EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32003D0017(01)
2004/43/EC: Decision of the European Central Bank of 18 December 2003 on the national central banks' percentage shares in the key for subscription to the European Central Bank's capital (ECB/2003/17)
Id-Deċiżjoni tal-bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru, 2003 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-bank ċentrali ewropew (BĊE/2003/17)
Id-Deċiżjoni tal-bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru, 2003 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-bank ċentrali ewropew (BĊE/2003/17)
ĠU L 9, 15.1.2004, p. 27–28
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/04/2004; Imħassar b' 32004D0005(01)
Official Journal L 009 , 15/01/2004 P. 0027 - 0028
Id-Deċiżjoni tal-bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2003 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-bank ċentrali ewropew (BĊE/2003/17) (2004/43/KE) IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikoli 29.3 u 29.4, Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) skond ir-raba' subinċiż ta' l-Artikolu 47.2 ta' l-Istatut, Billi: (1) Id-Deċiżjoni BĊE/1998/13 ta' l-1 ta' Diċembru, 1998, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew [1], stabbiliet b'effett mill-1 ta' Ġunju, 1998, il-proporzjonijiet assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa 'l quddiem "il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali" u "l-iskema kapitali" rispettivament). (2) L-Artikolu 29.3 ta' l-Istatut jeħtieġ li l-proporzjonijiet fl-iskema kapitali jiġu aġġustati kull ħames snin wara t-twaqqif tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali permezz ta' analoġija mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 29.1 ta' l-Istatut. L-iskema kapitali aġġustata tapplika b'effett mill-ewwel ġurnata tas-sena wara dik is-sena li fiha l-aġġustament isir. (3) Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal-15 ta' Lulju, 2003, dwar id-data statistika li għandha tintuża għall-aġġustament ta' l-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew [2], il-Kummisjoni Ewropea pprovdiet lill-BĊE bid-data statistika li għandha tintuża fid-determinazzjoni ta' l-iskema kapitali aġġustata. (4) Il-profitti jew it-telf netti tal-BĊE (jekk ikun hemm) għas-sena finanzjarja 2003 għandhom jiġu allokati u distribwiti skond l-Artikolu 33.1(b) u l-Artikolu 33.2 ta' l-Istatut, u skond il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali applikabbli fil-31 ta' Diċembru, 2003. L-istess għandu japplika għall-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-BĊNi skond l-Artikolu 32.1 ta' l-Istatut, id-distribuzzjoni tad-dħul tal-BĊE magħmul mill-ħruġ tal-flus, ir-remunerazzjoni tat-talbiet tal-BĊNi li huma ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranin ittrasferiti lill-BĊE u r-remunerazzjoni tal-bilanċi interni għall-Ewrosistema dwar il-karti tal-flus ewo fiċ-ċirkolazzjoni, ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Aġġustament Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi data statistika riveduta biex tintuża fl-aġġustament ta' l-iskema kapitali u l-figuri ma jlaħħqux għall-100 %, id-differenza għandha tkun kumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun anqas minn 100 %, billi jiżdied 0,0001 ta' punt peċentwali ma' l-iżgħar sehem (ishma) f'ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti, jew (ii) jekk it-total ikun iżjed minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta' punt peċentwali f'ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti. Artikolu 2 Il-Proporzjonijiet fl-iskema kapitali Il-proporzjonijiet assenjati lil kull BĊN fl-iskema kapitali deskritta fl-Artikolu 29 ta' l-Istatut għandhom ikunu kif ġej b'effett mill-1 ta' Jannar, 2004: - In-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique | 2,8297 % | - Id-Danmarks Nationalbank | 1,7216 % | - Id-Deutsche Bundesbank | 23,4040 % | - Il-Bank of Greece | 2,1614 % | - Il-Banco de España | 8,7801 % | - Il-Banque de France | 16,5175 % | - Ic-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland | 1,0254 % | - Il-Banca d'Italia | 14,5726 % | - Il-Banque centrale du Lussemburgu | 0,1708 % | - Id-De Nederlandsche Bank | 4,4323 % | - L-Österreichische Nationalbank | 2,3019 % | - Il-Banco de Portugal | 2,0129 % | - Is-Suomen Pankki | 1,4298 % | - Is-Sveriges Riksbank | 2,6636 % | - Il-Bank of England | 15,9764 % | Artikolu 3 Dispożizzjonijiet finali u tranżitorji 1. Id-Deċiżjoni BĊE/1998/13 hija bil-preżenti rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar, 2004. 2. Kull profitt jew telf nett tal-BĊE (jekk ikun hemm), id-dħul monetarju tal-BĊNi, id-dħul tal-BĊE magħmul mill-ħruġ tal-flus, ir-remunerazzjoni tat-talbiet tal-BĊNi li huma ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranin ittrasferiti lill-BĊE u r-remunerazzjoni tal-bilanċi interni għall-Ewrosistema dwar il-karti tal-flus ewro fiċ-ċirkolazzjoni, li għandhom x'jaqsmu mas-sena finanzjarja 2003, għandhom ikunu allokati u distribwiti skond il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali applikabbli fil-31 ta' Diċembru, 2003. 3. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru, 2003. 4. Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Diċembru 2003. Għall-Gvernatur tal-Kunsill tal-BĊE Jean-Claude Trichet [1] ĠU L 125, tad-19.5.1999, p. 33. [2] ĠU L 181, tad-19.7.2003, p. 43. --------------------------------------------------