EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32000O0006
Consolidated version of Guideline ECB/2000/6 of 20 July 2000 on the implementation of Article 52 of the Statute of the European System of Central Banks and of the European Central Bank after the end of the transitional period, as amended by Guideline ECB/2001/10
Verżjoni konsolidata tal-Linja gwida BĊE/2000/6 ta' l-20 ta' Lulju 2000 dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 52 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew wara t-tmiem tal-perjodu transitorju, kif emendata bil-Linja gwida (BĊE/2001/10)
Verżjoni konsolidata tal-Linja gwida BĊE/2000/6 ta' l-20 ta' Lulju 2000 dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 52 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew wara t-tmiem tal-perjodu transitorju, kif emendata bil-Linja gwida (BĊE/2001/10)
ĠU C 325, 21.11.2001, p. 14–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 005 P. 29 - 30
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 005 P. 29 - 30
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 003 P. 49 - 50
Fis-seħħ
Official Journal C 325 , 21/11/2001 P. 0014 - 0015
Verżjoni konsolidata tal-Linja gwida BĊE/2000/6 ta' l-20 ta' Lulju 2000 dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 52 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew wara t-tmiem tal-perjodu transitorju, kif emendata bil-Linja gwida (BĊE/2001/10) (2001/C 325/12) IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "It-Trattat") u b'mod partikolari l-Artikolu 106(1) tiegħu u l-Artikoli 12.1, 14.3 u 52 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "L-Istatut"), Billi (1) L-Artikolu 52 ta' l-Istatut jagħti s-setgħa lill-Kunsill li jirregola l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) biex dan jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat li l-karti tal-flus denominati f'valuti b'rati ta' kambju fissi u li ma jinbidilux ikunu jistgħu jinbidlu mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) skond il-valur rispettiv tagħhom. (2) L-għan ta' l-Artikolu 52 ta' l-Istatut huwa li jkun żgurat livell għoli ta' sostenibilità bejn il-units ta' muniti nazzjonali wara d-dħul tar-rati ta' kambju li hemm imsemmija fl-Artikolu 123(4) tat-Trattat u bejn il-units ta' valuti nazzjonali u l-euro. Għal dak il-għan, il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE huwa li jiżgura li kull bank ċentrali nazzjonali jkun lest jibdel, skond ir-rati tal-kambju, kwalunkwe karta ta' flus maħruġa mill-BĊN ta' Stat Membru ieħor mingħajr ma jkun hemm deroga f'karti tal-flus euro. (3) Il-BĊNi għandhom jiżguraw li l-karti tal-flus ta' l-Istati Membri parteċipanti l-oħra jkunu jistgħu jinbidlu ma' l-euro jew, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, jiġu akkreditati f'xi kont bankarju. Il-banek ċentrali nazzjonali għandhom jiżguraw li l-kambju ta' flus li l-Istati Membri parteċipanti l-oħra jagħmlu ma' l-euro jkun jista' jsir fuq valur ugawali. Il-BĊNi huma obbligati jipprovdu tali servizz huma stess jew jaħtru aġent biex iwettaq dan is-servizz f'isimhom. (4) Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE huwa determinat li jiżgura li kull BĊN ikun lest jibdel, skond ir-rati tal-kambju, kwalunkwe karta ta' flus maħruġa mill-BĊN ta' Stat Membru ieħor mingħajr ma jkun hemm l-ebda deroga f'kari tal-flus euro. (4a) Billi huwa magħruf li, bħala regola ġenerali, il-karti tal-flus li jkunu fi stat ħażin ħafna ma jkunux jistgħu jinbidlu, u għandha ssir referenza speċifika għal ċerti kategoriji ta' karti tal-flus li għandhom ikunu esklużi mir-regoli tal-kambju; billi l-iskemi ta' l-immarkar se jkunu implementati minn uħud mill-BĊNi ta' Stati Membri parteċipanti, bl-għan li jiffaċilitaw u jipproteġu l-irtirat tal-karti tal-flus nazzjonali, u għalhekk il-karti tal-flus immarkati se jissemmew b'mod espliċitu fost il-karti tal-flus li ma jkunux jistgħu jinbidlu; billi huwa meqjus meħtieġ li titħejja informazzjoni fuq il-proċeduri ta' l-immarkar fl-Istati Membri differenti li huma disponibbli fuq is-sit ta' l-internet tal-BĊE. (5) F'konformità ma' l-Artikoli 12.1 u 14.3 ta' l-Istatut, il-Linjigwida tal-BĊE jiffurmaw parti integrali mil-liġi tal-Komunità, ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA: Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' din il-Linja gwida: "BĊNi" tfisser il-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri li jkunu adottaw il-munita waħdanija f'konformità mat-Trattat, "Stati Membri parteċipanti" tfisser l-Istati Membri kollha li jkunu adottaw il-munita waħdanija f'konformità mat-Trattat, "karti tal-flus ta' Stati Membri parteċipanti oħra" għandha tfisser karti tal-flus maħruġa minn BĊN li kellhom valuta legali fil-31 ta' Diċembru 2001 u li jkunu ġew preżentati lil bank ċentral nazzjonali ieħor jew lill-aġent maħtur tiegħu għal fini ta' kambju, "il-kambju ta' karti tal-flus ta' Stati Membri parteċipanti oħra" għandha tfisser il-bdil ta' karti tal-flus maħruġa minn bank ċentrali nazzjonali u li jkunu ġew preżentati lil bank ċentrali nazzjonali ieħor jew lill-aġent maħtur tiegħu biex dawn jinbidlu f'karti tal-flus u muniti euro jew biex dawn il-fondi jiġu akkreditati f'xi kont bankarju, "immarkar" tfisser l-identifikazzjoni ta' karti tal-flus nazzjonali b'simbolu distintiv u speċifiku, eż. toqob li jsiru b'perforators, liema simboli għandhom isiru minn istituzzjonijiet awtorizzati fl-implimentazzjoni ta' miżuri legali meħuda fuq il-livell ta' kull Stat Membru parteċipanti, bil-ħsieb li titħaffef it-tneħħija ta' karti tal-flus nazzjonali miċ-ċirkolazzjoni, "valur ugwali" għandha tfisser il-valur li jkun ġej mir-rati tal-kambju adottati mill-Kunsill ta' l-UE taħt l-Artikolu 123(4) tat-Trattat mingħajr ma jkun hemm firxa bejn ir-rati tax-xiri u l-bejgħ. Artikolu 2 L-Obbligu li jsir kambju fuq valur ugwali 1. Il-BĊNi għandhom, f'minn ta' l-anqas lokalità waħda fit-territorju nazzjonali, jew huma stess jew permezz ta' l-aġent maħtur tagħhom, jiżguraw li l-karti tal-flus ta' l-Istati Membri parteċipanti l-oħra jkunu jistgħu jinbidlu f'karti tal-flus u muniti euro jew inkella, jekk issir talba, dawn jiġu akkreditati f'kont bankarju ma' l-istituzzjoni li twettaq il-kambju, jekk il-leġislazzjoni nazzjonali tkun tippermetti din il-possibilità, fiż-żewġ każijiet skond il-valur ugwali rispettiv tagħhom. 2. Il-BĊNi jistgħu jillimitaw il-membru u/jew il-valur totali tal-karti tal-flus ta' l-Istati Membri parteċipanti l-oħra li dawn ikunu lesti jaċċettaw għal kwalunkwe transazzjoni jew fi kwalunkwe ġurnata. Artikolu 3 Il-Karti tal-flus li jistgħu jinbidlu Il-karti tal-flus ta' l-Istati Membri parteċipanti l-oħra li jkunu jistgħu jinbidlu taħt din il-Linja gwida m'għandhomx ikunu fi stat ħażin ħafna. B'mod partikolari, il-karti tal-flus m'għandhomx ikunu magħmula aktar minn żewġ partijiet ta' l-istess karta tal-flus imwaħħlin flimkien jew inkella jkunu tħassru b'tagħmir għal kontra s-serq. Barra minn hekk, dawn m'għandhomx ikunu mmarkati jew tħassru b'mod li jkun impossibbli li li tkun verifikata l-preżenza ta' l-immarkar. Artikolu 4 Dispożizzjonijiet finali Din il-linja gwida għandha tapplika għall-karti tal-flus kollha ta' l-Istati Membri parteċipanti l-oħra li jkunu ġew preżentati għall-kambju bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Marzu 2002. Din il-Linja gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta' l-Istati Membri parteċipanti. Din il-linja gwida għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. --------------------------------------------------