EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32007D0019(01)
2008/21/EC: Decision of the European Central Bank of 7 December 2007 amending Decision ECB/2001/15 of 6 December 2001 on the issue of euro banknotes (ECB/2007/19)
2008/21/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas- 6 ta’ Diċembru 2001 , dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus ewro (BĊE/2007/19)
2008/21/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas- 6 ta’ Diċembru 2001 , dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus ewro (BĊE/2007/19)
ĠU L 1, 4.1.2008, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0029(01)
4.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 1/7 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta’ Diċembru 2007
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru 2001, dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus ewro
(BĊE/2007/19)
(2008/21/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 106(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 16,
Billi:
(1) |
Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Ċipru tal-munita waħda ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 (1) u l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-munita waħda fl-1 Jannar 2008 (2), Ċipru u Malta jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-ewro u d-derogi mogħtija lil dawn l-Istati Membri skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni (3) ser jiġu rrevokati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008. |
(2) |
L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus ewro (4) jiddefinixxi l-“iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus” u jirreferi għall-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2007. Billi Ċipru u Malta ser jadottaw l-ewro fl-1 ta’ Jannar 2008, id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 għandha tiġi emendata sabiex tiġi ddeterminata l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Emenda tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15
Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 hija emendata kif ġej:
(1) |
L-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 1(d) hija sostitwita b’li ġej: “L-Anness ma’ din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.”; |
(2) |
L-Anness mad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 7 ta’ Diċembru 2007.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.
(2) ĠU L 186, 18.7.2007, p. 32.
(3) Att li jitratta l-kundizzjonijiet tas-sħubija tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
(4) ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni BĊE/2006/25 (ĠU L 24, 31.1.2007, p. 13).
ANNESS
SKEMA TA’ ALLOKAZZJONI TA’ KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA’ JANNAR 2008
European Central Bank |
8,0000 % |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
3,2615 % |
Deutsche Bundesbank |
27,0880 % |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
1,1730 % |
Bank of Greece |
2,3980 % |
Banco de España |
9,9660 % |
Banque de France |
18,9915 % |
Banca d’Italia |
16,5395 % |
Central Bank of Cyprus |
0,1650 % |
Banque centrale du Luxembourg |
0,2080 % |
Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta |
0,0825 % |
De Nederlandsche Bank |
5,1395 % |
Oesterreichische Nationalbank |
2,6610 % |
Banco de Portugal |
2,2620 % |
Banka Slovenije |
0,4215 % |
Suomen Pankki |
1,6430 % |
Total |
100,0000 % |