs derogi mir-rappurtar tad-data dwar dan is-self. Ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) jipprovdi għar-rappurtar ta' din id-data.

(b)

Il-BĊNi jistgħu jeżentaw lil FVCs mill-obbligi kollha ta' rappurtar stabbiliti fl-Anness I, minbarra l-obbligu li tirrapporta, kull trimestru, data tat-tmiem it-trimestru dwar l-ammont dovut fuq l-attiv totali, bil-kundizzjoni li l-FVCs li jikkontribwixxu għall-attiv/passiv ta' kull trimestru w aggregat, ilaħħqu għal ta' lanqas 95 % tat-total ta' l-attiv tal-FVCs f'termini ta' ammonti dovuti, f'kull Stat Membru parteċipanti. Il-BĊNi għandhom jiċċekkjaw is-sodisfazzjoni ta' din il-kundizzjoni f'ħin tajjeb sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk meħtieġ, kull deroga b'effett mill-bidu ta' kull sena kalendarja.

(ċ)

Sakemm tista' tiġi dedotta d-data msemmija fl-Artikolu 4, skond standards statistiċi minimi kif speċifikat fl-Anness III, minn sorsi oħra statistiċi, pubbliċi jew dawk superviżorji, u mingħajr preġudizzju għas-subparagrafi (a) u (b), il-BĊNi jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-BĊE, jeżentaw għal kollox jew parzjalment, l-aġenti ta' rappurtar mill-obbligi ta' rappurtar stabbiliti fl-Anness I ma' dan ir-Regolament.

2.   Il-FVCs jistgħu jagħżlu, bil-kunsens minn qabel tal-BĊN rilevanti, biex ma jużawx id-derogi msemmija fil-paragrafu 1 u biex minflok jissodisfaw l-obbligi sħaħ ta' rappurtar speċifikati fl-Artikolu 4.

3.   Il-FVCs li jibbenefikaw minn deroga ġewwa t-tifsira tal-paragrafu 1(c) għandhom jirrappurtaw l-istqarrijiet finanzjarji annwali lill-BĊN rilevanti, jekk dawn ma jkunux disponibbli minn sorsi pubbliċi, fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tal-perijodu ta' referenza jew fl-eqreb żmien wara dakinhar, skond il-prattiċi legali nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru ta' residenza tal-FVC. Il- BĊN rilevanti għandu jinnotifika lil dawk il-FVCs li huma suġġetti għal dan l-obbligu ta' rappurtar.

4.   Il-BĊN rilevanti għandu jirtira d-deroga stabbilita fil-paragrafu 1(c) jekk id-data ta' standards statistiċi mqabbla ma' dawk preskritti f'dan ir-Regolament ma tkunx saret disponibbli fil-ħin lill-BĊN rilevanti għal tliet perijodi ta' rappurtar konsekuttivi, indipendentement minn xi nuqqas attribwibbli lill-FVC involuta. Il-FVCs għandhom jibdew jirrappurtaw data, kif stabbilit fl-Artikolu 4, mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha l-BĊN rilevanti jkun innotifika lill-aġenti ta' rappurtar li d-deroga tkun ġiet irtirata.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, sabiex jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-BĊNi jistgħu jindirizzaw obbligi ta' rappurtar ad hoc lil FVCs li jkunu ngħataw derogi ġewwa t-tifsira tal-paragrafu 1(c). Il-FVCs għandhom jirrappurtaw ad hoc l-informazzjoni mitluba fi żmien 15-il jum ta' xogħol wara li tkun saret talba mill-BĊN rilevanti.

Artikolu 6

Puntwalità

Il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE data dwar attiv u passiv trimestrali aggregat, li tkopri l-pożizzjonijiet ta' FVCs f'kull Stat Membru parteċipanti sa l-egħluq tan-negozju tat-28 jum ta' xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li dwaru għandha x'taqsam id-data. Il-BĊNi għandhom jistabbilixxu skadenzi biex jirċievu d-data mill-aġenti ta' rappurtar.

Artikolu 7

Standards minimi u arranġamenti nazzjonali ta' rappurtar

1.   FVCs għandhom jikkonformaw ma' l-obbligi ta' rappurtar li tagħhom huma suġġetti skond l-istandards minimi għat-trasmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformita' mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness III.

2.   Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti ta' rappurtar li għandhom jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwali ta' rappurtar skond il-karatteristiċi nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti ta' rappurtar jipprovdu l-informazzjoni statistika meħtieġa u jippermettu l-iċċekkjar preċiż tal-konformita' mal-kunċetti u l-istandards minimi għat-trasmissjoni, il-preċiżjoni u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness III.

Artikolu 8

Verifika u ġbir obbligatorju

Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw id-dritt li jivverifikaw jew jiġbru informazzjoni li l-aġenti ta' rappurtar huma mitluba jagħtu skond dan ir-Regolament, bla preġudizzju għad-dritt tal-BĊE biex jeżerċita dawn id-drittijiet huwa nnifsu. B'mod partikolari, il-BĊNi għandu jeżerċita dan id-dritt meta istituzzjoni inluża fil- popolazzjoni attwali ta' rappurtar ma tissodisfax l-istandards minimi għat-trasmissjoni, il-preċiżjoni u l-konformita' mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness III.

Artikolu 9

L-ewwel rappurtar

1.   FVC li tkun bdiet in-negozju qabel u inkluż l-24 ta' Marzu 2009 għandha tinforma lill-BĊN rilevanti dwar l-eżistenza tagħha sa l-aħħar ta' Marzu 2009, irrispettivament ta' jekk hija tistenna li tkun suġġetta għal rappurtar regolari taħt dan ir-Regolament jew le.

2.   FVC li tkun bdiet in-negozju wara l-24 ta' Marzu 2009 għandha tinforma lill-BĊN rilevanti dwar l-eżistenza tagħha skond l-Artikolu 3(2).

3.   L-ewwel rappurtar skond l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika li għalihom il-FVC hija suġġetta skond l-Artikoli 4 u 5 għandu jibda b'data trimestrali minn Diċembru 2009. Meta tiġi rrappurtata data għall-ewwel darba, għandhom jiġu rrappurtati l-ammonti dovuti biss.

4.   FVCs li jibdew in-negozju wara l-31 ta' Diċembru 2009 għandhom, meta jirrappurtaw id-data għall-ewwel darba, jirrappurtaw data kull trimestru u jmorru lura għat-tranżazzjoni ta' securitisation oriġinali.

5.   FVCs li jibdew in-negozju wara l-adozzjoni ta' l-euro mill-Istat Membru tagħhom wara l-31 ta' Diċembru 2009, meta jirrappurtaw id-data għall-ewwel darba, għandhom jirrappurtaw id-data kull trimestru u jmorru lura għat-tranżazzjoni ta' securitisation oriġinali.

Artikolu 10

Dispożizzjoni finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak li fih jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 19 ta' Diċembru 2008.

Ghall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  Ara paġna 14 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 211, 11.8.2007, p. 8.

(4)  Għada m'hix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.

(6)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.


ANNESS I

OBBLIGI TA' RAPPURTAR TA' STATISTIKA

Tabella 1

Ammonti dovuti u tranżazzjonijiet

 

A.

Domestiċi

B.

Stati Membri parteċipanti oħra

C.

RoW

D.

Total

Total

IFMi

Mhux IFMi

Total

Total

IFMi

Mhux IFMi

Total

 

Gvern Ġenerali

 

Residenti oħra

 

Gvern Ġenerali

 

Residenti oħra

Total

Intermedjarji finanzjarji oħra + awżiljarji finanzjarji (S.123 + S.124)

Korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S.125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarj (S.11)

Households + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu households (S.14+S.15)

Total

Intermedjarji finanzjarji oħra + awżiljarji finanzjarji (S.123 + S.124)

Korporazzjonijiet t ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S.125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji(S.11)

Households + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu households (S.14+S.15)

 

o/w FVCs

 

o/w FVCs

ATTIV

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

Depożiti u klejms ta' self

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Self securitised

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2a

IFM taż-żona ta' l-euro bħala oriġinatur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sena u sa ħames snin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn ħames snin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2b

Gvern Ġenerali taż-żona ta' l-euro bħala oriġinatur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2c

OFI (1) u ICPF (2) taż-żona ta' l-euro bħala oriġinatur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2d

NFC (3) taż-żona ta' l-euro bħala oriġinatur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2e

oriġinatur barra ż-żona ta' l-euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

Titoli minbarra ishma  (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

Attiv securitised ieħor

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4a

li tiegħu Gvern Ġenerali taż-żona ta' l-euro bħala oriġinatur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4b

li tiegħu NFC taż-żona ta' l-euro bħala oriġinatur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

Ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

Derivattivi finanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

Attiv fiss

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

Attiv li jifdal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PASSIVI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

Self u depożiti rċevuti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

Titoli ta' dejn maħruġa  (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

Kapital u riżervi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12

Derivattivi finanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

Passiv li jifdal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 2

Write-offs/write-downs

 

D.

Total

 

 

ATTIV

 

2

Self securitised

 


(1)  Intermedjarji finanzjarji oħra, ħlief korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni.

(2)  Korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni.

(3)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji.

(4)  Skond l-Artikolu 4(2), il-BĊNi jistgħu jagħżlu dawn il-partiti titolu b'titolu.


ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET

PARTI 1

Definizzjonijiet ta' kategoriji ta' strumenti

Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni standard iddettaljata tal-kategoriji ta' strumenti li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jittrasponu f'kategoriji nazzjonali skond dan ir-Regolament. It-tabella ma tikkostitwixxix lista ta' strumenti finanzjarji individwali u d-deskrizzjonijiet m'humiex eżawrjenti. Id-definizzjonijiet jirreferu għas-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunita' (minn issa ‘l quddiem l-“ESA95”).

L-attiv u l-passiv finanzjarju kollu għandu jkun irrappurtat gross, jiġifieri l-attiv finanzjarju m'għandux jiġi rrappurtat nett mill-passiv finanzjarju.

Tabella A

Definizzjonijiet ta' kategoriji ta' strumenti ta' l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet vetturi finanzjarji nvoluti f'tranżazzjonijiet ta' securitisation

KATEGORIJI TA' ATTIV

Kategorija

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali

1.

Depożiti u klejms ta' self

Għall-finijiet ta' l-iskema ta' rappurtar, dan jikkonsisti f'fondi msellfa minn korporazzjonijiet vetturi finanzjarji nvoluti f'tranżazzjonijiet ta' securitisation (FVCs) lil min jissellef, li mhumiex attestati minn dokumenti jew huma rrappreżentati b'dokument wieħed anke jekk ikun sar negozzjabbli.

Tinkludi l-partiti li ġejjin:

depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFMi)

self mogħti lil FVCs

klejms taħt repos imreġġa' lura (reverse) jew titoli li jissellfu kontra garanziji fi flus kontanti. Kontroparti ta' flus kontanti imħallas bi skambju għal titoli mixtrija minn FVCs, jew titoli li jissellfu kontra garanziji fi flus kontanti (ara l-kategorija 9).

Din il-partita tinkludi wkoll holdings ta' karti tal-flus u muniti euro u ta' valuta barranija fiċ-ċirkolazzjoni li s-soltu jintużaw biex isiru l-ħlasijiet.

2.

Self securitised

Għall-finijiet ta' l-iskema ta' rappurtar, dan jikkonsisti f'fondi, dan jikkonsisti f'fondi msellfa lil min jissellef u akkwistati mill-aġenti ta' rappurtar mill-oriġinatur. Dawn il-fondi m'humiex attestati b'dokumenti jew huma rrappreżentati b'dokument wieħed anke jekk ikun sar negozzjabbli. Dan jinkludi wkoll:

kirjiet finanzjarji mogħtija lil terzi partijiet:

kirjiet finanzjarji huma kuntratti fejn is-sid legali ta' oġġett li jservi (durable good) (minn issa ‘l quddiem “il-kerrej”) isellef dan l-attiv lil terza parti (minn issa ‘l quddiem “min jikri”) għal ħafna, jekk mhux kollha, mill-ħajja ekonomika ta' dan l-attiv, bi skambju għal ħlasijiet bin-nifs li jkopru l-ispejjeż ta' l-oġġett flimkien ma' tariffa ta' imgħax imputed. Huwa assunt li min jikri jirċievi l-benefiċċji kollha li joħorġu mill-użu ta' l-oġġett, u li jeħel l-ispejjeż u r-riskji assoċjati mal-proprjeta'. Għall-finijiet ta' statistika, kirjiet finanzjarji huma ttrattati bħala self mill-kerrej lil min jikri, li jippermettu lil min jikri biex jixtri l-oġġett li jservi (durable good). Kirjiet finanzjarji mogħtija minn oriġinatur, fejn jaġixxi bħala l-kerrej, għandhom jitniżżlu taħt il-partita ta' l-attiv “self securitised”. L-attiv (durable goods) li jkunu ssellef lil min jikri m'għandux jitniżżel.

bad debt loans li jkunu għadhom ma tħallsux jew li jkunu ġew written off: bad debt loans jitqiesu li huma self fir-rigward ta' liema ħlas mill-ġdid ikun skada u dovut jew ikella identifikat bħala impaired

holdings ta' titoli mhux negozzjabbli: holdings ta' titoli minbarra ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra li m'humiex negozzjabbli u li ma jistgħux jiġu nnegozjati fi swieq sekondarji, ara wkoll “self innegozjat”

self innegozjat: self li de facto jkun sar negozzjabbli għandu jiġi kklassifikat taħt il-partita ta' l-attiv “self securitised” bil-kundizzjoni li jibqa' attestat b'dokument wieħed u huwa, bħala regola ġenerali, innegozjat biss kultant.

dejn subordinat fil-forma ta' depożiti jew self: strumenti ta' dejn subordinat jipprovdu klejm sussidjarja fuq l-istituzzjoni li toħroġ, liema klejm tista' tiġi eżerċita biss wara li l-kljems kollha bi status ogħla eż. depożiti/self jkunu ġew sodisfatti, b'hekk għandhom xi wħud mill-karatteristiċi ta' “ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra”. Għall-finijiet ta' statistika, dejn subordinat għandu jitqies skond in-natura ta' l-istrument finanzjarju, jiġifieri kklassifikat bħala jew “self securitised” jew “titoli minbarra ishma” skond in-natura ta' l-istrument. Meta holdings ta' FVC fil-forom kollha ta' dejn subordinate, huma identifikati bħalissa bħala ċifra waħda għall-finijiet ta' statistika, din iċ-ċifra għandha tiġi kklassifikata taħt il-partita “titoli minbarra ishma”, minħabba li dejn subordinat huwa l-aktar ikkostitwit fil-forma ta' titoli, aktar milli bġala self.

Self securitised għandu jkun irrappurtat skond ir-regoli li ġejjin:

tinħtieġ klassifikazzjoni tal-maturita' għal self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji oriġinati minn IFMi taż-żona ta' l-euro. Ifisser maturita' fil-ħin li s-self ingħata, jiġifieri maturita' oriġinali u jirreferi għall-perijodu fiss li fih is-self isir dovut biex jitħallas.

is-self għandu jiġi rrappurtat skond il-valur nominali, anke jekk mixtri mill-oriġinatur bi prezz differenti. Il-kontroparti tad-differenza bejn il-valur nominali u l-prezz tax-xiri għandu jiġi inkluż taħt “passiv li jifdal”

Din il-partita tinkludi self securitised, irrispettivament ta' jekk il-prattika tal-kontabilita' prevalenti teħtieġx ir-rikonoxximent tas-self fuq il-karta tal-bilanċ ta' l-aġent ta' rappurtar.

3.

Titoli minbarra ishma

Holdings ta' titoli minbarra “ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra”, li huma negozzjabbli u s-soltu nnegozjati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu paċuti fis-suq, u li ma jagħtux lid-detentur l-ebda drittijiet ta' proprjeta' fuq l-istituzzjoni li toħroġ.

Din il-partita tinkludi:

holdings ta' titoli, kemm jekk attestati b'dokumenti jew le, li jagħtu lid-detentur id-dritt mhux kundizzjonat għal dħul fiss, jew iddeterminat b'kuntratt fil-forma ta' kupuni ta' ħlasijiet u/jew b'somma fissa f'data jew dati speċifiċi, jew li jibda minn data iddefinita fil-ħin tal-ħruġ

dejn subordinat fil-forma ta' titoli ta' dejn

Titoli msellfa f'operazzjonijiet ta' self ta' titoli jew mibjugħa skond ftehim ta' xiri mill-ġdid jibqgħu fuq il-karta tal-bilanċ tas-sid oriġinali u m'għandhomx jitniżżlu fuq il-karta tal-bilanċ ta' l-akkwirent temporanju fejn hemm kelma soda biex wieħed ireġġa’ lura l-operazzjoni u mhux sempliċiment għażla biex wieħed jagħmel dan (ara wkoll il-kategorija 9). Meta l-akkwirent temporanju jbiegħ it-titoli rċevuti, dan il-bejgħ għandu jitniżżel bħala tranżazzjoni f'titoli u jiddaħħal fil-karta tal-bilanċ ta' l-akkwirent temporanju bħala pożizzjoni negattiva fil-portafoll tat-titoli.

Tinħtieġ klassifikazzjoni skond il-maturita' għal holdings ta' titoli minbarra ishma. Dan ifisser maturita' mal-ħruġ, jiġifieri maturita' oriġinali u tirreferi għall-perijodu fiss tal-ħajja ta' strument finanzjarju u li qabilha, ma jkunx jista' jissarraf.

Din il-partita tinkludi titoli minbarra ishma li jkun ġew securitised, irrispettivament ta' jekk il-prattika tal-kontabilita' prevalenti teħtieġx ir-rikonoxximent tat-titoli fuq il-karta tal-bilanċ ta' l-aġent ta' rappurtar

4.

Attiv securitised ieħor

Din il-partita tinkludi attiv securitised minbarra dak inkluż taħt il-kategoriji 2 u 3, bħal ammonti riċevibbli ta' taxxa jew krediti kummerċjali, irrispettivament ta' jekk il-prattika tal-kontabilita' prevalenti teħtieġx ir-rikonoxximent ta' dan l-attiv fuq il-karta tal-bilanċ ta' l-aġent ta' rappurtar

5.

Ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra

Holdings ta' titoli li jirrappreżentaw drittijiet ta' proprjeta' f'korporazzjonijiet jew kważi-korporazzjonijiet. Dawn it-titoli ġeneralment jintitolaw lid-detenturi għal sehem fil-profitti ta' korporazzjonijiet jew kważi-korporazzjonijiet u għal sehem fl-own funds tagħhom fil-każ ta' likwidazzjoni

6.

Derivattivi finanzjarji

Taħt din il-partita, id-derivattivi finanzjarji kollha li ġejjin għandhom jiġu rrappurtati:

options

warrants

futures

swaps, b'mod partikolari credit default swaps

Obbligi futuri gross li joħorġu minn kuntratti ta' derivattivi m'għandhomx jiddaħħlu bħala partiti fuq-il-karta-tal-bilanċ.

Din il-partita ma tinkludix derivattivi finanzjarji li m'humiex suġġetti għal irreġistrar fuq-il-karta-tal-bilanċ skond ir-regoli nazzjonali

7.

Attiv fiss

Din il-partita tinkludi investimenti f'attiv fiss tanġibbli eż. bini, bini ieħor u strutturi, u bini mhux residenzjali

8.

Attiv li jifdal

Din hi l-partita residwa fuq in-naħa ta' l-attiv tal-karta tal-bilanċ, iddefinita bħala “attiv inkluż imkien ieħor”. Din il-partita tista' tinkludi:

imgħax akkumulat imħallas fuq depożiti u self

imgħax akkumulat fuq titoli minbarra ishma

kera akkumulata fuq assi fissi

ammonti mħallsa li m'għandhomx x'jaqsmu man-negozju prinċipali tal-FVC

KATEGORIJI TA' PASSIV

Kategorija

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali

9.

Self u depożiti rċevuti

Ammonti dovuti lil kredituri minn FVCs, minbarra dawk li jqumu mill-ħruġ ta' titoli negozzjabbli. Din il-partita tikkonsisti f':

self: self mogħti lill-FVCs li jirrappurtaw li m'huwiex attestat b'dokumenti jew li huwa rrappreżentat b'dokument wieħed anke jekk ikun sar negozzjabbli.

strumenti ta' dejn mhux negozzjabbli maħruġa minn FVCs: l-istrumenti jistgħu jissejħu bħala “mhux negozzjabbli” fis-sens li t-trasferiment tal-proprjeta' legali ta' l-istrument huwa ristrett, jiġifieri li ma jkunux jistgħu jiġu rrekklamati jew, minkejja li jkunu teknikament negozzjabbli, ma jkunux jistgħu jiġu nnegozjati minħabba n-nuqqas ta' suq organizzat. Strumenti mhux negozzjabbli maħruġa minn aġenti ta' rappurtar li sussegwentament isiru negozzjabbli u li jistgħu jiġu nnegozjati fi swieq sekondarji għandhom ikunu kklassifikati mill-ġdid bħala “titoli ta' dejn”

repos: kontroparti ta' flus kontanti rċevuta bi skambju għal titoli mibjugħa minn aġenti ta' rappurtar bi prezz stabbilit, u taħt kelma soda ta' xiri mill-ġdid ta' l-istess (jew simili) titoli bi prezz fiss f'data futura speċifikata. L-ammonti rċevuti minn aġenti ta' rappurtar bi skambju għal titoli ttrasferiti lil terza parti (“akkwirent temporanju”) għandhom jiġu kklassifikati hawn fejn hemm kelma soda biex wieħed ireġġa’ lura l-operazzjoni u mhux sempliċiment għażla biex wieħed jagħmel dan. Dan jimplika li aġenti ta' rappurtar iżommu r-riskji u l-premjijiet kollha tat-titoli matul l-operazzjoni.

Il-varjanti li ġejjin ta' operazzjonijiet tat-tip repo huma kollha kklassifikati hawn:

ammonti rċevuti bi skambju għal titoli ttrasferiti temporanjament lil terza parti fil-forma ta' titoli li jsellfu kontra garanziji fi flus kontanti

ammonti rċevuti bi skambju għal titoli ttrasferiti temporanjament lil terza parti fil-forma ta' ftehim ta' bejgħ/xiri mill-ġdid

It-titoli wara operazzjonijiet tat-tip repo jitniżżlu skond ir-regoli fil-partita ta' l-attiv 3 “Titoli minbarra ishma”

Operazzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment temporanju tad-deheb kontra garanziji fi flus kontanti huma nklużi wkoll taħt din il-partita

10.

Titoli ta' dejn maħruġa

Titoli maħruġa minn FVCs, minbarra “ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra”, li huma strumenti s-soltu negozzjabbli fis-swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu paċuti fis-suq u li ma jagħtux lid-detentur l-ebda dritt ta' proprjeta' fuq l-istituzzjoni li toħroġ. Tinkludi, inter alia, titoli maħruġa fil-forma ta':

titoli msaħħa b'attiv (asset backed securities)

karti tal-flus marbuta ma' kreditu (credit linked notes)

11.

Kapital u riżervi

Għall-finijiet ta' l-iskema ta' rappurtar, din il-kategorija tkopri l-ammonti li jqumu mill-ħruġ tal-kapital ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji minn aġenti ta' rappurtar lil azzjonisti jew sidien oħra, li jirrappreżentaw għad-detentur drittijiet ta' proprjeta' fil-FVC, u ġeneralment dritt għal sehem fil-profitti tagħha u għal sehem fl-own funds tagħha fil-każ ta' likwidazzjoni. Huma nklużi wkoll il-fondi li jqumu minn benefiċċji jew fondi mhux distribwiti mwarrba minn aġenti ta' rappurtar f'antiċipazzjoni tal-possibbilta' ta' ħlasijiet u obbligazzjonijiet futuri. Tinkludi:

kapital ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji

benefiċċji jew fondi mhux distribwiti

provvedimenti speċifiċi u ġenerali kontra self, titoli u tipi oħra ta' attiv

unitajiet minn fondi ta' securitisation

12.

Derivattivi finanzjarji

Ara l-kategorija 6

13.

Passiv li jifdal

Din hija l-partita li jifdal wara n-naħa tal-passivi tal-karta tal-bilanċ, iddefinita bħala “passiv inkluż imkien ieħor”

Din il-partita tista' tinkludi:

imgħax akkumulat pagabbli fuq self u depożiti

ammonti mħallsa mhux relatati man-negozju prinċipali tal-FVC, jiġifieri l-ammonti dovuti lil fornituri, taxxa, pagi, kontribuzzjonijiet soċjali, etċ.

provvedimenti li jirrappreżentaw passiv kontra terzi partijiet, jiġifieri pensjonijiet, dividendi, etċ.

provvedimenti netti li jqumu minn titoli li jsellfu mingħajr garanziji fi flus kontanti

ammonti netti pagabbli fir-rigward ta' settlements futuri ta' tranżazzjonijiet f'titoli

kontropartijiet ta' l-aġġustament valuation, jiġifieri l-ammont nominali mnaqqas bil-prezz tax-xiri, tas-self

PARTI 2

Definizzjonijiet tas-setturi

L-ESA95 tipprovdi l-istandard għall-klassifikazzjoni tas-setturi. Il-kontropartijiet li jinsabu fit-territorju ta' l-Istati Membri parteċipanti huma identifikati skond is-settur tagħhom skond il-lista ta' FVCs, fondi ta' investiment (IFs) u IFMi għal skopijiet ta' statistika u l-gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-kontropartijiet mogħtija fil-Monetary, financial institutions and markets statistics sector manual. Guidance for the statistical classification of customers mill-Bank Ċentrali Ewropew.

Tabella B

Definizzjonijiet tas-setturi

Settur

Definizzjoni

1.

IFMi

Banek ċentrali nazzjonali residenti, istituzzjonijiet ta' kreditu residenti kif iddefiniti fil-liġi tal-Komunita', u istituzzjonijiet finanzjarji residenti oħra li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew sostitwiti mill-qrib għal depożiti minn entitajiet oħra minbarra IFMi, u, għalihom innifishom, ta' lanqas f'termini ekonomiċi, biex jagħtu krediti u/jew jagħmlu investimenti f'titoli (Ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji fformulat mill-ġdid (BĊE/2008/32))

2.

Gvern ġenerali

Unitajiet residenti li huma nvoluti prinċipalment fil-produzzjoni ta' oġġetti mhux tas-suq u servizzi, maħsuba għall-konsum individwali u kollettiv u/jew fir-ridistribuzzjoni tad-dħul u l-ġid nazzjonali (l-ESA95, il-paragrafi 2.68 sa 2.70)

3.

Intermedjarji finanzjarji oħra w awżiljarji finanzjarji

Korporazzjonijiet finanzjarji u kważi-korporazzjonijiet, ħlief korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni, involuti prinċipalment f'intermedjazzjoni finanzjarja billi jeħlu passiv f'forom oħra minbarra valuta, depożiti u/jew sostituti mill-qrib għal depożiti minn unitajiet istituzzjonali minbarra IFMi, jew riżervi tekniċi ta' l-assigurazzjoni (l-ESA95, il-paragrafi 2.53 sa 2.56). L-IFs huma ddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 958/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta' Lulju 2007 dwar statistika fir-rigward ta' l-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2007/8), u l-FVCs kif iddefiniti f'dan ir-Regolament huma inklużi f'dan is-settur. Inklużi wkoll huma awżiljarji finanzjarji li jikkonsistu fil-korporazzjonijiet u kważi-korporazzjonijiet kollha finanzjarji li huma involuti prinċipalment f'attivitajiet finanzjarji awżiljarji (l-ESA95, il-paragrafi 2.57 sa 2.59)

4.

Korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

Korporazzjonijiet finanzjarji u kważi-korporazzjonijiet, involuti prinċipalment f'intermedjazzjoni finanzjarja bħala l-konsegwenza tal-ġbir tar-riskji (l-ESA95, il-paragrafi 2.60 sa 2.67)

5.

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Korporazzjonijiet u kważi-korporazzjonijiet mhux involuti f'intermedjazzjoni finanzjarja imma prinċipalment fil-produzzjoni ta' oġġetti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji (l-ESA95, il-paragrafi 2.21 sa 2.31)

6.

Households u istituzzjonijiet bla qligħ li jservu households

Individwi jew gruppi ta' individwi bħala konsumaturi, u produtturi ta' oġġetti u servizzi mhux finanzjarji esklussivament għall-konsum finali tagħhom, u bħala produtturi ta' oġġetti tas-suq u servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji bil-kundizzjoni li l-attivitajiet tagħhom m'humiex dawk ta' kważi-korporazzjonijiet. Inklużi huma istituzzjonijiet bla qligħ li jservu households u li huma nvoluti prinċipalment fil-produzzjoni ta' oġġetti tas-suq u servizzi maħsuba għal gruppi partikolari ta' households (l-ESA95, il-paragrafi 2.75 sa 2.88)

PARTI 3

Definizzjoni ta' tranżazzjonijiet finanzjarji

Tranżazzjonijiet finanzjarji, skond l-ESA95, huma ddefiniti bħala l-akkwist nett ta' attiv finanzjarju jew li wieħed jeħel passiv nett għal kull tip ta' strument finanzjarju, jiġifieri s-somma tat-tranżazzjonijiet finanzjarji li jseħħu matul il-perijodu rilevanti ta' rappurtar. Il-metodu ta' valutazzjoni għal kull tranżazzjoni għandu juża l-valur li bih l-attiv huwa akkwistat jew mibjugħ u/jew li bih il-passiv jiġi maħluq, illikwidat jew skambjat. Fil-prinċipju tranżazzjonijiet finanzjarji għandhom jikkonformaw ma' din il-metodoloġija. Write-offs/write-downs u tibdiliet ta' valutazzjoni ma jirrappreżentawx tranżazzjonijiet finanzjarji.

PARTI 4

Definizzjoni ta’ write-offs/write-downs

Write-offs/write-downs huma ddefiniti bħala l-impatt ta' tibdiliet fil-valur tas-self imniżżel fil-karta tal-bilanċ li huwa kkawżati bl-applikazzjoni tar-write-offs/write-downs tas-self. Write-offs/write-downs rikonoxxuti fil-ħin li self jinbiegħ jew jiġi ttrasferit lil terza parti huma inklużi wkoll, meta identifikabbli. Write-offs jirreferu għall-każijiet meta s-self jitqies attiv li ma jiswa xejn u jitneħħa mill-karta tal-bilanċ. Write-downs jirreferu għall-każijiet fejn jitqies li s-self ma jkunx ġie rkuprat għal kollox, u l-valur tas-self jitnaqqas fil-karta tal-bilanċ.


ANNESS III

STANDARDS MINIMI BIEX JIĠU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI TAR-RAPPURTAR

L-aġenti ta' rappurtar għandhom jissodisfaw l-istandards minimi li ġejjin biex jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

1.

Standards minimi għat-trasmissjoni:

(a)

ir-rappurtar lil banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandu jkun fil-ħin u ġewwa l-iskadenzi stabbiliti mill-BĊN rilevanti

(b)

rapporti ta' statistika għandhom jieħdu l-forma u format tagħhom mill-obbligi ta' rappurtar tekniku stabbiliti mill-BĊNi

(ċ)

il-persuni ta' kuntatt fi ħdan l-aġent ta' rappurtar għandhom ikunu identifikati

(d)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trasmissjoni tad-data lil BĊNi għandhom isegwu.

2.

Standards minimi għall-preċiżjoni:

(a)

ir-restrizzjonijiet kollha lineari għandhom ikunu sodisfatti fejn applikabbli eż. l-attiv u l-passiv għandhom ikunu f'bilanċ, is-subtotali għandhom iżidu mat-totali

(b)

l-aġenti ta' rappurtar għandhom ikunu kapaċi jipprovdu informazzjoni dwar l-iżviluppi implikati mid-data mogħtija

(ċ)

l-informazzjoni statistika għandha tkun kompluta

(d)

l-aġenti ta' rappurtar għandhom isegwu d-dimensjonijiet u d-deċimali stabbiliti mill-BĊNi għat-trasmissjoni teknika tad-data

(e)

l-aġenti ta' rappurtar għandhom isegwu l-politika ta' tqarrib (rounding) stabbilita mill-BĊNi għat-trasmissjoni teknika tad-data.

3.

Standards minimi għal konformita` mal-kunċetti:

(a)

l-informazzjoni statistika għandha tikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet misjuba fir-Regolament

(b)

fil-każ ta' devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet, fejn japplika l-aġenti ta' rappurtar għandhom jissorveljaw b'mod regolari u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-miżura wżata u l-miżura misjuba f'dan ir-Regolament

(ċ)

l-aġenti ta' rappurtar għandhom ikunu kapaċi jispjegaw breaks fid-data mogħtija mqabbla maċ-ċifri tal-perijodi ta' qabel.

4.

Standards minimi għar-reviżjonijiet:

il-politika tar-reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-BĊE u l-BĊNi għandhom ikunu segwiti. Ir-reviżjonijiet li jitilqu lil hinn mir-reviżjonijiet regolari għandhom ikunu akkompanjati min-noti ta' spjega.


Fuq